Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973
Sports 31 Il-Ħadd 02 ta' September 2018 | illum X'kienu l-esperjenzi li kellek sa issa mat-tim nazzjonali tal-basketball? Jiena lgħabt fi tliet kompetizzjonijiet tal-kampjonati Ewropej għall-Istati ż-żgħar mat-tim nazzjonali li kienu fl-2010, 2012 u fl-2014. Fihom irbaħna tliet midalji, waħda tal-fidda u tnejn tal-bronż. Sfortunatament minħabba impenji ta' xogħol kelli naqbeż l-edizzjoni tal-2016. Li tilgħab għal pajjiżek huwa dejjem unur kbir. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli kkunsidra li jmur jilgħab barra minn Malta? Jekk ngħidlek li le, inkun qed nigdeb. Meta kont żgħir kont ovvjament naspira għall-opportunità li mmur nilgħab barra minn Malta, biss l-opportunitajiet sa ftit żmien ilu ma kinux daqshekk frekwenti għaż-żgħażagħ. Barra min hekk, is-sistema edukattiva tagħna ma tantx tippermetti li persuna taqta' mill-istudju u ssegwi karriera sportiva. Ovvjament, dejjem hemm l-għażla imma jiena min-naħa tiegħi ddeċidejt li nkompli l-istudji tiegħi tal-Inġinerija u nibqa' nilgħab il-basketball ġewwa Malta. X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Association mmexxija mill-President ferm ħabrieki Pawlu Sultana? Jiena naħseb li l-amministrazzjoni tal-MBA taħt il-gwida ta' Pawlu Sultana taħdem bis-sħiħ biex tippromwovi l-isport tagħna u tressaq iżjed nies lejn dan l-isport tant sabiħ. F'dawn l-aħħar snin kellna training courts ġodda u sar uplift anke tal-court prinċipali li ta nifs ġdid lill-faċilitajiet li fihom nilagħbu. Barra minn hekk l-MBA qed tipprova ddaħħal regolamenti ġodda biex tressaq iżjed nies lejn il-logħba. Għalkemm personalment mhux dejjem naqbel ma' dawn ir-regoli proposti jiena ċert li l-MBA tagħmel minn kollox għall-ġid tal-logħba li tant inħobbu. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi u l-court il-ġdid fil-Padiljun f 'Ta' Qali li fihom tilagħbu f 'Malta speċjalment meta kkumparati ma' dawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali? Id-dehra l-ġdida tal-Padiljun f 'Ta' Qali togħġobni ħafna. Jien ilni nidħol ġo dan il-post għall-aħħar 30 sena u issa li fl-aħħar saru tibdiliet strutturali u l-padiljun ġie mmodernizzat, nista' ngħid li dawn it-tibdiliet kienu bżonnjużi ħafna. Il-faċilitajiet tjiebu ħafna u jekk il-proġett jitkompla u jitranġaw anke l-istands tal-ispettaturi, ser ikollna Padiljun ta' livell għoli li jista' jitqabbel ma' padiljuni simili ġo pajjiżi li għandhom l-istess daqs tagħna. Il-media f 'Malta tagħti biżżejjed pubbliċità lill-basketball? Il-ġurnalisti Maltin li jsegwu il- basketball esklussivament huma ftit. Biss dawn jaħdmu ħafna biex jippromwovu l-isport tagħna. Id- dedikazzjoni tagħhom hija eċċezzjonali u l-impotanza tagħhom hija kbira. Il-fatt li għandna programm televiżiv li jintwera kull ġimgħa fuq it-televixin lokali hija xi ħaġa pożittiva ħafna wkoll. Dan l-aħħar nnutajt ukoll li l-ġurnali qed jagħtu naqra iktar spazju lill- basketball b'ċerti ġurnali li jkollhom paġna sħiħa dedikata lil dan l-isport. L-użu tas-social media wkoll jgħin għax ċertu informazzjoni tinxtered iktar malajr. Ħaġa oħra li hija pożittiva, hija l-fatt li kull nhar ta' Ħadd sar ikun hemm numru ta' fotografi li jsegwu l-isport tagħna u jaqsmu r-ritratti tagħhom permezz tas-social media. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball f 'Malta kemm fil-kamp maskili kif ukoll fil-kamp femminili jkun jista' jgħix esklussivament permezz tal-basketball? Huwa diffiċli li jasal dak iż-żmien fl-opinjoni tiegħi minħabba l-fatt li l-basketball huwa sport li m'għandux xi livell ta' sponsor kbir. Normalment, jekk plejer Malti jixtieq isir professjonali, dan iħares barra minn xtutna biex jirnexxi. Lokalment, bir-riżorsi limitati u bil-baġits li għandhom il-klabbs lokali, huwa diffiċli ħafna li l-plejers isiru kompletament professjonali. Normalment, klabbs ikollhom plejer wieħed sa massimu tnejn li jkunu professjonali u dawn normalment ikunu plejers barranin. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara l-aħħar staġun ta' suċċess li rnexxielek tikseb ma' Hibernians BC? Nixtieq l-ewwel nirringrazzja lill-kumitat ta' Hibernians BC tal- opportunità li tani din is-sena li nilgħab f 'isem il-klabb ta' Hibernians. Nirringrazzja wkoll lis-sapporters tagħna li huma l-aktar sapporters storbjużi ġewwa Ta' Qali. Nirringrazzja lit-tabib Dr David Attard u lill-physical trainer Marco Coccia li segwewni u għamlu minn kollox biex jgħinuni matul l-injury li kelli fl-aħħar staġun. Nirringrazzja lill-kowċ u lil sħabi talli dejjem taw il-massimu u li flimkien wasalna għal dawn ir-riżultati prestiġjuzi. Nirringrazzja lill-familja tiegħi speċjalment lil ommi u lil missieri li dejjem kienu warajja sa minn meta kont għadni tifel u li dejjem imbuttawni biex inkompli nilgħab. U fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzja lill-mara tiegħi Nadia tal-paċenzja u tas-sapport kontinwu li ttini. Mingħajr dan is-sostenn ma naħsibx li kont nasal sa hawnhekk. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil- basketball lokali u mhux biss, għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball. Li tilgħab basketball f 'livelli għoljin għandha tkun l-ambizzjoni ta' kull tifel jew tifla li jibda jipprattika dan l-isport. Biex tilħaq dan il-għan jeħtieġ li wieħed jagħmel diversi sagrifiċċji u t-taħriġ irid jittieħed b'serjetà massima. Tul l-iżvilupp tal-karriera, sa minn età żgħira, huwa importanti li wieħed jimxi fuq il-pariri tal-kowċis u ta' plejers ta' iktar esperjenza u minn dawn il-pariri jitgħallem biex itejjeb il-livell tiegħu. Barra minnhekk, plejer għandu jkun determinat, dixxiplinat u motivat biex kuljum jipprova jkun plejer aħjar milli kien il-ġurnata ta' qabel. BC kien li konna magħqudin ħafna u Twieled fis-27 ta' Jannar 1985 f 'Tal-Pietà. Huwa fost l-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f 'dawn l-aħħar snin. Flimkien ma' oħrajn kien strumentali biex Hibernians BC rebħu titli maġġuri fosthom il-Kampjonat u n-Knock-Out matul l-istaġun li għadda. RODERICK VELLA Ritratt: James Bianchi