Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum tgawdi, Simon appoġġjat u Delia 'l isfel jirreżenja minn Deputat Nazzjonalista u tneħħa minn kelliem għall-Governanza Tajba. Din id-deċiżjoni, probabli hija riflessjoni tax-xiżma kbira li teżisti fil-Partit Nazzjonalista bħalissa u hija frott l-għaġġla ta' Delia li jagħmel eżempju b'xi ħadd li huwa sigriet magħruf li la hu u lanqas dawk ta' madwaru ma jħobbu wisq. Delia qala' ċapċip ukoll għad-deċiżjoni li jneħħi lil Busuttil, imma ħafna minnu huwa ġej minn persuni Laburisti li m'għandhom ebda intenzjoni li jivvutaw lill-PN. Delia ma lagħabx il-karti tiegħu sew. Kellu jgħid li se jistenna r-rapport ikun ppubblikat fl-intier tiegħu bħala skuża biex fl-istess ħin jevalwa fejn jinsab mad- deputati tiegħu stess, jiġifieri min se jibqa' jsostni lilu u min mhux lest li jappoġġjah jekk jagħti dahru lil Simon. Delia missu ppjana aħjar, tkellem aktar u żamm qrib tiegħu lill-aktar deputati illi l-inqas probabli li kienu se jappoġġjawh. Kien ikun aħjar kieku laqqa' l-grupp parlamentari, għamel il- proposta li jitneħħa Simon u sema' d-diskussjoni bħala 'litmus test' ta' fejn jinsab. Il-fatt li dan ma sarx juri illi Delia huwa kompletament nieqes mill- gwida ta' strateġisti li jafu illi l-politika hija logħba ċess, hija bħal mixja fuq art mimlija splussiv, pass ħażin u daqshekk. Turi wkoll li Delia għadu ma jikkmandax l-awtorità assoluta fuq il-partit li jmexxi, b'nofs id- Deputati jinjoraw il-pożizzjoni li ħa u b'mod apert u pubblikament jisfidaw id- deċiżjoni tiegħu. Agħar minn hekk turi wkoll li Delia ma jafx biżżejjed lill-partit tiegħu stess, kieku jafu kien ikun jaf x'se jiġri u kemm se thedded il-pożizzjoni tiegħu d-deċiżjoni li ħa. Metaforikament, Delia qisu qabad nar li kien tbaxxa xi ftit u reġa' tah il- ħajja u issa dak in-nar, sar ħuġġieġa. Simon Busuttil; tilef ħafna krettu imma għadu mhux spiċċut Għal ħafna, imma speċjalment Laburisti jew persuni li jissimpatizzaw mal- Partit Laburista Simon Busuttil tilef il-krettu u l-kredibilità kollha u huwa politiku diskreditat. Imma ngħiduha kif inhi, Simon Busuttil qatt ma kien maħbub wisq mil-Laburisti jew dawk li jissimpatizzaw miegħu. Il-vera test ta' Busuttil huwa fost in- Nazzjonalisti u dawk li jissimpatizzaw miegħu. Bl-aktar mod ċar Busuttil għadu jikkmanda aktar rispett fost numru ta' Deputati. Ir- rispett, ma ninsewx, huwa kruċjali biex il-Grupp Parlamentari jiffunzjona. Jidher ukoll li għad hemm sezzjoni ta' votanti li mhuma kuntenti xejn b'Delia u oħrajn li saħansitra lesti ma jivvutawx lill-PN kemm idum imexxi l-partit Delia. Dan ifisser illi minkejja l-kritika ħarxa u jista' jkun ġġustifikata li qed jaqla' għall-mod kif għamel l-allegazzjoni ta' Egrant tiegħu, jaf illi mingħajru u mingħajr dawk il-votanti li huma viċin fil-ħsieb tiegħu, l-aktar dawk li kienu jsegwu lil Daphne Caruana Galizia, ftit hemm ċans li l-PN jirbaħ l-elezzjoni. L-effett fuq l-elezzjoni tas- sena d-dieħla... Xahar wara xahar bdiet riesqa l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew li se ssir f 'Mejju tas-sena d-dieħla. Jekk ebda inkjesta oħra ma tkun konkluża b'konklużjoni ta' detriment għall-Gvern jew membru tiegħu, l-eżitu ta' Egrant se tkun qed tilgħab parti importanti fir-riżultat tal-elezzjoni tal- MEPs. Jekk is- sitwazzjoni ta' kriżi fil-Partit Nazzjonalista tibqa' ma tkunx riżolta, b'Busuttil jibqa' fil-ġnub tal-PN hemm ċans li l-Partit Demokratriku mmexxi minn Marlene Farrugia jgawdi l-aktar minn dan it- telf ta' voti. Apparti li kienet imfaħħra fil-blogg ta' Daphne Caruana Galizia, Marlene Farrugia hija meqjusa bħala persuna qrib ħafna dak li jemmen u l-politika ta' Simon Busuttil, fil-fatt il-PD kien l-uniku partit li ħareġ għonqu għal Simon Busuttil. Il-PN qed jirriskja li jitlef aktar appoġġ milli diġà kien tilef jekk l-affarijiet fi ħdanu jibqgħu ma jitjibux. Dan jagħmel rebħa Laburista b'distakk akbar minn 36,000-40,000 vot aktar realistika, milli forsi kienet sa ftit ilu. Dan ix-xenarju jista' faċilment jipperikola wieħed mis- siġġijiet tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-MEPs. Fil-kuntest preżenti, telfa elettorali hekk kbira minħabba qasma fil-partit tkun tfisser li l-pożizzjoni ta' Delia bħala Kap tal-PN tkun verament ipperikolata, ħafna iktar ipperikolata milli diġà hija bħalissa. Il-Partit Laburista, jirbaħ jista'. Għalkemm l-aħħar elezzjoni ġenerali wriet li l-kwistjoni tal-Panama papers m'għamlitx wisq differenza, il-fatt li l-eżitu tal-inkjesta ta' Egrant eżonerat lil Muscat, kif għidna diġà mewtet ħafna mill-ilmenti jew bruda lejn il-Gvern. Dan flimkien ma' Oppożizzjoni li tinsab imkissra, joffru kważi ċertezza illi l-Labour se jirbaħ fl-2019. Sa dakinhar l-affarijiet jistgħu jinbidlu ħafna. U apparti 'l-affarijiet' hemm ċans li anke protagonist politiku partikolari jinbidel, jekk l-affarijiet ma jibdlux ir-rotta. (Ara wkoll paġni 10 u 11) L-ewwel u l-eqqel test Muscat għaddieh, imma għad fadal mumenti kruċjali oħrajn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018