Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Venturini. Hija kienet qalet illi "dawk li għandhom l-irwol ta' edukaturi tat- tfal, l-anzjani, il-morda jew il-vulnerabbli – huma awtorità li dejjem għandhom jiggwidaw l-ispirtu lejn l-għażla tat-tajjeb. F'dan il-każ dan jista' jiġi eskluż. Il-fajl ta' dan il-każ jindika malizzja u aġir kriminali mill-qassis." Hi kienet sejħet għar- riżenja ta' Dun Cini minn qassis. "Kieku l-akkuża li abbużajt minn 17-il tifel u tifla kienet minnha kieku qabar fil-ħabs jixtruli. Li kieku vera ġrat lanqas kien ikolli kuraġġ nitla' quddiem Alla fuq l-artal." "Imma allura l-gazzetti u r-rapporti kollha li qed jakkużawk b'abbuż, kollha qed tgħid li rrappurtaw ħażin?" tistaqsi l-gazzetta ILLUM. Dun Felix jgħid biss illi min irrapporta li kien abbuża mit-tfal ma kienx qed jgħid il-verità. Imma kellu ħafna jappoġġjawh ukoll Wara li ħareġ minn Venturini, Cini tpoġġa fil- parroċċa ta' Molise, fejn kien hemm reazzjoni mħallta għall-preżenza tiegħu f 'dan il-post. Kien hemm uħud li kienu rrabbjati li kien ttieħed f 'din il-paroċċa. Madanakollu kien hemm ammont kbir ta' nies li tawh appoġġ u sostnew illi kemm kien ilu fil-parroċċa ħafna iktar żgħażagħ kienu qed jattendu l-quddies. Kienet saħansitra saret petizzjoni ffirmata minn 3,000 persuna biex Cini jibqa' f 'Molise. Kif kien żvelat ukoll fuq is-sit illum.com.mt aktar kmieni din il-ġimgħa kien il- Vatikan li reġa' ta l-permess biex Dun Cini jerġa' jibda jqaddes. Fl-2008, il-Vatikan qal illi kien infurmat kontinwament dwar Dun Felix u "riċentement eżamina l-każ... u nnota b'sodisfazzjon li l-qassis kien mexa t-triq tal-għarfien, maturità u fejqan... il- Vatikan iżda jħoss li huwa prudenti li Dun Felix Cini jintbagħat f 'post ieħor," wieġeb Cini Il-Vatikan kien faħħar ukoll lill- komunità ta' Cercemaggiore li, skontu, laqgħu lil Cini mingħajr preġudizzju. Jingħata permess mill- Arċisqof... F'pajjiżna, Cini ngħata l-permess dirett li jqaddes jew ikollu sehem f 'attivitajiet ekkleżjastiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna, li iżda kien qed isegwi d-direzzjoni mogħtija mill-Vatikan. F'risposta għall- mistoqsijiet ta' din il- gazzetta l-Kurja fakkret illi Cini huwa inkardinat fid- Djoċesi ta' Grosseto u allura huwa responsabilità ta' dik id-djoċesi u mhux ta' Malta. Il-Kurja kienet qalet lil din il-gazzetta illi Dun Cini kien ġie Malta minħabba li qed jassisti lil ommu li teħtieġ il-kura. Il-Kurja sostniet illi Cini jista' jikkonċelebra "f 'ċirkostanzi eċċezzjonali bħalma huma funerali ta' qraba/ġirien u f 'okkażjonijiet speċjali tal-parroċċa. Waqt li jgħix Malta, Dun Cini ma ntalab jaqdi l-ebda Ministeru tal- Knisja b'mod regolari." Din l-informazzjoni kienet ippubblikata fl-istqarrija li ntbagħtet mill-Kurja din il-ġimgħa wara rapporti li dehru fuq l-illum.com.mt u l-blogg ta' Manuel Delia. 'Ma nistgħux nimponu, imma...' Il-Kummissjoni għall- Ħarsien tat-Tfal u Adulti Vulnerabbli (Safeguarding Commission) qed tevalwa l-każ ta' Dun Felix Cini. Ma' din il-gazzetta il-Kap tal- istess Kummissjoni Andrew Azzopardi, fakkar illi l-Kummissjoni m'għandhiex poter li timponi, iżda biss li tagħti l-parir tagħha. Huwa spjega kif il-proċess jista' jieħu ċertu tul ta' żmien, mhux l-inqas minħabba dokumenti li l-kummissjoni tkun teħtieġ minn barra l-pajjiż. Minkejja li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Vatikan, il-Kummissjoni li jmexxi Azzopardi xorta tista' toġġezzjona. Il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda li ma jsir xejn jew inkella tista' tirrakkomanda li jitneħħew jew jitnaqqsu r-responsabilitajiet ekkleżjastiċi ta' Cini. Ara wkoll paġna 19 Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 | illum Kieku l-akkuża li abbużajt minn 17-il tifel u tifla kienet minnha kieku qabar fil-ħabs jixtruli. Li kieku vera ġrat lanqas kien ikolli kuraġġ nitla' quddiem Alla fuq l-artal taptap fuq spallejn l-abbatini u libbishom biss

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018