Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 87 56 55 52 3 69 79 31 Tlugħ Nru. 739 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta Trinity Pharmacy, 32, Triq il- Marsa, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur De Lys St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Pietà St. Andrew's Dispensary, 34, Triq il-Qasam, Swieqi The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard Grognet Pharmacy, 41, Triq il- Kostituzzjoni, Mosta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola Alpha Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura Hompesch Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it- Torri, Gudja Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Luqa Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ Spiżerija Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Vella Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Xemxi VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent għall-Majjistral forza 3 lokalment forza 4 li jsir lokalment forza 4 għal 5 wara nofsinhar BAĦAR Ħafif L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Il-Bicca l-Kira Xemxi VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent għal-Lbiċ forza 3 lokalment forza 4 BAĦAR Ħafif Il-PN iħabbar il- programm għall-festi tal-Indipendenza SOĊJETÀ li jimpurtaha hija t-tema tal- festi tal-Indipendenza li se jiġu ċċelebrati fuq il-Fosos tal-Floriana bejn il-15 u l-20 ta' Settembru li ġej fl-okkażjoni tal-54 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-Partit Nazzjonalista jrid soċjetà li jimpurtaha u li tkun mibnija fuq ħames pilastri, l-ħarsien tal-ħajja, l-għajxien diċenti għal kulħadd, l-wens għal dawk f 'qagħdiet dgħajfin, il-kwalità tal-ħajja u l-identità tagħna bħala Maltin u Għawdxin. Clyde Puli spjega li soċjetà li jimpurtaha hija l-viżjoni li l-Partit Nazzjonalista jrid għal Malta tal-futur. Dan fejn is-soċjetà tagħna trid tkun soċjetà li jimpurtaha minn dak li jagħmilna bnedmin, kif jitqassam il-ġid li jinħoloq fejn kulħadd ikollu għajxien diċenti. Fl-istess waqt soċjetà li jimpurtaha hi soċjetà li tagħder u li tagħti opportunitajiet speċjalment dawk li jaffaċjaw diffikultajiet u problemi. Huwa spjega kif soċjetà li jimpurtaha tinkludi wkoll l-kwalità tal-ħajja u l-ambjent fejn ikollna pajjiż sabiħ u nadif filwaqt li nħarsu u nirrispettaw l-identità li tagħmilna nazzjon indipendenti. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is- Segretarju Ġenerali Clyde Puli ta wkoll id-dettalji tal-programm tal-festi, li huma miftuħin għaż-żgħażagħ u l-familji kollha. Matul din l-edizzjoni tal-festi tal- Indipendenza se jkun hemm programm varjat ta' divertiment fosthom it-tribute bands ta' Coldplay u Queen. Dawn it- tribute bands Killer Queen u Live Play se jkunu qed idoqqu fuq il-Fosos is-Sibt 15 ta' Settembru u l-Ħadd 16 ta' Settembru rispettivament. Il-programm mużikali se jinkludi wkoll lil Mark Spiteri Lucas Band u D Capitals. Matul il-festi tal-Indipendenza se jittella' wkoll il-Konkors Kanzunetta Indipendenza kif ukoll il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior, l-edizzjoni taż-żgħar ta' dan il-konkors. Attivitajiet oħra għaż- żgħażagħ jinkludu Teen Party ma' DJ Nate VF. Il-Fosos se jospitaw ukoll numru kbir ta' attivitajiet sportivi mtella' minn TIMSport PN li jinkludu fost l-oħrajn mixja u ġirja li se ssir fis-16 ta' Settembru, kif ukoll dixxiplini sportivi bħalma huma l-futbol, waterpolo, baskitbol, cycling, sparar fuq il-plattini, judo u table tennis fost ħafna oħrajn. Fl-10 ta' Settembru fid-Dar Ċentrali se tittella' wirja tal-arti dwar l-artist u skultur Gabriel Caruana b'apprezzament mill-Professur Richard England. Se ssir ukoll diskussjoni organizzata mill-APAN flimkien mal-Professur Henry Frendo. Id- diskussjonijiet politiċi se jittellgħu kuljum inkluż il-Ħadd 16 ta' Settembru f 'għeluq l-ewwel sena ta' Adrian Delia bħala Kap tal- Partit Nazzjonalista. Il-qofol tal-attivitajiet imbagħad ikun il-messaġġ ewlieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt il-mass meeting fuq il-Fosos tal-Floriana l-Ħamis 20 ta' Settembru. Il-Ġimgħa 21 ta' Settembru se jsir riċeviment fi Ġnien l-Indipendenza f 'Tas-Sliema għall-attivisti, organizzat mill-Forum SMEPN u l-ġimgħa ta' wara se jsir riċeviment ieħor f 'Għawdex għall-attivisti Għawdxin. Matul din il-konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli kien akkumpanjat mill-President tal- Kunsill Amministrattiv David Stellini u l-Kordinatur Politiku Jean Pierre Debono.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018