Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
12 Intervista illum | Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 Żewġ 'switchers' iridu jsiru MEPs...għaliex 1. Il-Partit Nazzjonalista mhux qiegħed f l-aħjar stadju bħalissa. Sondaġġi juru, kontinwament, distakk ta' aktar minn 50,000 vot. Ma taħsibx li din is-sitwazzjoni mhix tajba għall-pajjiż? Ma taħsibx li sitwazzjoni ta' Gvern mingħajr opppożizzjoni b'saħħitha hija ta' detriment għal pajjiżna? Għalhekk qed nagħti saħħti kollha fil-Partit Nazzjonalista, għalhekk qed naħdem bla waqfien, għalhekk qed nisħaq fuq il-ħtieġa li kulħadd jiġbed ħabel wieħed, mal-Kap Adrian Delia, għax pajjiżna jixraqlu oppożizzjoni b'saħħitha. Il-PN partit kbir u b'saħħtu, issa għaddej minn proċess ta' tiġdid, 'works in progress,' se jissaħħaħ - jekk kulħadd jagħti s-sehem tiegħu. 2. Tidħol għand familja. Jgħidulek 'żvilupp warajna u quddiemna. Jibdew iħaffru u jagħmlu l-istorbju minn filgħodu! Imma inti u l-PN, mur ara. X'tistgħu tagħmlu? Mhux se twaqqfuhom!' X'tgħidilhom? Li l-Partit Nazzjonalista jista' jagħmel, u se jagħmel meta jkun fil-Gvern. Pjan fit-tul ta' kemm għandna bżonn żvilupp u x'tip ta' żvilupp għat-30 sena li ġejjin. L-iżvilupp irid ikompli, il-ġebla ddawwar l-ekonomija, imma jrid ikun hemm pjan mhux nuqqas ta' pjan kif hawn bħalissa. 3. Tidħol għand familja Nazzjonalista f 'Tas- Sliema u jgħidulek li ma jridux jivvutaw għax Adrian Delia mhux tajjeb biex ikun Kap, kif kienet tgħid Daphne Caruana Galizia. Kif se tikkonvinċihom? Li ma naqbilx magħhom. Li Adrian Delia ġie elett b'mod demokratiku - li qed jagħti saħħtu kollha biex iġedded lill-Partit Nazzjonalista u li jekk ma jivvutawx, biex mingħalihom idgħajfu lil Delia, se jkunu qed idgħajfu lill-Partit Nazzjonalista u jpaxxu lil Muscat. Madankollu, jien dort ġo ħafna djar fTas-Sliema u l-maġġoranza ma qalulix hekk. Il-maġġoranza tagħhom qaluli kif xebgħu bin-nuqqas ta' sigurtà u l-influss enormi ta' barranin f 'Tas-Sliema. 4. Tidħol f 'dar fil-Ħamrun u jgħidulek li xebgħu. Kullimkien barranin u m'għadhomx iħossuhom siguri. 'Grazzi talli smajtna Frank, imma int x'tista' tagħmel differenti?' Kif twieġeb? Hekk qaluli l-Ħamrun! Għandhom raġun. Iż-żejjed issa. Kontroll ta xejn. Dan il-Gvern irid iġib eluf ta' barranin, u pjan fit-tul xejn. Biex tgħaxxaqha, fil-Ħamrun hemm appartamenti li fihom qed jgħixu għaxar irġiel u iktar. Kontroll ta' xejn. Ikollok dar li tkun investejt ħajtek fiha jġibuhilek ma tiswa xejn. Irid ikun hemm pjan fuq l-immigrazzjoni. Hawn 'over crowding' esaġerat. Il- Partit Nazzjonalista jaħdem fuq pjan fit tul, kif diġà qal Delia. 