Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
13 Intervista Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum MEPs...għaliex għandek tafdahom? 1. Il-Partit Nazzjonalista mhux f l-aħjar stadju bħalissa. Sondaġġi juru, kontinwament, distakk ta' aktar minn 50,000 vot. Ma taħsibx li din is-sitwazzjoni mhix tajba għall-pajjiż? Ma taħsibx li sitwazzjoni ta' Gvern mingħajr opppożizzjoni b'saħħitha hija ta' detriment għal pajjiżna? Fi żmien meta għandna Oppożizzjoni maqsuma u ineffettiva hu importanti li aħna stess fil-Partit Laburista qatt ma nieqfu nkunu awtokritiċi u bl-ambizzjoni li dejjem inkunu verżjoni aħjar tagħna nfusna. Jogħġobni l-fatt li naħdem f 'partit li hu miftuħ għall- opinjonijiet u li fih jingħata spazju biex kulħadd jesprimi ruħu – sew meta taqbel, kif ukoll meta tkun tixtieq tara xi affarijiet isiru b'mod differenti. Joseph Muscat ta' spiss jgħidlek "ikkonvinċini" meta tmur għandu bi kritika u b'suġġerimenti differenti minn dawk tal-fehma tiegħu. 2. Bħala kandidat tal-PL kif tindirizza lil dawk li ma tantx jinsabu kuntenti bis-sitwazzjoni tal-ambjent f 'pajjiżna. Inti x'se tgħidilhom biex tikkonvinċihom li l-PL verament għandu għal qalbu l-wirt naturali ta' pajjiżna? Naħseb li hemm żewġ realtajiet għad-diskussjoni fuq l-ambjent. Minn naħa, fuq affarijiet li forsi ma tantx jidhru, li però jagħmlu differenza, kellna Gvern li ħadem b'mod qawwi biex ikollna aktar arja nadifa. Dan permezz tal-eliminazzjoni, darba għal dejjem, tal-aktar sorsi li jħammġu fil- ġenerazzjoni tal- enerġija. Nemmen li l-pass li jmiss hu li nindirizzaw it-tniġġis mill- karozzi, fejn jidher ċar kif il-Gvern fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il- Partit Laburista permezz tal-MEP Miriam Dalli fil- Parlament Ewropew, qed iħalli riżultati kbar f 'dan il-qasam, li jawgura tajjeb għall-futur. Fl-istess ħin, sew minħabba t-tkabbir ekonomiku, kif ukoll minħabba ż-żieda fil- popolazzjoni li qiegħed jesperjenza pajjiżna, qed naraw ħafna iktar kostruzzjoni. Dan qed isir skont il-policies li kienu ddaħħlu fl-2006 u li minħabba r-reviżjoni ta' dak iż-żmien, bosta żoni li qabel kienu mhux għall- iżvilupp, spiċċaw art fertili għall-bini ta' appartamenti bla rażan. Konvint li fil- ġejjieni se jkun hemm iktar pressjoni minn sidien ta' art kif ukoll mill- iżviluppaturi biex iktar art verġni tingħata għall-bini, però ma jistax jerġa' jsir l-iżball li sar fl-2006. Kull art li hi ODZ, għandha tibqa' tali, irrispettivament minn x'tip ta' żvilupp ikun qiegħed jiġi propost fiha. 3. Tmur San Pawl il- Baħar u tidħol għand familja. Jgħidulek 'hawn ma nistgħux norqdu. Kuljum ġlied, kuljum storbju bejn il-barranin. M'għadux sigur hawn.' Inti x'se tgħidilhom u x'soljev toffrilhom lil dawn in-nies? Waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta' pajjiżna hija s-sigurtà. L-anzjani tagħna, it-tfal tagħna u anke t-turisti ma għandhomx il-perikli li jeżistu f 'soċjetajiet oħra, inkluż fl-Ewropa. Ma nixtieqx li din tinbidel u għalhekk jiena naqsam is-sentiment ta' ħafna residenti li hemm bżonn ta' aktar infurzar tal- liġijiet; minn permessi sabiex wieħed jopera ħanut jew stabbiliment sa liġijiet oħra marbutin maż-żamma tal-paċi pubblika. Dan ilu jgħodd minn dejjem għall-Maltin u jgħodd daqstant ieħor għall-barranin li jinsabu f 'pajjiżna. Min-naħa tal-Gvern qed naraw kif diġà qed jittieħdu miżuri konkreti bħal investiment addattat fl-għases tal- Pulizija u preżenza ikbar ta' uffiċjali tal-pulizija fit- toroq tagħna. Il-Maltin ma jimpurtahomx jekk min qed jikser il-liġi huwiex Malti jew barrani, ta' karnaġġjon skur jew ċar. Il-Maltin iridu infurzar tal-liġi sabiex jitħares dak li drajna bih; is-serħan il-moħħ fil-komunitajiet tagħna. 