Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Kultura illum | Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 NHAR il-Ġimgħa li għadda ġie inawgurat ix-xogħol ta' konservazzjoni u restawr xjentifiku li sar fuq il-vara tal-Madonna tar-Rużarju meqjuma fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. Il-vara, maħduma fil- kartapesta, għandha madwar 140 sena u x'aktarx hija xogħol Carlo Darmanin. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Valentina Lupo, mill- kumpanija Atelier Del Restauro, li kienet fdatha bix- xogħol. Lupo spjegat li għalkemm il-materjali li minnhom inħadmet il-vara jinsabu f 'kundizzjoni stabbli u ma nstab l-ebda qsim jew distakki fis-saffi tal-ġibs u taż-żebgħa, il-vara kellha ħsarat, fosthom ir-ras tal-Bambin li kienet totalment maqlugħa mill-bqija tal-ġisem. Apparti minn hekk, l-istatwa kienu sarulha mill-inqas żewġ interventi ta' restawr li fihom inżebgħu kemm il-karnaġġjon u anke l-ilbies. Dan wassal mhux biss biex titgħatta ż-żebgħa tal-artist, imma anke ntilfu ċertu dettalji għax iż- żebgħa li ntużat kienet waħda kummerċjali. L-induratura oriġinali wkoll tgħattiet b'saff ieħor ta' induratura. Ix-xogħol beda f 'Novembru tal-2017 u l-ewwel stadji tiegħu kienu jinkludu rappreżentazzjoni grafika, biex tiġi ddokumentata l-apparenza, il-ħsarat kollha li kien hemm fuq l-istatwa, u fejn kienu saru interventi ta' restawr fl-imgħoddi. Dan sar permezz ta' fotografija b'dawl naturali (visible light), u dawl ultravjola. Ir-restawr kien jinkludi konsolidament ta' partijiet ta' kartapesta fit-tarf tal-għonq u tar- ras tal-Bambin fejn kien hemm il-ħsara, bl-għan li ma jintilfux partijiet oriġinali mill- istatwa. Ir-restawratriċi kompliet tispjega li biex ikun aċċettat li r-ras tal-Bambin ma terġax iċċedi, inbniet struttura apposta b'reżina magħmula minn żewġ komponenti u li huma speċifikament użati fir-restawr. "Din l-istruttura u biċċiet ta' tila naturali mxarrbin f 'kolla użata fir-restawr, rifdu r-ras mal-kumplament tal-ġisem. Din is-sistema eliminat l-użu ta' kolla eċċessiva. Peress li partijiet mill-ġibs li kien qed jgħatti l-kartapesta ntilfu, dawn imtlew b'gesso di Bologna," spjegat Lupo. Minn hemm beda l-proċess tat-tindif. Is-saffi ta' żebgħa mhux oriġinali tneħħew permezz ta' 'solvent gels.' Taħt dawn is-saffi kien hemm ukoll depożitu ta' ħmieġ li akkumula matul is-snin u li weħel mal- kulur oriġinali. L-induratura oriġinali kellha wkoll ħafna grif. Fi kliem Lupo, x'aktarx li dawn kienu r-raġunijiet li waslu biex l-istatwa tinżeba' u anke ssirilha induratura ġdida. "Matul dan it-tindif inkixfu kuluri aktar artistiċi u reali. Instab ukoll li l-pożizzjoni oriġinali tal-ħuġbejn tal- Madonna kienu aktar qrib l-għajnejn u għandhom forma iktar naturali," kompliet tispjega Lupo. "Minkejja li l-intervent tat-tindif kien twil u ta' sfida, l-estetika sħiħa tal-istatwa treġġgħet għal polikromija iktar artistika u reali." L-induratura, kemm tad- deheb, kif ukoll tal-fidda reġgħu saru bit-teknika tal-boll fil- partijiet fejn kien hemm in- nieqes. Dawn il-partijiet ġew ukoll inborniti bl-agate, jiġifieri ġebla semiprezzjuża. Iżda, qabel ma beda l-intervent, l-istatwa kollha ngħatat saff ta' verniċ 'retouching varnish' sabiex tissepara l-oriġinali minn mal-irtokk. Fl-aħħar l-istatwa ngħatat saff ieħor ta' verniċ 'satin finish' billi ntużat reżina sintetika li għandha reżistenza qawwija għaż-żmien u temperaturi għoljin, bl-għan li jipproteġi l-induratura u