Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Valletta illum | Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 1565 Lejlet it-8 ta' Settembru: Il-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann u l-Maltin, immexxija mill-Gran Mastru Jean Parisot de Valette, joħorġu rebbieħa fuq l-invażuri Ottomani. B'telfiet kbar fil-qawwiet tiegħu u mingħajr provvisti biżżejjed biex jiffaċċja x-xitwa li kienet ġejja, l-armata numeruża ta' Suleiman il- Kbir salpet 'il barra mill-port u b'hekk ġabet fit-tmiem l-Assedju l-Kbir ta' Malta. Jingħad li dehra tal-Verġni Marija flimkien ma' suldat armat beżżgħet lill-għadu matul il-lejl ta' qabel it-tluq tagħhom. 1566 Fit-28 ta' Marzu: il-Gran Mastru Jean Parisot de Valette, id-49 Gran Mastru tal-Ordni Sovran u Militari ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta, jqiegħed l-ewwel ġebla tal-belt fortizza l-ġdida, li kellha tissemma għalih .... il-Belt Valletta. B'ringrazzjament għar- rebħa tagħhom, il-Gran Mastru de Valette u l-Ordni ta' San Ġwann ippubblikaw editt li jgħid li l-ewwel bini tal-Belt għandu jkun dak ta' knisja. Huma ddeċidew li jiddedikawha lin-Natività tal-Verġni Marija, il-festa ċċelebrata kull sena mill- Knisja Kattolika Rumana fit-8 ta' Settembru. De Valette ħallas personalment għall-bini ta' din il-knisja. Il-kwadru titulari fuq l-altar maġġur tal- knisja juri t-twelid tal-Verġni Marija u jingħad li dak li hemm illum huwa l-oriġinali li kien hemm sa mill-ewwel knisja. Insibu wkoll ikona Biżantina mill-isbaħ ta' oriġini mhux magħrufa. Il-Madonna tal-Vittorja hija mpittra fuq ir-ramm u hija miksija b'riżla tal-fidda mnaqqxa. Jingħad li ġiet irregalata lill-knisja mill-Gran Mastru Adolf de Wignacourt li kien il-Gran Mastru tal-Ordni bejn l-1601 u l-1622 1568 21 ta' Awwissu: Imut il-Gran Mastru Jean de Valette wara li feġġlu d-deni waqt li kien għall-kaċċa fil-bajja ta' San Pawl. Skont ix-xewqa tiegħu huwa ġie midfun fil-kripta tal-knisja tal-Madonna tal-Vittorji sakemm il-fdalijiet tiegħu tneħħew mis-suċċessuri tiegħu u ġew trasportati għall- kripta tal-Kon Katidral ta' San Ġwann. L-iskrizzjoni ta' dedikazzjoni bil-latin fuq il-qabar tal- Gran Mastru nkitbet mis- segretarju ta' De Valette, Sir Oliver Starkey li kien l-aħħar kavallier tal-lingwa Ingliża fiż-żmien tal-Assedju l-Kbir. Il-kliem tal-iskrizzjoni jgħid hekk: Hawnhekk jinsab De Valette, dehen ta' unur dejjiem. Hu li darba kien il-pjaga tal- Afrika u tal-Asja, u t-tarka tal-Ewropa, minn fejn keċċa l-barbari bid-driegħ qaddisa tiegħu. L-ewwel li ser jindifen f 'din il-belt għażiża, li tagħha kien il-fundatur. 1617 Il-knisja ssir parroċċa tal- Ordni ta' San Ġwann u tkun iddedikata lil San Anton Abbati. L-Ordni tkompli ssebbaħha b'bosta xogħlijiet tal-arti fosthom ix-xbieha ta' Mater Boni Consilii (Marija Omm tal-Parir it-Tajjeb), pittura rari u vvenerata mogħtija lill-knisja mill-Gran Mastru Emanuel Pinto de Fonseca. 1699 Sal-1699, il-Gran Mastru Ramon Perellos y Roccaful kien kabbar l-abside tal- knisja. Żied ukoll il-pitturi fuq kull ġenb tal-altar maġġur li juru lil San Anton Abbati u lil Sant'Antnin ta' Padova. Dawn kienu nġiebu Malta minn Rodi fl-1530 mill-Kavallieri ta' San Ġwann wara li l-Imperatur Karlu V offra lill- gżiritna lill-Ordni bħala l-bażi militari u reliġjuża tagħhom. 1716 Il-Gran Mastru Perellos ikkummissjona lill-artist Malti, Alessio Erardi, biex ipitter is-saqaf tal-knisja b'xeni monumentali mill-ħajja tal-Verġni Marija. Erardi temm din l-opra tiegħu li għadu kif tlesta r-restawr intensiv fuqha, fi żmien sentejn. 1752 Il-Baliff ta' Majorca, Fra Ribas de Montelieu, fuq ordnijiet tal-Gran Mastru Pinto de Fonseca, kabbar il-faċċata ta' quddiem tal- knisja min-naħa ta' barra b'tiżjin ta' skultura barokka mill-isbaħ. Bust tal-bronż tal- Papa Innoċenż XII, Antonio Pignatelli, li kien intbagħat qabel bħala rigal tal-Papa lill-Gran Mastru tqiegħed fuq id-daħla tal-bieb prinċipali tal-knisja. 1802 Ġie inawgurat f 'din il- knisja l-monument funerarju tal-aħħar Ammiral tal-Gran Dukat Venezjan, Angelo Emo. Emo miet f 'Malta fl-1792 waqt missjoni navali u xtaq li l-qalb tiegħu tibqa' midfuna hawn. Il-bqija tal- fdalijiet tiegħu huma midfuna f 'Venezja. Is-sarkofagu tiegħu huwa xogħol l-iskultur rinomat Malti, Vincenzo Dimech. 1837 Il-knisja ssir il-post uffiċjali tal-qima għas-suldati tar- Royal Fencibles of Malta (1815-1861) iktar tard magħrufa bħala l-Artillerija Irjali ta' Malta. 1942 23 ta' April: Wara lejl ta' attakki qawwija mill-ajru, splużjoni ta' bomba mitfugħa minn ajruplan tal-għadu qerdet kważi għalkollox lir- Royal Opera House magħrufa aħjar fost il-Maltin bħala t-Teatru Rjal. Is-saqaf tal- Knisja tal-Vitorja li tinsab biss ftit metri 'l bogħod ġarrab xi Il-Vitorja ... L-ewwel knisja CLIFFORD GALEA ta' Rodi u ta' Malta, jqiegħed l-ewwel ġebla tal-belt fortizza Pawl. Skont ix-xewqa tiegħu huwa ġie Mastru Emanuel Pinto de Pignatelli, li kien intbagħat Il-Knisja tal-Vitorja fejn tinsab l-ewwel ġebla tal-Belt Valletta Insibu wkoll ikona Biżantina mill-isbaħ ta' oriġini mhux magħrufa. Il- Madonna tal-Vittorja hija mpittra fuq ir-ramm u hija miksija b'riżla tal-fidda mnaqqxa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018