4. Numru ta' Laburisti għal darb'oħra qed jgħidu illi mhux se jivvutaw f l- 2019 għax inqabżu jew 'ġew injorati' mill-partit. Kemm qed tiltaqa' ma' dawn it-tip ta' vontanti? Imma dawn għandhom raġun? Il-verità hi li ħafna nies ġew iddiskriminati fi żmien il-Gvern preċedenti sempliċiment għaliex kienu Laburisti. Dawn ilhom snin twal ifittxu li ssir ġustizzja magħhom u tista' tifhem ir-rabja tagħhom jekk iħossu li baqgħu fejn kienu. Meta tiltaqa' ma' każijiet bħal dawn, trid tanalizza l-fatti kollha u fejn ikun hemm raġun tiggwida lil dak li jkun għal x'jista' jagħmel biex isib rimedju, filwaqt li jekk il-persuna ma għandhiex raġun, tkun onest magħha u tgħidilha dan b'mod ċar. 5. Tidħol għand familja Laburista illi tħoss li l-bidliet fil-liġi tal-IVF b'aktar bajd iffriżati qed jiftaħ il-bibien għall- abbuż mill-ħajja umana. Kif se tikkonvinċihom li l-Gvern għamel dak li hu sew f 'din il-kwistjoni? Dħalt għand numru ta' familji li rrispettivament mill-kulur politiku tagħhom kellhom sfida biex huma jew uliedhom ikollhom it-tfal. Fl-aħħar dawn għandhom it-tama li permezz tal-liġi l-ġdida u l-avvanzi xjentifiċi huma wkoll ikunu jistgħu jaraw il-ħolma tagħhom issir realtà. L-iktar weġgħa li jkolli tkun meta nżur familji li minkejja l-emendi fil-liġi, għadhom sal-lum ma jistgħux jagħmlu użu mill-iktar teknoloġiji ta' għajnuna għalihom għaliex għadhom mhux aċċettati mil-liġi Maltija. Inħares 'il quddiem biex bħala pajjiż nibqgħu ntejbu l-liġijiet tagħna skont l-avvanzi xjentifiċi. 6. Tidħol għand familja b'paga minima li qed tħallas madwar 50% mill- paga f 'kirja. Jgħidulek li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja u msallbin. X'tgħidilhom? Din hi l-ikbar sfida li għandu l-pajjiż. Teżisti realtà li numru ta' Maltin u Għawdxin li huma bieżla, li jaħdmu u li jaqilgħu paga, ma jistgħux ilaħħqu biex isiru sidien ta' proprjetà bil-prezz fis- suq tal-lum. Nemmen li Gvern proattiv u innovattiv bħalma għandna, jista' jkompli joħroġ b'iktar proposti ta' kif jista' jgħin ċittadini Maltin u Għawdxin isiru sidien ta' proprjetà. Fost l-oħrajn, nemmen li għandna nsibu metodi, simili għal dik tal-Home Assist ma' banek lokali, biex naraw li iktar Maltin u Għawdxin li jaħdmu u li jaqilgħu paga jkunu jistgħu jsiru sidien ta' proprjetà skont il-prezz tal-proprjetà tal-lum il- ġurnata. 7. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek 'jien x'nivvota nagħmel jekk il-kaċċa dejjem taħt attakk mill- UE?' X'se tgħidlu biex tikkonvinċih? Wieħed ma jistax jifred is-suġġett tal-kaċċa u l-insib mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew hija wkoll opportunità biex il-kaċċaturi u n-nassaba jsemmgħu leħinhom. Ħafna minnhom ifakkruni dwar il-mod kif kien daħak bihom il-Partit Nazzjonalista qabel ir- referendum tas-sħubija. Il-kaċċa u l-insib ma għadhomx kompetenza tal-Gvern Malti waħdu. Kull pajjiż huwa suġġett għad-Direttiva tal- Għasafar tal-Unjoni Ewropea; pereżempju l-Kummissjoni Ewropea ħadet passi kontra Spanja wkoll minħabba l-insib tal-għasafar tal-għana. Minkejja dan, il-Gvern Malti huwa kommess li jistudja l-possibilitajiet kollha eżistenti sabiex kemm l-insib għall- għasafar tal-għana u anke l-kaċċa fir-rebbiegħa jibqgħu jiġu pprattikati skont dak li tippermetti l-Unjoni Ewropea. Filwaqt li l-kaċċaturi u n-nassaba huma mistennija jimxu mal-liġi, ma nistgħux ninjoraw il-fatt li ħafna Stati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom derogi simili għal dak li jista' jkollha Malta. 8. Tidħol għand familja Laburista akkanita u jgħidulek, skużana imma lilek ma nistgħux nafdawk. Sa ftit snin ilu kont Nazzjonalist akkanit u esponent tal- Partit Nazzjonalista u llum sirt 'Laburisti.' Kif tweġibhom? Għaddew iktar minn seba' snin minn mindu sseħibt fil-Partit Laburista u bħali kien hemm eluf oħra minn dak iż-żmien 'l hawn. Naqbel ħafna ma' dak li qal il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda, meta semma kif għalih kienet għażla li jimmilita fil- Partit Laburista wara li kien ġej minn familja politikament imħallta bħal tiegħi. Minn dejjem kont progressiv u persuna tax-xellug u nemmen li għalhekk kienet faċli għalija li naħdem fil- partit u li niġi aċċettat mil-Laburisti kemm dawk veterani u delegati, kif ukoll minn oħrajn li jsegwu lill-Partit Laburista mingħajr ma jkunu involuti b'mod dirett. Sinċerament, din hija mistoqsija li qatt ma staqsewni n-nies fl-aħħar snin. Il-ħidma tiegħi favur pajjiżna kull meta ġejt fdat mill-Prim Ministru Joseph Muscat titkellem waħedha. Cyrus Engerer