Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 18 Opinjoni I s-saltna tad-dritt hija kruċjali f 'kull demokrazija u hija l-bażi tal-libertajiet li kull ċittadin igawdi. Is-saltna tad-dritt mhijiex xi ħaġa li tibdieha llum u tgħid – ara lestejt dak kollu li kelli nagħmel. Is-saltna tad-dritt trid taħdem għaliha kuljum u trid tkompli ttejjibha kuljum. Jien niftaħar li fl-aħħar ħames snin wettaqna elenku sħiħ ta' riformi li s-saltna tad- dritt saħħitha u mexxietha 'l quddiem. Daħħalna ħemel ta' bidliet li tejbu l-qasam tal-ġustizzja b'mod bla preċedent. Biżżejjed insemmu l-bidliet Kostituzzjonali li rriformaw b'mod komplet il- mod kif jinħatru l-ġudikanti, kif jiġu dixxiplinati u kif issaħħet l-awtonomija tagħhom anke bis-saħħa ta' titjib fil-kondizzjonijiet tagħhom. Apparti dawn hemm għexieren ta' liġijiet b'saħħithom ħafna li għamlu d-differenza kemm mil-lat ta' effiċjenza tas-sistema tal- ġustizzja u kemm mil-lat ta' kwalità. Sintendi l-isfida ewlenija hija kif tispjega dawn il-kunċetti u bidliet lill-bniedem tat-triq li – kif nafu – kif imiss ma' Qorti normalment jaqbdu ġenn biex joħroġ minn hemm aħseb u ara kemm jipprova jidħol fid-dettall tal-proċedura u l-liġijiet. Terġa' ċertu kunċetti tant huma tekniċi u evoluti illi normalment huma l-avukati li jifhmuhom u terġa' ġieli jkunu jridu jsaqsu lil min kien ilu jipprattika iktar minnhom. Għalhekk ħafna drabi l-bniedem tat-triq ikejjel dak li qed jiġri fis-settur ġudizzjarju billi jara episodji li qed iseħħu quddiemu u jweżinhom ma' dak li jemmen li għandha tkun l-amministrazzjoni tal- ġustizzja. Terġa' ħafna drabi l-informazzjoni tiġi mgħoddija mill-mezzi tax- xandir li ġieli jkunu preċiżi u ġieli jkunu ftit inqas. Kull min għandu ftit esperjenza tal-ħajja jaf li ma tistax taqbad u tiġġudika bl-addoċċ u trid tgħarbel il-fatti kollha qabel tgħaddi ġudizzju. F'dinja immedjata, spiss jiġri li l-ġudizzju jgħaddi fuq l-ewwel fatti li wieħed ikollu quddiemu. Naturalment ikun hemm imbagħad il-każijiet il- kbar – biex ngħidulhom hekk – li jieħdu dimensjoni ta' attenzjoni ikbar min- normal u ġie li wkoll jqanqlu l-interess tal-mezzi tax-xandir Ewropej u barra l-Ewropa bħall-każ tal-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia. F'dan il-każ kien hemm min ikkummenta b'mod kawt u ordnat u kien hemm min ikkummenta b'mod ferm inqas kawt u ferm inqas studjat. Ftit tal-jiem ilu - fid–9 ta' Awwissu – ditta ta' Avukati Ingliżi li jisimha Bhatt Murphy, ilmentat mill- mod kif qiegħda titmexxa l-investigazzjoni dwar il-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia u allegaw li l-Gvern Malti qiegħed jikser il-Konvenzjoni Ewropea tad- Drittijiet tal-Bniedem f 'dik l-investigazzjoni. Il-Gvern ilbieraħ, permezz tal-Avukat Ġenerali, ta l-ewwel reazzjoni tiegħu. Fl-ittra ta' risposta interim, il-Gvern għamilha ċara li huwa jieħu r-responsabbilitajiet tiegħu taħt il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bl-akbar serjetà u assigura lil Bhatt Murphy u lill-familja Caruana Galizia b'dan. Il-Gvern wera d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-opinjoni legali maħruġa minn din id-ditta ta' avukati kien fiha numru ta' allegazzjonijiet li mhumiex sostnuti u insinwazzjonijiet bla bażi kif ukoll informazzjoni skorretta. Fl-ittra, il-Gvern għamilha ċara lill-avukati Ingliżi li l-Maġistrat li qiegħed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia - l-Maġistrat Neville Camilleri - għandu libertà assoluta li jagħmel dak kollu meħtieġ mingħajr ebda biża' jew favuri sabiex iwettaq ix– xogħol tiegħu. Maġistrat jista' jinvestiga essenzjalment dak li jrid u fuqu m'hemm ħadd għajr il-liġi. Kulma jagħmel irid ikun skont il-liġi - mill– bqija l-Maġistrat inkwerenti jista' jinvestiga dak kollu li jrid u bl-iktar mod wiesa'. Il-Gvern asserixxa li l-ġudikatura f 'Malta