5. Tidħol għand familja Nazzjonalista biż-żewġ membri jkunu nisa, li issa grazzi għall-bidliet li daħħal dan il-Gvern fil-liġi tal-IVF se jkollhom ċans isiru ġenituri. Kif se tikkonvinċihom li l-PN għamel sew li vvota kontra? Fil-politika ma tistax togħġob lil kulħadd. It tfal l-isbaħ rigal fid-dinja, imma l-Partit Nazzjonalista għandhu sett ta' valuri u prinċipji dwar il-familja. Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista kienet ċara dwar dan. Imma konna aħna, tal-Partit Nazzjonalista, li investejna fis-servizz tal-IVF f 'pajjiżna u aħna rridu li aktar koppji jkollhom aċċess għal dan. 6. Tidħol għand familja tan-negozju. In-negozju sejjer tajjeb u qed jikru appartament, b'kirja tajba ħafna. Qegħdin komdi, iktar milli kienu. Għaliex għandhom jappoġġjaw lill- PN dawn? Għax il-Partit Nazzjonalista mhux se jwaqqafhom milli jkomplu jagħmlu dan! Aħna bil-ġid nieħdu gost u rridu nkattru. Jalla l-ġid! Taħt il-Partit Nazzjonalista jmorru aħjar għax noħolqu impjiegi tajbin li jħallsu tajjeb, mhux 'cheap labour' kif qed jagħmel il-Labour. 7. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek 'jien x'nivvota nagħmel jekk il-kaċċa dejjem taħt attakk mill-UE? ' X'se tgħidlu biex tikkonvinċih? Hemm, għalkemm mhux faċli, id-direttiva tal-għasafar li permezz tagħha nistgħu nġibu xi konċessjonijiet. Biex inġibuha żewġ fl-Ewropa rridu niġġieldu għal dan. Mingħajr rappreżentanza b'saħħitha fl-Ewropa biex dan iseħħ, jibqa' kollox kif inhu. Però l-Partit Nazzjonalista naqas mal- kaċċaturi u n-nassaba għax ma kkommunikax tajjeb magħhom. U l-Labour daħaq bihom għax ipprova jwebbilhom li se jibqgħu għaddejjin u ġiet kontrihom. Anzi ġiethom agħar. 8.Taħseb li n-nies, f 'din l-elezzjoni se jivvutaw aktar għall-mexxejja tal- Partiti? Meta għandek lil Joseph Muscat, li x'aktarx din se tkun l-aħħar elezzjoni tiegħu u lil Adrian Delia, li jrid jew ma jridx, dan se jkun l-ewwel test politiku tiegħu, taħseb li se jaffettwa r-riżultat tal-elezzjoni. Jinkwetak dan? In-nies jivvutaw fuq dak li jolqothom direttament - f 'kull elezzjoni. U le, ma ninkwetax għax Delia ġie elett biex imexxi l-PN għall-elezzjoni ġenerali li ġejja, u qed iħejji lill-Partit Nazzjonalista għal dan. F'Mejju nieħdu idea kif sejrin, imma wara inqas minn sena ħadd ma jagħmel mirakli. Jien għandi fiduċja f 'Delia. Qed naħdem biex ngħinu. Frank Psaila, f'żgħożitu kien Laburist u qaleb mal-Partit Nazzjonalista żmien ir-referendum tal- Unjoni Ewropea. Cyrus Engerer, kien wieħed mill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista, iżda Joseph Muscat ikkonvinċieh li postu kien mal-Partit Laburista. It-tnejn li huma mhumiex wiċċ ġdid. Frank huwa preżentatur magħruf tal-midja tal-Partit Nazzjonalista, Cyrus kien il-mibgħut tal-Gvern Malti -istituzzjonijiet Ewropej. Illum it-tnejn qed jaspiraw li jkunu MEPs. Għar-raba' ġimgħa, l-ILLUM tiltaqa' ma' kandidati approvati u tistaqsi dawk il-mistoqsijiet li qed tistaqsu wkoll intom il-qarrejja. Frank Psaila