Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport inġenerali fosthom lejn il- futsal? Bdejt inħobb l-isports minħabba li l-familja tiegħi kienet involuta fih. Missieri kien kowċ tal-futbol u kien anke plejer ma' Ħamrun Spartans. Kelli xi zijiet li wkoll kienu jħobbu l-futbol u għalhekk mingħajr ma trid tispiċċa timita u trabbi dik l-imħabba lejn l-isport mhux biss il-futbol iżda anke inġenerali. Kif twieled il-kunċett ta' University of Malta Futsal? Il-kunċett twieled meta l-KSU ħames snin ilu kien ippropona li l-Università jkollha tim li jirrapreżentana bħala studenti. Għall-bidu konna ser ngħaqqdu tim amateur tal-futbol. Fl-2014 ħarġu l-ewwel applikazzjonijiet biex ikun hemm sotto-kumitat sabiex jitwaqqaf tim tal-futsal. Bdejna nevalwaw plejers u anke diriġenti li jistgħu jgħinu sabiex dan it-tim ikun magħqud iżda fl-istess ħin organizzat. Jien kont wieħed li dħalt fil-kumitat u għamilna ħafna xhur niddiskutu kull possibiltajiet sabiex it-tim ikollu struttura. Persuni bħal Mario Gauci u Warren Sammut kienu għenu ħafna f 'dan ir-rigward sabiex ikun hemm il-fundazzjoni u ħafna xogħol minn wara l-kwinti li mportanti li jkollok. Niftakar li konna ngħaqadna ma' Mdina Knights fl-ewwel staġun tagħna u bdejna nieħdu sehem fil-kampjonat nazzjonali tal-futsal. Semmejt lill-Imdina Knights. Illum il-ġurnata intom sar jisimkom University of Malta Futsal Club. X'kien ġara biex ma bqajtux magħhom? Għadkom f 'kuntatt? Rajna li kienet diffiċli li diversi persuni jmexxu dan it-tim. Veru li kien qed ikollna diversi plejers u sportivi jieħdu sehem f 'diversi dixxiplini taħt il-kappa ta' Mdina Knights. Iżda meta mbagħad inbidlu r-regoli tal-FMA (Futsal Malta Association) fejn qabel klabb tal-futsal irid ikun affiljat ma' klabb tal-MFA, iddeċidejna li nkunu awtonomi sabiex ikollna identità bħala Università ta' Malta. B'hekk wara żewġ staġuni, iddeċidejna li nsiru magħrufa bħala UOM u barra minn hekk sirna entità rikonoxxuta mill-Università ta' Malta. Fil-verità din kienet il-ħolma tagħna u sa fl- aħħar kienet saret realtà. Int involut sew fil-futsal. Kif taf int dan ix-xogħol tagħmlu b'mod volontarju. Kif jirnexxilek issib il-ħin tagħmel dan ix-xogħol meta mbagħad għandek ix-xogħol tiegħek personali? Minħabba li jien dejjem involut fl-isport u li ġieli kont ukoll kowċ ta' xi timijiet, minn dejjem kien parti minn ħajti li jkolli parti mill-ġurnata dedikata lill-isport. U peress li jien dan inqisu bħala parti minn ħajti, huwa għalhekk li ssib iċ-ċans u tiddedikah għall-isport u għal dawk kollha involuti fih. Jien nirraġuna li l-isport jagħtik ħafna benefiċċji mhux biss fiżiċi iżda anke soċjali għax issir taf ħafna nies li kollha jaqsmu din l-istess passjoni flimkien. B'hekk tikber dejjem aktar il-komunità sportiva. Meta tibda tara l-entużjażmu li jkun għaddej anke fit-tim tal- Università mingħajr ma trid qisu tiġi dik l-enerġija biex tagħti aktar sabiex dejjem jissaħħaħ dan il-grupp tant sabiħ. L-istaġun ta' qabel intom bħala UOM ksibtu tragward storiku meta għamiltuha mal-Elite tal-futsal lokali. X'fisser għalikom dan kollu? Indunajna li aħna ma konniex biss tim ta' potenzjal. Bdejna nimmaturaw u