ż-żebgħa mill-elementi, u li fl- istess ħin jissatura l-kuluri biex l-estetika tidher aħjar. Valentina Lupo insistiet li kif isir f 'restawr xjentifiku, il- materjali kollha ġew magħżula skont l-etika u l-prinċipji moderni tal-konservazzjoni bl-għan li l-interventi jibqgħu jingħarfu, u jkunu riversibbli, filwaqt li tinżamm dik il- karatteristika li tirrifletti l-antikità tal-opra tal-arti "Kull fażi kienet iddokumentata fotografikament. Il-proġett sar skont il-prinċipji etiċi għall- protezzjoni u preservazzjoni ta' opra tal- arti tal-Kodiċi tal-Etika tal- Konfederazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet tal- Konservaturi u Restawraturi," spjegat Lupo. Fatti interessati dwar din l-istatwa Apparti x-xogħol ta' restawr, il-Kanonku Jonathan Farrugia wettaq ukoll studju fuq tliet rikorsi li jinsabu fl-arkivji parrokkjali taż-Żurrieq u li tefgħu dawl fuq l-istorja ta' din il-vara. Fl-ewwel rikors, li sar fl-1876, il-Fratelli tal- Kongregazzjoni tar-Rużarju mwaqqfa fil-parroċċa taż- Żurrieq esponew ix-xewqa ta' Mikelanġ Camilleri li jordna statwa tal-kartapesta bil- pedestall b'kollox u li għaliha kien lest iħallas ukoll niċċa fejn tista' tintrefa'. Dettall importanti li ma jagħtix ir-rikors huwa min kien l-artist li ntgħażel biex jagħmel l-istatwa u min kien li għażlu, iżda f 'kitba fuq gazzetta tas-sena 1907 din l-istatwa nsibuha msemmija fost 10 oħra tal-Madonna tar-Rużarju li nħadmu minn Carlo Darmanin. It-tieni rikors sar fl-1930 u dan sar biex issir induratura ġdida li saret fuq l-istatwa. Fih il-Fratellanza titlob permess lill-Isqof biex jindura l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju u li l-ispiża ma kinitx se taqbeż l-£20, liema somma kienet diġà nġabret minn fost il- fratelli. L-Arċipriet ta' dak iż-żmien jinforma lill-Isqof li din l-induratura kienet neċessarja għax biż-żmien l-istatwa kienet tilfet l-ilwien l-oriġinali. L-aħħar rikors sar fil-5 ta' Ottubru 1946 u fih Franġisk Saverju Schembri bagħat talba lill-Isqof biex iħallas għall-bukkett ta' fjuri artifiċjali biex jitpoġġa f 'idejn il- Madonna tar-Rużarju u dan xtaq jagħmlu għax kien qala' grazzja mingħandha. Fr Jonathan jisħaq li minn dawn it-tliet rikorsi joħorġu għadd ta' fatturi interessanti, fosthom li: • il-Fratellanza tar-Rużarju hija l-għajn tad- devozzjoni Marjana fost iż-Żrieraq tant li għamlet kważi 215 waħedha, bħala fratellanza ddedikata lill- Madonna, • jagħtu ħjiel tal-imħabba li kien hemm lejn din ix- xbiha minħabba l-kura li kienet tingħatalha, u • kienet tgawdi devozzjoni kbira, speċjalment mill- Fratelli, u dan jixhdu l-fatt li persuna xtaqet ittiha bukkett fjuri bħala rikonoxximent ta' wegħda li qalgħet. Il-festa tal-Madonna tar- Rużarju se ssir illejla b'quddiesa fis-6:00pm fil-Knisja Arċipretali u pellegrinaġġ bil- vara wara. Il-vara tal-Madonna tar-Rużarju taż-Żurrieq lura għad-dehra oriġinali tagħha Restawr u konservazzjoni mill-kumpanija Atelier Del Restauro jiżvelaw il-kulur u l-induratura oriġinali tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju taż-Żurrieq ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Konfederazzjoni Ewropea fratelli. Il-vara wara li ntemm ix-xogħol ta' restawr Il-vara qabel ix-xogħol ta' restawr l-antikità tal-opra tal-arti fażi kienet iddokumentata fotografikament. Il-proġett sar skont il-prinċipji etiċi għall- protezzjoni u preservazzjoni ta' opra tal- arti tal-Kodiċi tal-Etika tal-

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018