Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Min ressaq dokumenti, bħala provi li Egrant Inc hija ta' Michelle Muscat, quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja? Kif kien żvela s-sit illum. com.mt la Daphne Caruana Galizia u lanqas Maria Efimova ma ppreżentaw dokumenti. Dan kien ikkonfermat mill-Maġistrat Aaron Bugeja fir-rapport. L-uniku kopja tad- dikjarazzjoni li Egrant Inc. suppost kienet ta' Muscat tpoġġiet quddiem il-Maġistrat minn Pierre Portelli, eks editur mal-Malta Independent u li llum qed imexxi l-midja tal-Partit Nazzjonalista. Veru li kien hemm firem foloz? Ta' min huma? Iva, veru. Ir-rapport jgħid kif għal darbtejn instab li l-firem ta' Jaqueline Alexander, suppost il-firmatarja mill- Panama tad-declaration of Trust ta' Muscat, fuq id- dokument preżentat quddiem il-Qorti u l-firem ġenwini tagħha ma kinux jaqblu. Alexander, meta xehdet, ikkonfermat li hija ma kinitx kitbet jew għamlet declaration of trust għal Egrant. Il-Maġistrat Bugeja mbagħad jasal għall- konklużjoni li "d-dokumenti foloz (huma) magħmula minn xi ħadd li f 'dan l-istadju għadu mhux magħruf." Kien hemm kont tal- kumpanija Egrant f 'Pilatus? Le, ma jirriżultax li Egrant Inc kellha kont bankarju miftuħ, magħluq jew pendenti u allura ma setgħux saru pagamenti fih jew minnu. Ma rriżultax anqas li ġiet depożitata xi 'declaration of trust' minn Brian Tonna fil-Bank Pilatus, naturalment imma minħabba li Pilatus ma kellux kont tal-kumpanija Egrant Inc. Ma nstabx anqas li fil-Bank Pilatus jew permezz tas- servizzi tiegħu kien hemm tranżazzjonijiet bejn Egrant u Sahra FZCO. Ma nstabx anqas li kien hemm il-preżenza ta' kont tal-kumpanija Egrant Inc f 'Dubaj. X'kienet qalet Daphne dwar Egrant u Sahra FZCO? Daphne Caruana Galizia kienet qalet li kien sar pagament ta' self mill-kont tal-kumpanija Al Sahra għal kont ta' Egrant fil-Bank Pilatus. "Dan ma kienx l-uniku ħlas ta' self li Egrant irċeviet minn Al Sahra FZCO, imma kienet l-akbar tranżazzjoni. Pagamenti oħrajn kienu ta' madwar $100,000, darbtejn fil-ġimgħa f 'ġimgħat differenti f 'Jannar, Frar u Marzu tas-sena l-oħra (2016)". Hija allegat illi Al Sahra hija l-kumpanija tat-tifla tal- Mexxej tal-Ażerbajġan Illham Aliyev, Aliyeva. Mir-rapport jirriżulta li fil-Bank Pilatus ma rriżulta ebda struzzjoni ta' ħlas jew tranżazzjoni bejn Sahra FZCO u Egrant f 'Dubaj jew il-Bank Pilatus Il-Forensic Accountants li kienu parti mit-tim li xehdu f 'dan il-każ qablu li ma nstabet ebda tranżazzjoni ta' ħlas ta' $1,017,000 bejn iż-żewġ kumpaniji, kif kienet allegat Caruana Galizia. Vera li f 'Pilatus kien hemm kċina u b'safe? Iva, fil-Bank Pilatus hemm kċina, fil-fatt hemm tnejn. Filwaqt li l-impjegati ma setgħux jaqblu bejniethom dwar il-preżenza ta' safe, irriżulta li kien hemm, filing cabinet li ġieli kien jissakkar. Diversi dokumenti, ikkwotati fil-konklużjonijiet, jagħmlu referenza għal dan il-'filing cabinet' bħala l-post fejn ikun hemm dokumenti kunfidenzjali ta' klijenti importanti tal-bank, inkluż persuni esposti politikament (PEP) Maltin. Caruana Galizia kienet allegat illi f 'dan is-safe/ filing cabinet kien hemm id-dikjarazzjonijiet li juru 'Daphne emmnet lil Efimova... X'qalet eżatt l-inkjesta tal-Maġistrat Bugeja? X'qaltilna dwar il-kumpanija Egrant? Daphne u Efi mova qablu fi x-xhieda? U x'inhuma eżatt il-fi rem il-foloz...L-ILLUM tagħti ħarsa estensiva lejn il-konklużjonijiet tal-Inkjesta 'Egrant' agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għall-Kiri ta' Propjeta f'Għawdex Id-Direttur Ġenerali (Operat) fi ħdan il-Ministeru għall-Ghawdex tgħarraf li ser tilqa' espressjonijiet ta' interess magħluqin u immarkati: "EOI/A0718 Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għal Kiri ta' Propjeta f'Għawdex fil-kaxxa tal- offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir- Rabat, Għawdex sa mhux aktar tard mill-10.00 ta' filgħodu tal-10 ta' Awwissu 2018. Dawk interessati jistgħu jiksbu kopja tad-dokument tal-Espressjoni ta' Interess minn fuq il-website tal-Ministeru għal-Għawdex mgoz.gov.mt jew permezz ta' email fuq procurement.mgoz@gov.mt li tindika b'mod ċar fit-titlu l-Avviz Numru EOI/A0718. MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għall-Kiri ta' Propjeta f'Għawdex Id-Direttur Ġenerali (Operat) fi ħdan il-Ministeru għall-Ghawdex tgħarraf li ser tilqa' espressjonijiet ta' interess magħluqin u immarkati: "EOI/A0718 Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għal Kiri ta' Propjeta f'Għawdex fil-kaxxa tal- offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir- Rabat, Għawdex sa mhux aktar tard mill-10.00 ta' filgħodu tal-10 ta' Awwissu 2018. Dawk interessati jistgħu jiksbu kopja tad-dokument tal-Espressjoni ta' Interess minn fuq il-website tal-Ministeru għal-Għawdex mgoz.gov.mt jew permezz ta' email fuq procurement.mgoz@gov.mt li tindika b'mod ċar fit-titlu l-Avviz Numru EOI/A0718. MINISTERU GĦAL GĦAWDEX