Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 Minn Yendrick Cioffi u Alber t Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tinsab f 'pożizzjoni li tiżvela li kull mara li taħdem 'f 'gentlemen's club' tiswa lis-sidien tal- istabbilimenti €20 kuljum, jew inkella madwar €280 fl-ewwel ġimagħtejn biss. Hekk kif id-diskussjoni dwar 'il-gentlemen's club' reġgħet qamet, l-ILLUM għamlet kuntatt ma' wieħed mid-diversi aġenti li jissupplixxu lill- istabbilimenti Maltin bin- nisa, biex jaħdmu bħala 'strippers,' 'lap dancers' jew 'hostesses.' Kien sid ta' 'gentlemen's club' f 'Malta li kkonferma ma' din il-gazzetta li n-nisa li jaħdmu miegħu jkunu mibgħuta minn dawn l-aġenti wara li jkun infurmahom li għandu bżonn l-impjegati. "In-nisa li jiġu jaħdmu miegħi kollha minn jeddhom jiġu," saħaq dan is-sid. "Jien lanqas nitkellem man-nisa, imma ninnegozja kollox mal-aġent." Il-gazzetta ċemplet wieħed mill-aġenti li sabet onlajn u li jirriklama xogħol f 'dawn il-clubs Maltin, daqslikieku kienet klijent li se jiftaħ 'gentlemen's club,' u li għandu bżonn informazzjoni dwar kif se jġib in-nisa minn barra. L-aġent, mir-Renju Unit, spjega li kull mara tiswa lis-sid €20 kuljum għall-ewwel kuntratt li jingħatalha. Fil-każ ta' dan l-aġent, l-ewwel kuntratt ikun għal ġimagħtejn. Oħrajn, l-ewwel kuntratt ikun għal xahar. Kompla jispjega li jekk wara ġimagħtejn il-mara tiddeċiedi li tibqa', il- kuntratt ikun imġedded. Madanakollu, mhux magħruf jekk ladarba l-kuntratt ikun imġedded, ir-rata ta' €20 kuljum tiżdiedx. Dan ifisser li stabbiliment li jimpjega erba' tfajliet, iħallas lill-aġent €80 kuljum jew inkella €1,120 fl-ewwel ġimagħtejn. Apparti dan, is-sid iħallas ukoll depożitu għand l-aġent għal dawn l-ewwel ħmistax. It-tfajliet responsabbli għalihom is-sid U tul dawn il-ġimgħat, min ikun responsabbli għal dawn it-tfajliet? L-aġent insista li ġaladarba s-sid ikun 'xtara' s-servizz, huwa s-sid tal-istabbiliment li jkun responsabbli għat- tfajla u mhux l-aġenzija. Dawn l-aġenziji mhux diffiċli biex issibhom. Sempliċi tfittxija fuq l-internet tagħtik lista ta' dawk l-aġenziji li jħarrġu u jissuplixxu n-nisa lil diversi 'gentlemen's clubs' imxerrda madwar l-Ewropa u mhux biss. Din il-gazzetta għamlet riċerka fuq tliet siti ta' tliet aġenziji li flimkien ma' oħrajn jirriklamaw dawk l-istabbilimenti Maltin li qed ifittxu nisa biex jaħdmu bħala 'strippers, 'lap dancers,' jew 'hostesses.' Din l-informazzjoni tinkludi mhux biss dak li s-sid qed jintrabat li jagħti lin-nisa, imma anke telenka dawk l-affarijiet li n-nisa jridu jaħsbu Kull mara tiswa €20 kuljum...fl-ewwel Is-sidien tal-'gentlemen's clubs' jimpurtaw l-istrippers u l-lap dancers mingħand aġenti barranin. Kemm iħallsuhom? Fejn joqogħdu dawn it-tfajliet? L-ILLUM iċċempel wieħed mill-aġenti u tistaqsi... club' f 'Malta li kkonferma Dawn l-aġenziji mhux diffiċli biex issibhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018