Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
Sports 31 Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum f 'idejja u injuries oħra li żviluppaw minn inċidenti u waqgħat bir-rota. Huwa minnu li dan l-isport jinvolvi ħafna injuries? Dan l-isport jirikkjedi sigħat twal ta' taħriġ peress li trid titħarreġ fit-tliet dixxiplini tal-isport. Però, trid dejjem tisma' minn ġismek u ma tesaġerax. Sfortunatament, mhux kulħadd jinduna meta jkun qed jisforza żżejjed, u dawn l-affarijiet jirriżultaw f 'injuries li tista' faċilment tevitahom. Però, il-vantaġġ ta' dan l-isport hu li jekk għandek injury fil-ġiri, xorta tista' tibqa' titħarreġ fid-dixxiplini l-oħra u hekk ma tiqafx kompletament mit- taħriġ fiżiku. X'sagrifiċċji u impenn jinvolvi dan l-isport? Dan dejjem jiddependi fuq l-individwu u l-livell li wieħed jixtieq jilħaq. Personalment, l-impenn tiegħi huwa s-sigħat twal ta' taħriġ. Biex inkun nista' nlaħħaq mal-impenji tal-isport kif ukoll tax-xogħol, inqum kuljum fil-5am biex nibda l-ġurnata bit-taħriġ tal- għawm. Bejn wieħed u ieħor, nittrenja tliet darbiet kuljum, li b'kollox iwasslu għal 25 siegħa fil-ġimgħa. Hemm ukoll sagrifiċċji finanzjajri abbinati ma' dan l-isport. Pereżempju, minflok użajt il- flus biex mort vaganza mal-familja jew ħbieb, użajt il-flus biex immur nitħarreġ jew intellaq barra minn Malta. Rigward riżorsi biex tittrenja dan l-isport hemm biżżejjed f 'pajjiżna meta kkumparati ma' pajjiżi oħra? Żgur li m'għandniex ir-riżorsi naturali li għandhom pajjiżi oħra. Għad- dixxiplini tal-għawm u ġiri m'għandix problemi bħala riżorsi għaliex għandna l-Pixxina Nazzjonali, il-baħar u t-trakka nazzjonali tal-atletika fejn nitħarreġ, però meta niġu għad-dixxiplina taċ-ċikliżmu jkollna niltaqgħu ma' ħafna ostakli. Biex nibdew, f 'Malta m'għandniex toroq twal u t-toroq tagħna huma kollha tlajja u nżul. Però, l-akbar ostaklu huwa l-periklu li aħna ċ-ċiklisti niltaqgħu miegħu fit-toroq Maltin. Dan għaliex it-traffiku qiegħed dejjem jiżdied u s-sewwieqa Maltin mhumiex kollha edukati biżżejjed dwar ir-rispett lejn iċ-ċiklisti fit-toroq. Dan ifisser li biex nitħarrġu fid-dixxiplina taċ-ċikliżmu qegħdin sfortunatament nipperikolaw ħajjitna. Xi kultant, biex intella' d-distanzi li għandi bżonn meta nkun qed nipprepara għat-tiġrijiet tal- Ironman, ikolli nitla' Sqallija. Issibu għajnuna fosthom dik finanzjarja minn SportMalta? SportMalta qed jaħdmu bis-sħiħ biex iżommu l-faċilitajiet sportivi f 'kundizzjonijiet tajba ġewwa pajjiżna. Rigward għajnuna finanzjara, il- Federazzjoni Nazzjonali tat-Triathlon tħallas għal ċerti kompetizzjonijiet barra minn xtutna, u dawn il-fondi jaslu minn SportMalta. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jitħajru jagħmlu karriera f 'dan l-isport tat-triathlon. It-triathlon huwa sport sabiħ ħafna għax fih tiltaqa' ma' ħafna nies u atleti differenti. Dan l-isport jiftaħlek ukoll ħafna opportunitajiet barra minn xtutna, u faċli torbot qalbek miegħu. Jien nissuġġerixxi li min hu mħajjar jibda dan l-isport jibda bil-galbu u jingħaqad ma' grupp li diġà jitħarreġ dan l-isport, sabiex ikollu gwida tajba ta' taħriġ. Il-ħinjiet twal ta' taħriġ forsi jaqtgħu qalb dawn in-nies ġodda li jridu jibdew dan l-isport, però jien nixtieq ngħidilhom li meta jibdew u jesperjenzaw il-benefiċċji li dan l-isport iġib miegħu, jiena żgur li l-ħinijiet twal tat-taħriġ ma jibqgħux jidhru bħala sfida, imma jsiru parti mir-rutina sabiħa u ħajja b'saħħitha. L-isport tat-triathlon huwa investiment għal ħajtek, għal ħajja iktar b'saħħitha. għal ħajtek, għal ħajja iktar b'saħħitha' "L-istaġun tal-2018 huwa l-iktar staġun impenjat li qatt kelli matul il-karriera sportiva tiegħi speċjalment fix-xena internazzjonali bl-għan prinċipali tiegħi kien li nispiċċa żewġ tlielaq ta' distanza Full Iron Man ġewwa l-Awstrija u Barcelona f 'inqas minn 10 sigħat." Twieled il-Qawra. Huwa ċ-Champion Nazzjonali tat-Triathlon f 'pajjiżna u atleta indispensabbli ta' Mosta Tri Team li f 'dawn l-aħħar snin kiser diversi rekords nazzjonali f 'dan l-isport li tant iħobb u jgħożż f 'ħajtu. Kien jilgħab il-futbol minn ta' età żgħira u ta' 17-il sena beda l-gym biex jissaħħaħ u kien jipprattika l-ġiri biex iżomm ruħu attiv. Fis-sena 2008 kien tħajjar li jibda jgħum l- Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq u skopra li kellu talent avolja kien diġà għalaq it-28 sena. Minn hemmhekk imbagħad xtara rota u bdiet il-ħajra tiegħu għat-triathlon. GRAHAM BORG