Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 Meta l-futbol jgħaqqad lil kulħadd Minn Cristian Antony Muscat JEKK kien hawn okkażjoni li fiha, wieħed seta' jara biċ-ċar li l-futbol huwa mezz ewlieni biex iġib għaqda massima anki bejn partitarji rivali ta' xulxin, wieħed seta' jagħmel dan fil- jiem li għaddew meta partitarji ta' clubs lokali diversi ngħaqdu flimkien biex jiġbru fondi għaċ- ċkejken Kane, li jinsab jissielet mal-marda qerrieda tal-kanċer. Barra minnhekk, ġiet imnedija wkoll hash-tag bl-isem ta' #UnitedForKane biex tgħin f 'dan kollu. L-ILLUM tkellmet ma' Ryan Debattista - missier Kane nnifsu fejn tana iktar dettalji. "Nixtieq nibda billi niringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu mill-kbir saż-żgħir ta' dan il-ġest sabiħ li wettqu magħna l-familja ta' Kane speċjalment mal-gwerrier ċkejken ibni, li bħalma jaf kulħadd qed jiġġieled jew tista' tgħid jissielet mal-battalja tal-qerried kanċer. Kienet sajjetta fil-bnazzi li forsi ħadd minna ma kien jobsor li ħa tinqala' din il-battalja iebsa ħafna aktar milli wieħed jista' jifhem u jqis. Biss però, min-naħa l-oħra, grazzi għall- poplu Malti u Għawdxi, il-klabbs kollha tal- futbol u ta' diversi sport ieħor li bl-għajnuna, is-sapport, il-kuraġġ u l-ġenerożità tagħhom ilkoll ġiegħluna nħossuna aħjar u għamluna suldati tal-azzar aktar min qatt qabel u mlewna bil- kuraġġ u saħħa sabiex flimkien negħlbu dil- battalja kiefra u iebsa. Għaldaqstant, minn qiegħ qalbi nixtieq nirringrazzja lill-klabbs tal-futbol kollha u xi sport ieħor li ħadu l-inizjattiva biex jgħinuna u anki lil min ma setax imma awguralna l-aħjar fis-saħħa ta' Kane u lilna l-ġenituri tiegħu u lill- familjari tagħna kollha - grazzi tal-ġest inkredibbli li għamiltu magħna u grazzi talli ġiegħltuna nħossuna kburin b'Malta u bil-Maltin f 'dan il- mument tant diffiċli għalina. Grazzi mill-qalb lill- familja sabiħa ta' Puttinu Cares li tista' tgħid li kienu dejjem hemm għalina mill-bidunett u nafu ċerti li ħa jibqgħu hemm għalina u għal kull min għandu bżonn. Grazzi kbira minn qalbna - imn'alla kontu intom biex ġiegħltuna u għallimtuna nagħrfu kif ser naqbdu ntaffu ftit mill-uġiegħ li bdejna nħossu u li għadna nħossu sal-lum. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, radd ta' ħajr imur ukoll lil Puttinu Cares li hija familja qalbha tajba, simpatika, dħulija, ċajtiera u mimlija bl- imħabba lejn il-pazjent kif ukoll lejn il-familjari." Matthew Asciak jirbaħ l-Open Tournament organizzat minn Birkirkara Tennis Club RIĊENTAMENT, ġie organizzat l-Open Tournament tat-Tennis organizzat minn Birkirkara Tennis Club fl-okkażjoni tat- 12-il Sena Anniversarju mit- twaqqif tal-Klabb. Fih ħadu sehem 56 plejer ġejin minn 15-il pajjiż differenti fosthom l-aqwa tmien plejers Maltin. Fis-semi- finali Matthew Asciak għeleb lil Denzil Agius 6-2, 6-3, waqt li Matthew Cassar Torreggiani għeleb liż-żagħżugħh Liam Delicat 6-4, 6-3. Fil-finali, Matthew Asciak rebaħ f 'logħba sabiħa u interessanti lil Matthew Cassar Torreggiani 6-3, 6-3. Il-preżentazzjoni tat-trofej saret eżatt wara l-logħba fuq il-court prinċipali tal-Klabb mill-President tal-Malta Tennis Federation, kif ukoll minn uffiċjali tal-Klabb preżenti għall din l-okkażjoni. Attendenza sabiħa attendiet għal din il-finali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018