fl-istess ħin ningħaqdu flimkien u nieħdu t-taħriġ bis-serjetà. Bdejna wkoll diversi strutturi professjonali u dan it-tragward ma wasalx b'kumbinazzjoni. Qabel ma wasalna għalih bdejna nindunaw li kapaċi mmorru pass iktar 'il bogħod u ma nibqgħux biss tim tal-Ewwel Diviżjoni. Anke l-plejers bdew jiffukaw ħafna fuq il-futsal u b'hekk kellna staġun suċċess. Minkejja kollox xorta ngħid li dan il-proġett għadu għaddej u beħsiebna nkomplu nirfinawh. Minkejja kollox matul l-istaġun illi għadda, ma rnexxielkomx tagħmluha mal-Elite. X'mar ħażin? Ironikament fil-bidu tal-istaġun kellna l-intenzjoni li nikkonfermaw postna mal-Elite iżda li ġara matul l-istaġun li għadu kemm għadda, kien hemm qabża kbira fil-kwalita' ta' diversi timijiet bħal Tarxien, Pieta' u Imrieħel. Dan għamlu kampjonat bilanċjat li fih kulħadd seta' jsib postu fl-Elite Round. Iddiżappuntajna ħafna fil-logħbiet diretti u kellna żewġ fatturi li ddeterminaw dan kollu. L-ewwel ħaġa n-nuqqas ta' esperjenza f 'logħbiet ta' din il-kwalità setgħet affettwat u fl-istess ħin ħsibna li wara t-tragward tas-sena l-oħra, kien ser ikollna l-istess riżultat. Il-plejers u l-kumitat kienu ddiżappuntati, m'hemmx xi ngħidu iżda aċċettajna b'umiltà li nilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni u komplejna nagħtu l-aħjar tagħna hemmhekk. Minkejja dawn id-diffikultajiet kollha, ammirajt l-ispirtu tal- grupp li baqa' jemmen sal-aħħar tal-istaġun li stajna xorta niksbu xi ħaġa. Jekk fil-kampjonat forsi ddiżappuntajtu, mhux l-istess jista' jingħad fin-KO fejn apparti li eliminajtu liċ-champions Valletta, irbaħtu l-finali kontra l-favoriti Luxol. Kif tispjegah dan il- kuntrast? Konna għadna ġejjin minn telfa fil-kampjonat kontra r-rivali diretti għall-Elite Round Imrieħel ESS u kellna moral baxx ħafna. Madankollu emminna li aħna ma kienx ħaqqna hekk. Tajna kuraġġ lil xulxin sabiex inqumu minn dan ir- riżultat diżappuntanti. Ironikament il-logħba li kien imissna kienet il-kwarti tal-finali tan-KO kontra Valletta, tim li ma kellu bżonn tal- ebda introduzzjoni fil-futsal lokali. B'hekk konna moħħna hemm li 'Is-sigriet tas-suċċess tat-tim tal-futsal tal-Università Cristian Antony Muscat Dr Stefan Cutajar - eks president tat-tim tal-futsal tal-Università li imkien ma' oħrajn kien xprun ewlieni biex welled u wassal lill-istess tim għal suċċess inkredibbli fosthom bir-rebħ tan-knock-out matul l-istaġun li għadda. "Rigward l-infrastruttura ma narahiex aċċettabbli li titħassar logħba li qed tintlagħab ġewwa u titħassar minħabba x-xita. Importanti li din il-problema li ilha għaddejja, tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli. Naħseb li hemm rieda sħiħa mill-klabbs kollha biex ikun hemm it-titjib meħtieġ." "Il-partitarji tagħna huma leali ħafna magħna. Aħna ninsabu kuntenti li jkollna attendenza tajba kull meta nilagħbu. Huma jemmnu fina u aħna nirringrazzjawhom tal-kuraġġ u anke l-involviment tagħhom fil-kumitati u l-organizazzjoni. Aħna ġenerazzjoni attiva fil-komunità tagħna u dan nemmnu fih bis-sħiħ u b'hekk nista' ngħid li aħna tim ta' nies magħqud u miexi fit-triq it-tajba."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018