Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973
Sports 28 illum Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 'Qatt ma bsarna li f'qiegħ il-baħar ħa nsibu toilet u saħansitra banju!' - Lara Camilleri wara Clean Up Day minn Marsaxlokk ASC Minn Cristian Antony Muscat FIL-JIEM li għaddew, Marsaxlokk ASC organizza 'Clean Up Day' max-xtut tal-istess lokalità fin-Nofsinhar ta' Malta. Biex ikollha aktar dettalji rigward din l-attività nobbli, l-ILLUM tkellmet mal-Head Coach tal-istess klabb, Lara Camilleri, li tatna iktar dettalji: "L-idea tal-'Clean Up' bdiet mis-Sur Victor Fenech, president tal-Marsaxlokk Aquatic Sports Club. Bħala Xlukkajr, u eks plejer tal- waterpolo, li minn dejjem kellu għal qalbu l-baħar. Bħala għaddas akkanit, iħoss dispjaċir kbir b'dak li jara f 'qiegħ il-baħar ta' Marsaxlokk waqt kull għadsa. Għalhekk, kienet ilu jberren f 'moħħu l-ħsieb li tiġi organizzata Clean up, sakemm fl-aħħar bl- għajnuna ta' diversi sponsors u volunitiera, din saret realtà. Il-Clean up ġiet mqassma f 'jumejn: fl-24 t'Awwissu, fejn ġew imnaddfa l-bajja ta' madwar il-piċċ, u l-bajja tal-Għar l-Aħmar, u fil-25 t'Awwissu, fejn ġie mnaddaf qiegħ il-baħar fl-istess akwati. Minkejja li fl-ewwel ġurnata tal-clean up, it-temp ma kienx favurina minħabba x-xita, xorta ma qtajniex qalbna. Tletin tifel u tifla li jattendu l-Marsaxlokk Aquatic Summer School taht it-tmexxija tiegħi bħala Head Coach, bl-etajiet li jvarjaw minn erba' snin sa 12-il sena, flimkien ma' għadd ta' ġenituri, voluntiera taż-ŻAK, u volunitiera mill- Foundation for Tourism Zone Development, ilkoll ħriġna b'ħeġġa biex nagħmlu Marsaxlokk isbaħ u iktar nadif. It-tfal ġew mgħallma li plastik, metall, u karti riedu jiġu mitfugħa ġo boroż griżi għar- riċiklaġġ, filwaqt li skart ieħor jiġi mitfugħ ġo boroż suwed. B'kollox inġabru madwar 50 borża ta' skart. Wara bħala ringrazzjament, il-kowċis tas- Summer School organizzaw Hot dog Day għat-tfal, fejn it- tfal stess kienu mħeġġa biex jużaw platti u tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw, biex b'hekk mhux talli niġbru l-iskart imma nnaqqsuh ukoll! L-għada, is-Sibt 25 t'Awwissu, grupp ta' għaddasa u snorkellers, niżlu f 'qiegħ il-baħar biex inkomplu bl-għan tagħna. Dak li rajna fil-qiegħ kien ta' sorpriża. Apparti l-ammont enormi ta' fliexkien tal-ħġieġ u tal-plastik, tazzi, u metall li sibna, qatt ma bsarna li ħa nsibu wkoll filters taż-żejt, apparat tal-gym, mutur u diversi batteriji tad-dgħajjes, siġġu, steering wheel, fan, microwave, komodina, toilet u saħansitra banju! F'temp ta' sagħtejn, il-barkun ġentilment provdut mill- MFF Ltd imtela kollu u l-iskart li nġabar ġie dispost kif suppost fejn kellu jkun mill-bidu. Kienet attività ta' suċċess, u minkejja li ninsabu kuntenti ħafna, xorta ninsistu li għandu jkun hemm iktar tagħlim u responsabbiltà fejn jidħol l-ambjent ta' madwarna. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawn l-entitajiet għax mingħajrhom din l-attività ma kinitx tkun possibli: Marsaxlokk Aquatic Sports Club, Marsaxlokk Aquatic Summer School, MFF LTD. Fish Farming, Kunsill Lokali Marsaxlokk, Foundation for Tourism Zone Development, Browns Pharma, u Go & Fun," temmet tgħid Lara Camilleri. Ċiklisti Maltin bi sfida fuq l-Etna UĦUD mill-aqwa mountain bikers Maltin se jieħdu sehem fil-Mount Etna Marathon Tour, tellieqa kkunsidrata bħala waħda mill-iktar iebsin fiċ- ċirkwit tal-Mountain bike, bejn l-4 u t-8 ta' Settembru. L-Etna Marathon Tour hija tellieqa b'stadji differenti, magħmula minn timijiet ta' żewġ persuni li jieħdu sehem f 'waħda mill-ħames kategoriji. It-tellieqa tippermetti l-parteċipazzjoni ta' biss ħamsin tim u tikkonsisti f 'time trial u erba' stadji maqsuma fuq 260 kilometru u tlajja ta' 'l fuq minn 8,000 metru. "Waqt li l-itwal distanza mifruxa fuq ġurnata hija ta' 68 kilometru, wieħed irid jikkunsidra r-rotta li hija single track, bi trab volkaniku, tlajjiet iebsin u nżul tekniċi ħafna u dan kollu fuq tlajja' li jwasslu sa' 8,000 metru. Din hu d-doppju ta' dak li jiġi esperjenżat fuq toroq normali. Ir-rotta wkoll ma tgħinx biex wieħed iqum bilwieqfa fuq ir-rota biex jistrieħ ftit! Dan hu mountain biking fil-veru sens tal-kelma" spjega Mark Bonnici. It-tim Malti, li ser jingħaqad ma' 8 pajjiżi oħra u numru ta' ċiklisti professjonali, se jkun magħmul minn Mark Bonnici / Marie Claire Aquilina (Mixed), Brandon Sultana / Andre Meeuwsen (Irġiel), Anton Muscat / Clive Ebejer (Masters 1) filwaqt li iċ-Ċampjon Nazzjonali tal-Mountain Bike Maurice Formosa ser jingħaqad ma' Patrick Scicluna li ser jikkompetu fil-Kategorija tal-Masters, li hija waħda mill-iktar kompetitivi. "Apparti mir-rotta diffiċli, il-format tat-tim, mgħamul minn tnejn min-nies hija ta' sfida waħeda. Dan minħabba li t-tim irid ikun flimkien il-ħin kollu b'distakk ta' żewġ minuti biss bejn il-membri tat-tim" kompla jispjega Patrick Scicluna. "Iż-żewġ ċiklisti huma meħtieġa li jlestu il-korsa mingħajr assistenza esterna, għalhekk iridu jiżguraw li xi ħsarat jiġu msewwija bejniethom". Din mhix l-ewwel darba li Malta kienet rappreżentat f 'dawn it-tlielaq. Kemm Patrick Scicluna u Maurice Formosa għandhom esperjenza ta'din l-isfida. Madankollu, din hija l-ewwel darba li ċiklista femminili ser tieħu sehem. Marie Claire Aquilina, li ħi bla dubju ċiklista ta' fama u li tissielet għal kull punt bla biża', hija mistennija tagħti prestazzjoni tajba. Il- kumplament tal-kontinġent ilu jipprepara għal din l-isfida u kien preżenti regolarment fin-National Point Series organizzata mill-Malta Mountain Bike Association. Enervit Malta ser jipprovdi assistenza lejn in-nutrizzjoni tat-tim. L-avveniment huwa organizzat taħt ir-regoli tal-Federazzjoni Taljana taċ- Ċikliżmu (l-FCI) u taħt ir- regoli tal-UCI. It-Tim Malti jistgħa jiġi segwiti fuq http:// www.etnamarathontour.it/ Lejn it-tmiem ta' Settembru, l-istess tim, flimkien ma' ċiklisti Maltin oħra ser ikunu qegħdin jipparteċipaw fl-Etna Marathon, li din is-sena kisbet l-istatus UCI MTB Marathon u għalhekk ser tkun qed tattira ċikilisti professjonali minn madwar id-dinja. Il-Maltin ilhom jieħdu sehem fl-Etna Marathon mill-2012.