Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet ILKAŻ Egrant qed jikteb fl-istorja politika lokali bħala wieħed mill-aktar każi politiċi jaħarqu illi qatt esperjenza pajjiżna. Kien l-20 ta' April 2017 illi Daphne Caruana Galizia ppubblikat storja, li għaliha kien hemm stennija kbira ħafna mill-pajjiż kollu. Kien jidher illi l-pubblikazzjoni ta' tali storja ma kinitx biss storja kwalunkwe. Kien ċar illi kien hemm tattika wara l-istorja kollha u li kien hemm pjan ċar illi malli toħroġ fuq il-blogg ta' Daphne Caruana Galizia, tibda waħda mill-aktar kampanji qliel li qatt rajna f 'pajjiżna. Dan huwa l-uniku mod kif wieħed jista' jispjega illi l-għada filgħodu, ftit sigħat wara li kienet ippubblikata l-istorja, fuq każini tal- PN (fil-Mosta żgur) kienu diġà ttellgħu strixxuni jinċitaw li Michelle u Joseph Muscat, fost oħrajn ikunu arrestati. Din l-istorja kienet imxerrda minn 22,600 persuna fuq Facebook, li jfisser illi nqrat minn eluf kbar ta' nies. Ġiet imxerrda 644 darba fuq Twitter. Fit-toroq, fil-pjazez, fuq il-midja soċjali u fuq il-midja kollha kulħadd kien mixgħul b'mistoqsija kardinali u importanti; Muscat kienet it-tielet sidt ta' kumpanija fil-Panama? U vera rċeviet $1 miljun mit-tifla tal-mexxej tal- Ażerbajġan? Kulħadd jistaqsi, kulħadd iċempel, kulħadd jiddubita u biża' kbira mill-eluf ta' partitarji ta' Muscat illi din taf tkun daqqa mortali u morali li l-PL mhux se jqum minnha. Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil niżżel in-nies fit-toroq u kien staqsa lill-awtoritajiet u l-forzi tal-ordni biex jagħmlu dak li hemm bżonn biex Muscat jitneħħa mill-poter, kien hemm min interpreta din l-azzjoni bħala waħda mhux wisq 'il bogħod minn sejħa għal kolp ta' stat. Il-PM Joseph Muscat ċaħad bil-qawwa u sejjaħ din bħala l-akbar gidba fl- istorja politika ta' Malta. Il-bqija saret parti mill- istorja... Din il-ġimgħa rriżulta li Egrant mhix, la ta' Michelle Muscat u lanqas ta' Joseph Muscat. Dan l-eżitu, li bħall- allegazzjoni ġab lil ħafna mill-pajjiż jiktbu fuq il- midja soċjali biex jagħtu fehmthom filwaqt li ħalla lill-Partit Nazzjonalista maqsum aktar minn qatt qabel, beda jagħlaq dan il- kapitlu bil-kbir. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn kif Egrant biddlet ix- xenraju politiku fl-aħħar sena u kif se tbiddel ix- xenarju issa li l-eżitu huwa ċar. Ara wkoll paġni 8 u 9 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Lesta u konkluża; imma min se jkun vittma ta' Egrant? Egrant; ma' kull żvilupp iqumu l-irwiefen, it-tempesti u t-temperatura politika tibda tielgħa. Issa nafu li la kienet ta' Michelle u lanqas ta' Joseph Muscat, kif kienet tgħid l-allegazzjoni ta' Caruana Galizia. X'effett politiku se jkollu dan l-aħħar żvilupp f 'saga taħraq? Min se jogħla? U min jaf jitkisser? L-ILLUM tanalizza...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018