hija indipendenti u li l-investigazzjoni hija l-aktar waħda li għaliha ġew dedikati riżorsi fl-istorja tal-infurzar tal-liġi f 'Malta. Tliet persuni suspettati li wettqu l-qtil diġà ġew mixlija quddiem il-Qorti u l-investigazzjonijiet dwar min aktar seta' kien involut qegħdin jissoktaw bla waqfien. Il-Pulizija u s-Servizz tas-Sigurtà Maltin qegħdin jiddedikaw riżorsi sinifikanti ħafna għal dan il-każ iżda wieħed ma jistax jistenna li dawn jikkummentaw fil- pubbliku kontinwament dwar dak li qegħdin iwettqu. Il-fatt jibqa' li qed isir dak kollu meħtieġ f 'livell bla preċedent biex wieħed jasal għall-għeluq ta' dan il-każ. L-awtoritajiet Maltin qegħdin ukoll jaħdmu mill-qrib ma' awtoritajiet internazzjonali tal-infurzar tal-liġi, u riċentement id- Direttur Eżekuttiv tal-Europol pubblikament ikkjarifikat stqarrija ambigwa dwar il-każ li kien għamel il- predeċessur tagħha dwar il- kooperazzjoni internazzjonali fl-investigazzjoni. Il-Gvern wera d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-avukati Ingliżi jqisuh bħala għadu tal- familja tas-Sinjura Caruana Galizia. Il-Gvern m'għamel xejn għajr li ħadem bil-għaqal ma' sieħba barranin fil-qasam tal-infurzar tal-liġi sabiex dawk responsabbli jitressqu biex jiffaċċjaw il-ġustizzja. Huwa naturali li jkun hemm element ta' frustrazzjoni dwar il-fatt li l-investigazzjoni qiegħda tieħu ż-żmien tagħha iżda dan mhuwiex ħaġa mhux tas-soltu f 'investigazzjonijiet komplessi bħala mhi din. Anzi rrid nissottolinea li f 'dan il-każ tressqu f 'inqas minn 50 ġurnata tliet persuni akkużati bl-omiċidju. Din kienet biss risposta interim peress li l-Avukati Ingliżi riedu li jingħataw risposta sal-aħħar ta' Awwissu. Apparti minn dawn il- każijiet il-kbar li jagħmlu l-headlines, hemm il-każijiet iż-żgħar li jgħaddu minnhom in-nies fil-ħajja ta' kuljum tagħhom. Għalija l-każijiet iż-żgħar huma importanti daqs il-każijiet il-kbar għax ħafna drabi persuna tidħol il-Qorti darba biss f 'ħajjitha fuq dawn l-affarijiet minuri iżda li għalihom ikunu kbar ħafna. Għalhekk hu kruċjali li f 'dawn il-każijiet il-Qorti turi li l-affarijiet qed jinbidlu u jmorru 'l quddiem – li n-nies ma jittellgħux għalxejn u qisu mu qed jiġri xejn. Li n-nies jieħdu l-ġustizzja mingħajr ħafna dewmien li żgur ma jgħinx. Aħna kommessi li nkomplu nagħmlu iktar u iktar bidliet biex dan is-settur kruċjali jkompli jimxi 'l quddiem. Ara paġna 3 Albert Marshall Din il-ġimgħa safa fil-mira ta' kritika - fil–fehma tiegħi inġusta għall-aħħar – iċ- Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall. Bertu ħadem ħafna biex pajjiżna jerġa' jieħu sehem fil-Bijennale ta' Venezja wara nuqqas ta' ħafna snin u issa waslet it-tieni parteċipazzjoni tal-era biex ngħidulha hekk riċenti. L-ewwel parteċipazzjoni kienet suċċess (għalkemm xtaqt li nħass iktar l-effett sekondarju fil-komunitajiet tagħna) u fit-tieni parteċipazzjoni rridu nibnu fuq is-suċċessi tal- ewwel waħda. F'dan il-każ kien hemm żewġ proċessi ta' għażla miftuħin u kompetittivi. Is-soltu l-kritika b'mod ġenerali tkun għaliex tkun saret għażla mingħajr ma jkun hemm tellieqa miftuħa u kompetittiva. F'dan il-każ kien hemm proċessi ta' għażla għal waħda, tnejn sabiex tintgħażel ir-rebbieħa tad-direzzjoni artistika. Naturalment meta wieħed fl-aħħar tat-tellieqa jispiċċa ma jintgħażilx, jista' jkun ikollu ftit riżentiment u hija ħaġa naturali li wieħed jifhimha. Li nappella huwa għall-maturità u rispett lejn in-nies li kellhom ir- responsabbiltà iebsa li jieħdu l-aħħar deċiżjoni. Żgur li Bertu huwa bniedem integru, kulturalment rikk u espert f 'dan il-kamp tant sabiħ u jixraqlu kull tifħir u sostenn. Nirringrazzja lil kull min ħa sehem fil-proċess tal-għażla tad-direzzjoni artistika u nifraħ lir-rebbieħa. OWEN BONNICI Is-saltna tad-dritt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018