Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973
5 Aħbarijiet Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 | illum Jibqa' mhux magħruf jekk hux se jkun hemm biżżejjed klassijiet għall-istudenti Melliħin Minn Yendrick Cioffi INQAS minn xahar qabel l-iskejjel jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom, għadu mhux magħruf jekk l-iskola primarja tal-Mellieħa hix se jkollha terġa' ssib sit alternattiv, barra mill- iskola, biex jilqa' fih numru ta' klassijiet. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM dwar jekk hix se terġa' tinħoloq problema ta' nuqqas ta' spazju u għalhekk jekk hux qed jiġu kkunsidrati siti alternattivi għal xi klassijiet, il-Ministeru għall- Edukazzjoni wieġeb biss li l-applikazzjonijiet bħalissa għadhom miftuħa u jkollu f 'idu d-dettalji preċiżi meta tibda s-sena skolastika. Madanakollu, sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu li x'aktarx se jkunu qed jiżdiedu aktar klassijiet fil- Mellieħa Sports Club, li sas- sena skolastika li għaddiet, kien qed jilqa' fih madwar 80 student imqassma f 'seba' klassijiet. Il-Gvern qed iħallas €18,240 biex juża dawn il-faċilitajiet u dan huwa mniżżel fil-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, tat-13 ta' Jannar tal-2016 u li fiha l-Kumitat kien approva emenda mressqa mill-Gvern biex il-Mellieħa Sports Club ikun jista' jintuża bħala estensjoni ta' din l-iskola. Il-Mellieħa Sports Club kien intgħażel wara li saret sejħa ta' interess u l-club kien wera interess li jagħmel parti mill-faċilitajiet disponibbli għal skopijiet edukattivi. Iżda kemm deħlin studenti ġodda? Anke jekk għadu mhux magħruf kemm se jkunu qed jidħlu studenti ġodda f 'din l-iskola, fit-2 ta' Ġunju li għadda, il-Ministeru kien ikkonferma dak li kienet irrappurtat l-ILLUM fix- xhur ta' qabel, jiġifieri, li kif jiġri kull sena, dan ix-xahar se jkunu qed jidħlu aktar studenti milli ħarġu f 'Ġunju u dan meta diġà hemm problema ta' spazju fl-iskola. Sa Ġunju li għadda, din l-iskola, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Marija Reġina, kienet qed tilqa' fiha 620 student minn kindergarten 1 sa Year 6. F'Ġunju telqu 62 student u dan ix-xahar se jidħlu madwar 80 student ġdid. Huwa fatt magħruf li l-popolazzjoni tal-Mellieħa qiegħda kulma jmur tiżdied. Il-Ministru Evarist Bartolo stess kien saħaq, waqt is-seduta tal-Kumitat tal- Kontijiet Dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, li l-popolazzjoni fl-iskola tal-Mellieħa kulma jmur qed tiżdied anke minħabba "influss qawwi ta' nies li qed jiġu pajjiżna bil-familji li jkunu jinkludu tfal fl-età tal-iskola." Dakinhar ukoll, il-Ministru Bartolo insista li s-soluzzjoni li jintuża l-Mellieħa Sports Club mhijiex l-aktar waħda ideali. Tant u hekk li fl- istess seduta, il-Ministru kien qal li l-aqwa soluzzjoni hija li "nkabbru l-iskejjel u nestenduhom," anke jekk insista li "ma tistax tfaqqa' subgħajk u tfaqqas skola." Imma l-estensjoni tal-iskola fadlilha? Għall-Mistoqsija Parlamentari tal-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar u li saret fl-10 ta' Ottubru tal-2016, il-Ministru Bartolo kien qal li "hu ppjanat li ssir estensjoni tal-iskola tal-Mellieħa fl- 2018. Deċiżjonijiet tekniċi u applikazzjonijiet għandhom isiru għall-ħabta ta' nofs l-2017." Minkejja dan, sa issa, għadu lanqas mhu magħruf meta se jibda l-bini tal-estensjoni tal- iskola primarja tal-Mellieħa. Preżentament, l-applikazzjoni (PA2255/18) qed tiġi pproċessata mill- Awtorità tal-Ippjanar u tinsab fl-istadju tal- iscreening, bil-Ministeru jisħaq mal-gazzetta ILLUM li l-estensjoni tal-iskola tal- Mellieħa hi parti minn pjan ta' xogħol li għaddej f 'diversi skejjel u kulleġġi. Madanakollu, sal-lum, l-estensjoni ta' din l-iskola għadha lanqas tidher fuq is-sit tal-Fondazzjoni għall- Iskejjel ta' Għada (FTS) li titratta l-proġetti ewlenin li l-Fondazzjoni qed taħdem fuqhom. Kemm hu ppjanat