Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 TV/Ċinema The Spy Who Dumped Me din il-ġimgħa IL-FILM animat ambjentat fix-xenarju ta' ftit qabel meta l-Amerika daħlet fl-Ewwel Gwerra Dinjija, Sgt. Stubby: An Unlikely Hero , hu bbażat minn fuq storja vera, tassew ġenjali li kważi ma titwemminx. It-tema prinċipali ta' din il-produzzjoni hi dwar ir-rabta ġenwina u dejjiema bejn kelb b'denb qasir mitluq barra u suldat żagħżugħ. Il-ħajja ta' Robert Conroy (vuċi ta' Lerman) titbiddel radikalment meta kelb żgħir jidħol fil-kamp militari ta' taħriġ għall-kadetti fi New Haven, Connecticut. Meta dan jitimgħu, jindukrah, issemmih Stubby u jieħdu miegħu fit-trunċieri umdin tal-ġlied fi Franza, dan l-annimal gustuż u intelliġenti jirnexxielu jżomm it-trinek meħlusa mill-ġrieden, jallarma lis-suldati meta jkun ġej xi attakk, iġorr lil dawk feruti lejn il-post tagħhom u anki jaqbad spija Ġermaniż liebes maskra tal-gass. Wara l-gwerra, lura fl-Istati Uniti, l-gazzetti kollha jxandru l-bravuri tiegħu fil- paġni ta' quddiem u anki jirbaħ il-qalb ta' miljuni ta' ċittadini. Ta' dan kollu, Stubby jkun promoss għall-kariga ta' surġent tal-armata Amerikana u jispiċċa l-aktar annimal eroj iddekorat fid-dinja. Sgt. Stubby: An Unlikely Hero , barra li jipprovdi divertiment stupend lill-familja kollha, jiżvolġi b'manjiera tant imħarrka u eċitanti li żgur se jiggosta anki lil ħafna adulti u lil dawk li, naturalment, iħobbu l-annimali. Oħt Robert, Margaret (Bonham Carter) hi n-narratura ta' dan il-film. META fis-snin sittin il-films tal- ispiji, mibdija tant tajjeb b'dawk ta' Sean Connery bħala James Bond, affaxxinaw lill-pubbliku, warajhom bdew ġejjin produzzjonijet tal-istess ġeneru forma ta' satira jew kummiedja gwappa. The Spy Who Dumped Me hu wieħed minn dawn tal-aħħar, kummiedja bla brejkijiet mimlija azzjoni. Billi dan il-film hu dirett minn mara, Susanna Fogel, mhix sorpriża li ż-żewġ protagonisti huma nisa wkoll. Il-ħbieb tal-qalb, Audrey (Kunis) u Morgan (McKinnon) li għandhom aktar minn tletin sena, mingħajr ma jridu jsibu ruħhom involuti f 'komplott internazzjonali meta l-eks ħabib ta' Audrey, spija tas-CIA, jiġi fl- appartament tagħhom b'ċorma assassini jsusu warajh. In-nisa wkoll isiru l-mira ta' dawn il-kriminali u jkollhom jaħarbu lejn diversi bliet fl-Ewropa fejn hemm jiġri warajhom ukoll aġent suspettuż u attraenti Brittaniku. The Spy Who Dumped Me, jista' jitqies bħala farsa sħiħa, b'azzjoni kontinwa, sparar ta' spiss, katavri ma' kullimkien u xi salvazzjoni minn ħalq il-mewt. Waqt li r-rispons bejn iż-żewġ protagonisti mhux dejjem kredibbli, Kate McKinnon, li hawn għandha l-isem ta' Morgan Freeman, , u li sikwit tippanikkja u tagħmel xi xenata nfantili, tissupera lil Mila Kunis, attriċi aktar stabbilita. Dan ix-xogħol għandu ħjiel tal- kummiedji sfrenati ta' żmien iċ- ċinema mutu, iżda wieħed mhux dejjem ikun deċiż jekk jieħux lil dan il-film bħala farsa jew xogħol serju. Però, kull min irid jgħaddi sagħtejn ta' divertiment mingħajr ħsieb ta' xejn, dan tassew jgħodd għalih. Sgt. Stubby: An Unlikely Hero Vuċijiet Ewlenin: Logan Lerman; Helena Bonham Carter; Gerard Depardieu. Direttur: Richard Lanni. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul; 84 min. Ċert. P.G. THE More You Ignore Me hija kummiedja umoristika, b'atmosfera oskura dwar familja Ingliża li mhux tiffunzjona fil-bidu tas-snin tmenin f 'belt żgħira fil-kampanja. Din l-istorja kitbitha Jo Brand, li wkoll taħdem fil-film u billi fl-1988 kienet taħdem bħala infirmiera psikjatrika, jidher ovvju li aktarx ibbażata b'xi mod minn fuq il- memorji tagħha. Fiċ-ċentru tal- istorja nsibu lil Gina (Sheridan) li tixtieq tkun omm ħanina u mara li tħobb lil żewġha, Keith (Addy), imma l-isforzi tagħha dejjem jispiċċaw f 'xenati gwappi u inċidenti farseski minħabba li qed tmur minn moħħha. Tassew qiegħda tiffissa fuq dak li jħabbar it-temp fuq it-TV, waqt li Alice (Hunt), it-tifla tagħha qed issibha diffiċli tikkomformi magħha. Bħal ħafna kummiedji Brittanici, din il-produzzjoni hija mimlija karattri eċċentrici iżda li wieħed jieħu grazzja magħhom malajr. The More You Ignore Me hu direġut minn Keith English fid-debut tiegħu għaċ-ċinema però rebbieħ ta' diversi unuri fl- isfera ta' xogħlijiet kummerċjali internazzjonali. Fl-età ta' meta kien fl-għoxrinijiet, għamel ħoss bħala editur ta' trailers ta' films ta' diretturi rinomati. The More You Ignore Me Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Mila Kunis; Kate McKinnon; Justin Theroux; Gillian Armstrong; Hasan Minhaj. Direttrici: Susannah Fogel. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 116 min. Ċert. 15 Atturi Ewlenin: Sherida Smith; Mark Addy; Ella Hunt; Sally Phillips; Jo Brand; Sheila Hancock; Ricky Tomlinson. Direttur: Keith English. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 94 min. Ċert. 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018