Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet ISSAJF daħal ġmielu u l-istaġun tal-festi jinsab fl-aqwa tiegħu. Nhar il-Ħadd li ġej, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tiddedika 12- il paġna kollha kemm huma dwar il-festa Maltija. Fost affarijiet oħra, il-gazzetta titkellem ma' Charles Coleiro, Mario Coleiro u Godfrey Farrugia dwar il-fatturi li jagħmlu l-festa Maltija dik li hi. Iżda l-festa ma hi xejn mingħajr in-nies u għalhekk iltaqgħet ukoll mas-sagristan, ma' tan-nar, tal-armar, tal-banda, tal-qniepen u l-isfumatur. Ma jistax jonqos ritratti storiċi ta' avvenimenti speċjali li ġew iċċelebrati tul din is-sena u ħarsa lejn uħud mit- tradizzjonijiet kurjużi fil-festi Maltin. 12-il paġna li fihom jitkellmu l-imħuħ, il- qlub u l-idejn tal-festa! l-ILLUM tiċċelebra l-festa b'suppliment speċjali bħal-lum ġimgħa Nhar il-Ħadd li ġej 12-il paġna fi l-gazzetta ddedikati biss għall-festa Maltija Ritratt tal-ġimgħa Kulħadd jidlek u jqaċċat... Is-sħana qed tagħmel tagħha u kollox jindika li Awwissu se jibda b'ħafna sħana u umdità. Il-fotografu tal-ILLUM James Bianchi ħa diversi ritratti ta' nies ħdejn il-baħar, fosthom ta' dawn iż-żewġ tfajliet jindilku bil-krema protettiva kontra x-xemx. Hekk kif is-sħana mistennija tkompli tikkarga, infakkrukhom biex tixorbu ħafna ilma u ma toqgħodux x- xemx. Jekk se toqgħodu, indilku u pproteġu lilkom infuskom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018