Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 | illum Brian Magri, Lara Buttigieg jirbħu l-Kampjonati Nazzjonali Garmin Cross Country Triathlon IL-KLABB Agones SFC riċentement ospita l-Kampjonati Nazzjonali Garmin Cross Country Triathlon li miżmuma taħt l-awspiċji tal-Malta Triathlon Federation. It- tellieqa kienet tikkonsisti fl-għawma ta' 750 metri, rotta ta' 18 il-kilometru fuq ir-rota u ġirja ta' ħames kilometri. Din it- tellieqa rreġistrat l-ikbar parteċipazzjoni f 'tellieqa ta' dan it-tip. Bi 11-ilpajjiż rappreżentat, it-tellieqa kellha 30 parteċipant fil-kategorija individuali, 16 il-tim relay u 25 atleta li ħadu sehem fil-kategorija Junior u tat- tfal. Minkejja bidu bikri filgħodu, is-sħana u l-umdità fil-ġurnata taw sfida iktar iebsa lil-atleti iżda ma kienx hemm nuqqas ta' kompetizzjoni bejn l-atleti. L-ewwel barra mill-ilma kien Jai Patel (10:52) segwit minn Lara Buttigieg (13:02) u Marlon Zammit (13:47). Fit-taqsima tar-rota, Mark Bonnici rreġistra l-aħjar hin f 'din it-taqsima, (40:02), segwit mit-triatleta veteran Brian Magri, li daħal fit-tieni tranżizzjoni 48 sekonda wara Bonnici. Fit-tielet post kien Enrico Brandamante (44:51). Il- parti deċiżiva tat-triathlon il-ġirja ta'5km raw lil Noel Quinn jirreġistra l-aħjar ħin f 'din it-taqsima (18:54) segwit minn Brian Magri (21:27) u Dhiren Patel (25.30). Brian Magri spiċċa t-tellieqa b'ħin totali ta' 1:19:01 u b'hekk issiġilla l-ewwel titlu ta' kampjonat tiegħu. Fit-tieni post daħal Mark Bonnici f 'ħin ta' 1:26:24 u warajh fit-tielet post daħal Glenn Fenech (1:30:11). "Ninsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħi. It-taqsima tal-għawm ma kinitx waħda mill-aħjar tiegħi iżda pattejt fir-rota u l-ġirja li għall-età tiegħi, ħassejt li kienu tajbin." Fl-età ta' 54 sena, Magri kien beda it-triathlon 11-il sena ilu, iżda iktar kmieni din is-sena Magri ffoka fuq il-mountain biking. "Din l-ewwel darba li tellaqt triathlon offroad, u kienet esperjenza tajba għalija. Il- fatt li tellaqt fuq iċ-ċirkwit tal-mountain bike għenet ħafna llum," stqarr Brian Magri, Ċampion Nazzjonali tal-Cross Country Triathlon. Fil-kategorija tan-nisa, Lara Buttigieg żammet distakk komdu matul it- tellieqa kollħa biex issiġillat l-ewwel titlu ta' kampjonat tagħha. Buttigieg spiċċat it-tellieqa f 'hin ta' 1:42:34. Fit-tieni post kienet Louise Giglio (2:12:51) li kienet segwita minn Elisabeth Beemer (2:19:40) "Din hija tassew tellieqa kompetittiva b'atmosfera sabiħa. Għalkemm tellaqt fuq rottot iktar tekniċi, is-sħana u l-umdità li kellna kienu ta' sfida kbira. Kuntenta ħafna li dak li ħdimt għaliħ matul is-sena ħalla l-frott tiegħu llum. Grazzi lill- Club Agones SFC tiegħi, il-kowċis Danica Bonello Spiteri, Roland Eskudt u Body Works," qalet Lara Buttigieg li hija Champion Nazzjonali tal-Cross Country Triathlon. It-tellieqa laqgħat fostha 16-il tim tar-relay. It- timijiet kienu magħmula minn xelta interessanti ta' atleti fejn atletli b'esperjenza ngħaqdu m'atleti li għadhom kemm xejn ġodda fl- isport. Rebbieħa tal- Kategorija Relay kienu Andre Camilleri (Għawm), Patrick Scicluna (Rota) u Ivan Gauci (Ġirja). Il- ħinijiet l-iktar mgħaġġla fit-tliet taqsimiet separati ġew irreġistrati minn Andre Camilleri (Għawm), Christian Abela (Rota) u Brian Formosa (Giri). Ir-rebbieħa tal-kategorija Individwali u tar-Relay ġew mogħtija reġistrazzjoni b'xejn għall-edizzjoni tal-2019 tal-Xterra Malta Offroad Triathlon li ssir Malta f 'Mejju. "Ninsabu sorpriżi bit- tkabbir konsistenti ta'tlielaq cross country f 'Malta. Dan, flimkien mal- element internazzjonali li dan l-isport qed iġib qed jagħmel it-triathlon iktar attraenti," spjega Warren Muscat, president tal- Agones SFC. Il-Premijiet lir-rebbieħa ġew preżentati minn Sean Farrugia, rappreżentant ta' Medcomms Ltd, aġenti esklużivi ta' Garmin f 'Malta, li kienu l-isponsors ewlenin tal- avveniment. Il-president Muscat ħabbar li parti mill-fondi li nġabru lejn l-organizzazzjoni tat- tellieqa ser jingħataw lill- Fondazzjoni Inspire. Tliet atleti maskili fil- KTD Spartak Tournament fis-Serbja L-ASSOĊJAZZJONI Maltija tal-Weightlifting ser tkun rappreżentata minn tliet atleti maskili fil- KTD Spartak Tournament ġewwa Subotica fis-Serbja. Rodmar Pulis atleta ta' esperjenza ser ikun akkumpanjat minn Andy Grech u Keith Azzopardi. L-atleti se jikkompetu ma' atleti mill-Ungerija, Slovakkja, Polonja, Kroazja, Slovenja, Franza, Rumanija, u Uganda flimkien mal-pajjiż ospitanti. Dan il-kampjonat se jkun ta' importanza speċjali għal Rodmar Pulis peress li bħalissa qed jipprepara biex jikkompeti fil-Kampjonati Dinjija Universitarji li se jsiru fil-Polonja fl-aħħar ta' Settembru. Iż-żewġ atleti żghażagh, Andy Grech u Keith Azzopardi wrew progress tajjeb ħafna fil- prestazzjonijiet riċenti tagħhom f 'kompetizzjonijiet nazzjonali, u se jibbenefikaw minn dan it-turnew biex jiksbu esperjenza internazzjonali u aktar fiduċja għall-ġejjieni. Jesmond Caruana se jkun ukoll qed jipparteċipa fil-kampjonat bħala kowċ tat-tim nazzjonali u kelliem f 'Seminar Tekniku tal-Weightlifting li se jibda fil-ġranet qabel il- kompetizzjoni. Is-seminar huwa mmirat biex jgħallem lill-kowċis, uffiċjali tekniċi u atleti dwar ir-regoli f 'kompetizzjoni tal- weightlifting.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018