Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham "JIENA taptaptilhom fuq spallejhom... kont inlibbes l-abbatini. Li ttaptap fuq spallejn it-tfal jew tagħti attenzjoni mhux abbuż.." Huwa b'dan il-mod illi Dun Felix Cini, li lura fl-2004 aċċetta l-ħtija ta' 'attenzjoni żejda' fuq 17-il tifel u tifla fl- Italja, jiddeskrivi azzjonietu lil din il-gazzetta f 'intervista esklussiva. Fil-fatt din hija l-ewwel darba li Dun Felix Cini tkellem, 15-il sena wara li nqatgħet is-sentenza kontrih. It-tfal kellhom bejn 10 u 14-il sena meta telgħu jixhdu kontra l-qassis Malti, inkardinat l-Italja. L-ILLUM sabitha prattikament impossibbli biex tikkuntrarja dak li qal Cini minħabba omertà assoluta u biża'. Din il- gazzetta għamlet diversi telefonati, fosthom it- Tribunal ta' Grosseto biex nikbsu x-xhieda tat-tfal, minħabba li każijiet ta' qabel l-2004 ma kinux onljan, iżda ma kellniex risposti. Iktar minn hekk iżda din il-gazzetta ċemplet lill-grupp Network l'Abbuso li għandu kuntatti ma' ħafna minn dawk li sfaw vittmi ta' abbuż minn taħt idejn qassisin fl-Italja. L-ILLUM talbet li titkellem ma' wieħed jew waħda mis-17-il tifel u tifla li xehdu kontra Dun Cini, iżda dawn ma xtaqux jitkellmu. Rappreżentant ta' dan il-grupp għamel kuntatt mal-ġurnalist li ppubblika l-istorja l-ewwel, li min-naħa tiegħu tkellem ma' wieħed mill-vittmi, li iżda ma xtaqx jikkummenta kemm għax issa għadda ħafna żmien u anke għax issa għandu familja. Venturini; Monasteru li "jfejjaqlek it-tendenzi" L-istorja ta' Dun Cini għalhekk tieħu xejra interessanti, imma mhux biss minħabba li ħadd ma jrid jitkellem u għax is- sentenza tiegħu ma tidher imkien. Din il-gazzetta tista' tiżvela li wara li aċċetta l-ħtija permezz ta' ftehim legali (pattegiamento), huwa qatta' sentejn u nofs f 'monasteru partikolari; Venturini. Fuq diversi siti tal- aħbarijiet barranin, fosthom independent. co.uk, kien irrappurtat li l-Vatikan kien qed jibgħat lill-qassisin omosesswali f 'dan il-monasteru biex ikunu "mfejqa" flimkien ma' pedofeli, qassisin li jkunu wrew "tendenzi sesswali mhux xierqa" u dawk li jabbużaw minn sustanzi. Il-Pulizija kienu ssekwestraw żewġ kompjuters li kienu proprjetà ta' Cini. Kien irrappurtat illi nstabu traċċi ta' siti porno- pedofeli. Din il-gazzetta staqsiet lil Dun Cini kif jispjega dan. Hu qal biss li ż-żewġ kompjuters kienu rritornati lilu, "sal-anqas wajer. Kieku sabu xi ħaġa naħseb kienu jieħdu passi kontrija. Mhux hekk?" Tneħħa minn novizz... mal- ILLUM jgħid li għażel hu li jieqaf Fl-aħħar sigħat il-gazzetta ILLUM waslitilha informazzjoni illi Dun Cini, lura fis- snin, kien se jidħol Patri Karmelitan, imma tneħħa. Mistoqsi minn din il- gazzetta jekk dan hux minnu, Dun Cini sostna illi mhux veru li keċċewh imma li kien hu li waqaf. Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll illi lura meta kien Arċisqof Ġużeppi Mercieca, Dun Cini ma kienx aċċettat fis-Seminarju. Sorsi qalu lil din il-gazzetta illi Dun Felix Cini kien uża l-kuntatti tiegħu, l-aktar dawk li kellu f 'Birkirkara biex spiċċa l-Italja fid- Djoċesi ta' Grosseto, fejn 17-il tifel u tifla akkużawh b'abbuż u hu aċċetta l-ħtija ta' attenzjoni żejda. Ir-reazzjoni instantanja ta' Dun Cini kienet: "Ma tirriżultalix". Mistoqsi biex jelabora, Dun Cini qal li hu qatt ma pprova jidħol is- Seminarju. "Allura għaliex mort l-Italja u ma bqajtx Malta?" tistaqsi din il-gazzetta. "Għax ridt inkompli l-ħidma tiegħi," iwieġeb. Din il-gazzetta tirrimarka li kieku ried, jekk titwemmen il-verżjoni tiegħu, seta' baqa' pajjiżna biex ikompli l-ħidma tiegħu. Dun Felix jerġa' jinsisti li kienet għażla tiegħu li ma jibqax Malta u jmur Grosseto, kuntrarjament għal dak li qalulna sorsi infurmati tajjeb. Aċċettajt ftehim, biex jiqsar il-proċess... Din il-gazzetta staqsiet għaliex għażel li jidħol fi ftehim u jaċċetta l-ħtija ladarba hu qed jinsisti li mhux ħati. Għaliex ma ġġilidx il-każ? Ir-reazzjoni ta' Dun Cini għal dan kienet li kien hemm forzi oħrajn li kienu qed "jilagħbu" u insista li hu ntuża biex isir attakk fuq l-Arċisqof ta' Grosseto. "L-Arċisqof ried jagħlaq il-każ malajr u għalhekk iddeċidejna li mmexxu l-każ 'il quddiem." L-ILLUM staqsiet lil Dun Cini jekk l-akkużati kinux waqqgħu l-akkużi ta' abbuż sesswali. Hu jinsisti bil- qawwa kollha li hu qatt ma abbuża minn 17-il tifel u tifla. Il-Kummissarju tat-Tfal takkużah b'aġir kriminali "Jiena dejjem ħriġt b'rasi 'l fuq għax naf li m'għamilt xejn ħażin," jinsisiti Dun Cini mal-gazzetta ILLUM. Mhux l-istess kienet taħseb l-Kummissarju tat-Tfal tar-reġjun ta' Molise Nunzia Lattanzio, fejn mar Dun Cini wara li ħareġ minn Akkużat li hu pedofelu... imma jgħid li hu taptap ...minkejja dan ħadd mis-17-il tifel u tifl a Taljani ma jrid jitkellem dwar il-każ ta' Dun Felix Cini; akkużat minn Kummissarju ta' tfal 'b'aġir kriminali...' L-Arċisqof jagħti permessi lil Dun Cini, ibbażat fuq id-deċiżjoni tal-Vatikan