Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Muscat jispara 'l fuq, Marlene tista' tgawdi, Wara l-eżitu ta' Egrant; Muscat sar aktar popolari, Marlene tista' takkwista aktar voti min-Nazzjonalisti, Simon m'għandux x'jitlef u Delia lagħab il-karti ħażin... ...tkompli minn paġna 7 ILPRIM Ministru Joseph Muscat u martu Michelle joħorġu bħala l-akbar rebbiħin wara dan ir- riżultat. Għaliex? Għax kif qalet Michelle Muscat stess l-istorja ta' Egrant kienet toqgħod perfettament man-narattiva politika Nazzjonalista, imma wkoll mal-fatti. Jekk Konrad Mizzi u Keith Schembri, meqjusin bħala tnejn mill- aktar persuni importanti u b'saħħithom fl-eġemonija Laburista kellhom kont il-Panama, kien kważi awtomatiku li wieħed jasal għall-konklużjoni li t-tielet kont huwa ta' Muscat. Id-dubju nħoloq u tant kien b'saħħtu illi sas-sigħat li kienet ħarġet l-inkjesta l-ewwel reazzjoni ta' ħafna xorta baqgħet li huma ma jemmnux li fil-fatt ma kinitx ta' Muscat. Il-konklużjoni tal- Maġistrat Bugeja, li kien imfaħħar kemm minn Muscat u anke minn Busuttil, kienet ċara biżżejjed biex teżonera lil Muscat minn din l-allegazzjoni. Appoġġ lill-vittma, f 'dan il-każ Muscat Dan fisser li fil-ħsieb kollettiv tal-poplu, issa Muscat ħareġ tal-persuna li qalet il-verità, waqt li Daphne Caruana Galizia u Simon Bususttil tal-persuni li jew gidbu jew għamlu dik il-gidba tagħhom u kienu parti minn kampanja orkestrata biex Egrant tkun l-aħħar musmar fit-tebut ta' Muscat. M'hemm xejn aħjar, fi kwalunkwe ċirkostanza, milli jirriżulta li kont vittma. U hekk ġralu Muscat; ħareġ ta' vittma, tal- persuna taħt attakk minn "grupp ta' nies li riedu l-poter" u allura n-nies bdew iduru madwaru u jagħtuh l-appoġġ, għax il- vittma dejjem jingħata l-appoġġ. Fl- isfond ta' dan il-fatt jagħmlu aktar sens l-emozzjonijiet ta' Muscat waqt il-konferenza tal- aħbarijiet nhar il-Ħadd. Dawn l-emozzjonijiet li għandna nemmnu li huma ġenwini, komplew issudaw is-sens ta' appoġġ li ħafna persuni, mhux biss Laburisti ħassew li kellhom jagħtu. Attakk fuq il-familja... Mhux il-politiċi kollha jidhru ħafna mal-familja. Joseph Muscat huwa politiku li jdaħħal lill-familja bħala parti mill-pakkett kollu politiku li huwa hu. Pereżempju meta l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, Muscat ma niżilx waħdu fi Triq ir-Repubblika, jew mat-tmexxija tal-PL, imma ma' martu Michelle u ż-żewġ uliedu. Lil hinn minn kemm wieħed jista' jaqbel jew le ma' din id-deċiżjoni, Muscat jaf li meta jagħmel hekk qed jipproġetta lilu nnifsu bħala raġel tal-familja. Raġel tal-familja jissimbolizza l-għaqda, l-impenn u d-dedikazzjoni ta' missier. Tissimbolizza l-imħabba lejn l-ulied imma wkoll is-sens ta' awtorità. Tissimbolizza stabbilità kif ukoll persuna li tinsab saqajha mal-art. Ix-xena ta' Prim Ministru, b'mara eleganti u żewġt itfal il- ġmiel tagħhom tirrifletti sens ta' familjarità ma' dawk l-udjenzi li qed isegwuh, imma wkoll sens ta' awtorità u serjetà fid-dehra. Issa li Egrant irriżultat li qatt ma kienet ta' Michelle Muscat, il-PM u anke martu jistgħu jpinġu din l-allegazzjoni bħala attakk mhux biss fuq il-persuna politika tagħhom, iżda wieħed fuq il-familja tagħhom u dak kollu li d-dehriet tagħhom jissimbolizzaw. F'pajjiż fejn il-familja għadha nukleu li tattira tant għożża, dan l-attakk huwa inaċettabbli. Dan apparti li meta l-PM jippreżenta l-familja bħala l-front li magħha jiġġieled il-battalji politiċi qed jesponi l-attakki fuqu bħala attakki fuq it-tfal tiegħu wkoll. Politikament eżonerat... hu. Imma l-oħrajn? Muscat issa huwa eżonerat mill-allegazzjoni Egrant. Il- Kap tal-Oppożizzjoni u tal- Partit Nazzjonalista stess aċċetta u ammetta dan hu stess. Dan ifisser li Muscat issa ġie eżonerat u huwa mill-ġdid 'imnaddaf ' minn kull akkuża li saret fuqu. Dan iżda ma jfissirx li issa t-triq għal Joseph Muscat hija għall-wita, minkejja li hekk jista' jidher. U għaliex? Għad hemm numru ta' inkjesti li l-eżitu tagħhom jista' jkun dannuż, jekk mhux daqs, kważi daqs dik ta' Egrant. Għandek l-inkjesta dwar il-Panama papers, inkjesta dwar allegazzjonijiet ta' kummissjonijiet mill- proġett tal-Power Station u l-allegazzjoni ta' allegat ħasil ta' flus li jinvolvi l-kontijiet fil-Bank Pilatus ta' Keith Schembri u flus li kienu deħlin fih mingħand Adrian Hillman. Dawn kollha, imma l-aktar it- tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu dannużi ħafna jekk jirriżultaw f 'parir Maġisterjali li jkun favur passi kriminali. Anke jekk ma jolqtux lil Muscat direttament, jekk jolqtu lil Keith Schembri jew Konrad Mizzi jkunu, prattikament laqtu lill-Prim Ministru. Dan jitlob allura ftit iktar kawtela, anke jekk it-trijonfaliżmu ta' ħafna partitarji Laburisti huwa ġġustifikat. L-ewwel u l-eqqel test Muscat għaddieh, imma għad fadal mumenti kruċjali oħrajn. Il-popolarità ta' Muscat tispara 'l fuq... Bla dubju u dan jinħass sew, l-aktar permezz tal- mewġa fuq il-midja soċjali, illi l-popolarità ta' Muscat sparat 'il fuq. Il-partitarji Laburisti ħassew li kienu vindikati u l-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta, xi ftit jew wisq mewtu (għalissa) kull tip ta' bruda li bdiet tinħoloq anke fost il-partitarji Laburisti stess u anke switchers fuq kwistjonijiet bħall- immigrazzjoni, il-barranin u l-ambjent. Għaż-żmien li ġej il- persuna politika ta' Muscat se terġa' togħla 'l fuq u se jkun diffiċli ħafna jekk mhux impossibbli li jerġa' jsir assalt fuq il-persuna politika ta' Muscat, dejjem sakemm l-inkjesti l-oħrajn ma jindikawx affarijiet xejn sbieħ fuq persuni politikament qrib Muscat. Adrian Delia... bejn il-basla u qoxritha Min-naħa l-oħra dan l-aħħar urugan politiku ma tantx iħalli lill-Kap tal-PN Adrian Delia f 'post tajjeb. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, forsi mingħajr ma wieħed kien qed jistenna, Delia talab lil Simon Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018