li jiżdiedu klassijiet? Skont il-pjanti, li l-Ministru Evarist Bartolo kien poġġa fuq il-Medja tal-Kamra, bl- estensjoni tal-iskola se jkunu qed jiżdiedu madwar 25 klassi, apparti kamra tal-IT u librerija, fost oħrajn. Taħt l-istess estensjoni se jkun qed jinbena parkeġġ ta' żewġ sulari. L-estensjoni se tkun qed tinbena fuq biċċa art li tinsab kantuniera ma' Triq Napuljun Caruana Dingli u Triq il-Mitħna l-Ġdida. • Il-Ministeru għadu ma jafx jekk l-iskola hix se terġa' tispiċċa bla spazju • Possibbilità li jiżdiedu l-klassijiet fi l-Mellieħa Sports Club L-iskola primarja, l-art għall-estensjoni u l-Mellieħa Sports Club Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 PRE - AVVIŻ Miżura 4.2 – Appoġġ għal investment fl-ipproċessar/kummerċjalizzazzjoni u/jew żvilupp ta' prodotti agrikoli Miżura 6.4 – Appoġġ għal investment għall-ħolqien u żvilupp ta' attivitajiet mhux agrikoli Id-Direttur Ġenerali tad-diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari Għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali jħabbar li ser jiġu varati żewġ skemi ġodda taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta. Il-Miżura 4.2 'Appoġġ għal investimenti fl-ipproċessar/kummerċjalizzazzjoni u/jew żvilupp ta' prodotti agrikoli' għandha l-għan li toffri għajnuna lil bdiewa u proċessuri f 'attivitajiet li jżidu l-valur tal-prodotti primarji jew żvilupp ta' prodotti ġodda, u/jew ftuħ fi swieqi ġodda. Bdiewa u negozji u entitajiet oħra li huma attivi fis-setturi tal-agrikolura u tal-ipproċessar huma eliġibbli għal din l-għajnuna taħt din il-miżura. Il-benefiċjarji ser jirċievu sa massimu ta' 50% tat-total tal-ispejjeż eliġibbli taħt il-proġett. Dawn il-proġetti għandhom ikunu ta' benefiċċju għas-settur agrikolu lokali. L-iskema l-oħra, 6.4 'Appoġġ għal investiment għall-ħolqien u żvilupp ta' attivitajiet mhux agrikoli' għandha l-għan li tistimula l-ambjent tan-negozju rurali, permezz ta' għajnuna biex jiżdiedu attivitajiet mhux agrikoli f 'żoni rurali kif ukoll għall-iżvilupp ta' dawk li diġà huma eżistenti. Din l-iskema tħares ukoll lejn il-ħolqien ta' xogħol, żieda fid-dħul ta' residenti f 'żoni rurali u li jittaffew id-differenzi bejn żoni rurali u urbani. Il-benefiċjarji ser jirċievu 50% tat-total tal-ispejjeż eliġibbli taħt il-proġett. L-appoġġ taħt din it-tieni skema msemmija hawn fuq huwa mmirat għal bdiewa, membri tal-familja ta' razzett u intraprendituri rurali oħra li għandhom intenzjoni li jiddiversifikaw l-attività ekonomika prinċipali tagħhom jew jibdew attività ekonomika ġdida billi jinvestu f 'attivitajiet mhux agrikoli bil-għan li jżidu d-dħul tagħhom u joħolqu postijiet tax-xogħol alternattivi. Il-baġits indikattivi taħt dawn iż-żewġ miżuri huma ta' €4.7 miljun u €7.7 miljun rispettivament. Dan iżid il-baġit totali allokat tas- sejħiet maħruġa taħt il-programm għal €95 miljun. Dan l-investiment huwa essenzjali sabiex jiġi ffaċilitat titjib fil-kwalità u sostenibbiltà fis-settur agrikolu lokali. L-applikazzjonijiet ser jiftħu fl-1 ta' Novembru 2018; aktar tard ser jiġu ppublikati aktar dettalji dwar il-proċess tal-applikazzjoni fuq is-sit web tal-Awtorità Maniġerjali www.eufunds.gov.mt. Dawk l-applikanti interessati huma invitati li jirreġistraw l-interess tagħhom billi tintbagħat email fuq rdd.meae@gov.mt, u fiha jindikaw il-miżuri li huma interessati fihom. L-Awtorità Maniġerjali aktar tard ser tistieden lil dawk interessati għal laqgħa ta' informazzjoni. Miżura 4.4: Appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-ksib tal-objettivi agro-ambjentali L-Awtorità Maniġerjali tixtieq tinnotifika li l-Miżura 4.4 ser tingħalaq fil-11 ta' Settembru 2018. L-ebda applikazzjoni ma ser tintlaqa wara din id-data, sakemm ma jkunx hemm notifika oħra. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku www.eufunds.gov.mt u www.eufundsmalta.gov.mt jew billi tintbagħat email fuq rdd.meaim@gov.mt