Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Intervista 13 Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 | illum taf li qatt mhu se nħalluk waħdek" l-operazzjoni, li kif għidna, tista' tħallih ipparalizzat, wieħed jistenna li ħafna mill- piż ta' ALS Malta se jaqa' fuq spallejn Maria. Iżda Maria mhux daqshekk ċerta dwar dan, għax temmen li Bjorn xorta waħda se jsib mezz kif ikompli għaddej. "Minn hawn jew minn hemm xi mezz se jsib żgur biex jibqa' jikkontrolla kollox," saħqet Maria. "Din il-fondazzjoni hija wisq għal qalb Bjorn. Għandu ħafna pjanijiet għall- futur u hemm kollox ippjanat kif jixtieq hu." Maria se tibqa' dejjem warajh u taħdem biex il-ħolm ta' Bjorn iseħħ. L-akbar ħolma tagħhom it-tnejn hija li tinbena t-tieni Dar Bjorn, din id-darba f 'Ħaż-Żebbuġ, għax inqas minn sena wara li nfetħet id-dar f 'Ħal Qormi, l-ispazju diġà huwa limitat. 50 pazjent jistennew l-għajnuna ta' Dar Bjorn Fil-fatt, malli lestejna l-intervista, qattajna ftit tal-ħin nitkellmu ma' Bjorn fl-uffiċċju tiegħu li spjega kif il-lista ta' stennija għal dawk li jixtiequ l-għajnuna ta' Dar Bjorn taqbeż il-50 persuna. Fil-fatt, apparti t-13-il pazjent li qed jingħataw kura u għajnuna f 'Dar Bjorn, il-Fondazzjoni qed taħdem ukoll ma' ħafna pazjenti oħra fi djarhom, anke jekk dan ifisser aktar spejjeż. Maria fakkret li Dar Bjorn ma tgħinx biss persuni li jbatu mill-kundizzjoni tal- ALS, iżda anke lil pazjenti b'kundizzjonijiet newroloġiċi oħra, li fi kliem Bjorn, qabel it-twaqqif tal-Fondazzjoni ALS, ma kellhomx fuq min iduru. "Meta ftaħna Dar Bjorn lanqas konnha naħsbu li se nimlew din id-dar kollha," saħqet Maria u llum tant kemm għandhom xogħol li Bjorn u Marija jqattgħu l-ġurnata kważi kollha fid-dar ta' Ħal Qormi. "It-tieni dar hija proġett kbir. Qabel konna noħolmu biha din id-dar, illum qiegħda hawn." Qabel ħallejna lil Maria biex tkun tista' tkompli bil-ħidma tagħha, tlabnieha twassal messaġġ lil Bjorn, ġurnata qabel jagħmel l-operazzjoni maġġuri. Ftit kliem, bid- dmugħ f 'għajnejha, imma minn qalbha: "Bjorn taf li qegħdin ħdejk u taf li qatt mhu se nħalluk waħdek." Kif tista' tgħin lill-Fondazzjoni ALS? Ir-riżorsa umana tibqa' dejjem importanti u bżonjuża. Jekk tixtieq tagħti ftit mill- ħin tiegħek biex tgħin lill-Fondazzjoni ALS, tista' ċċempel fuq: 7920 9420. Jekk il-ħin tiegħek huwa limitat, tista' wkoll tagħti donazzjoni billi ċċempel fuq: • 5170 2016 - €15 • 5180 2018 - €25 Tista' wkoll tibgħat SMS fuq: • 5061 8170 - €4.66 • 5061 8936 - €6.99 • 5061 9271 - €11.65 Jekk trid tibgħat donazzjoni direttament fil-kont tal-bank, id-dettalji huma: • Isem il-kont: ALS MALTA FOUNDATION • Numru tal-kont: 4002365323-2 • IBAN: MT72VALL22013000000040023653232 • BIC: VALLMTMT Aktar dettalji dwar kif tista' tgħin ssibhom fuq is-sit: www.alsmalta.com jew inkella l-paġna ta' Facebook ALS Malta Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018