Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 | illum SPORTSillum Minn Cristian Antony Muscat LIVERPOOL u Chelsea ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra meta għelbu lil Leicester City u AFC Bournemouth rispettivament. Liverpool barra minn darhom fil-King Power Stadium għelbu l-isfida ta' Leicester City bl-iskor ta'2-1, biż-żewġ gowls għar-Reds jaslu minn Sadio Mane u Roberto Firmino fl-10 u fil-45 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, Rachid Ghezzal, naqqas il-marġni tal-iskor għall-Foxes fit-63 minuta. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil AFC Bournemouth bl- iskor ta' 2-0 biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Pedro u Eden hazard fit-72 u fil-85 minuta, rispettivament. Brighton & Hove Albion u Fulham teemed il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 biż-żewġ gowls għal Brighton & Hove Albion jaslu mine doppjetta ta' Glenn Murray bit-tieni goal għalih jasal minn penalty waqt li l-gowls għal AFC Bournemouth waslu mine Aleksandar Mitrovic u André Schurrle. Southampton barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Crystal Palace bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gols għalihom jasly minn Danny Ings u Pierre Hojbjerg. Everton u Huddersfield Town temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 b'Philip Billing jiftaħ l-iskor għal Huddersfield Town fl-34 minute, waqt li Dominic Calvert-Lewin ġab l-iskor indaqs għat-Toffees fis-36 minuta. Wolves barra minn darhom għalbu lil West Ham United bl-iskor mininuta'1-0 bil- gowl uniku għalihom jasal minn Adama Traore propju fid-90 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 1 ta' Settembru Leicester City vs Liverpool 1-2 Brighton & Hove Albion vs Fulham 2-2 Chelsea vs AFC Bournemouth 2-0 Crystal Palace vs Southampton 0-2 Everton vs Huddersfield Town 1-1 West Ham United vs Wolves 0-1 FIXTURES Il-Ħadd 2 ta' Settembru 14:30 Cardiff City vs Arsenal 17:00 Burnley vs Manchester United 17:00 Watford vs Tottenham Hotspur Kampjonat Serie A TIM 18:00 Fiorentina vs Udinese 20:30 Chievo Verona vs Empoli 20:30 Atalanta vs Cagliari 20:30 Torino vs SPAL 20:30 Lazio vs Frosinone 20:30 Sampdoria vs Napoli 20:30 Sassuolo vs Genoa Sadio Mane u Roberto Firmino jifirħu wara wieħed miż-żewġ gowls ta' Liverpool Liverpool u Chelsea jikkonsolidaw posthom fil-quċċata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018