Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum b'xejn...imma vera b'xejn? ...u l-Ġermanja wkoll Intant fi Frar ta' din is-sena kien irrappurtat illi l-Gvern Ġemaniż qed jippjana li jibda trasport pubbliku b'xejn. Kien tħabbar illi kien se jibda proġett pilota f 'ħamest ibliet; Bonn, Essen, Herrenberg, Reulingen u Manneheim. Il-Ġermanja se tagħmel dan minħabba li l-Kummissjoni Ewropea wissiet lil dan il-pajjiż, flimkien ma' oħrajn kontra ksur ta' regolazzjoni li titratta tniggis tal-arja. U f 'Malta? Tirnexxi? F'Malta, il-proposta tal-Prim Ministru tista' ssib problema fatali. F'Malta l-uniku trasport pubbliku huwa magħmul minn tal-linja, li hija vettura li taħdem fuq l-art. Dan ifisser li l-inċentiv biex persuna taqbad it-trasport pubbliku, hu li hu. Tal- linja tieqaf fit-traffiku bħall-karozzi, b'differenza li tal-linja jeħtieġ issegwi r-rotta tagħha u allura tibqa' mwaħħla fit-traffiku. L-uniku trasport pubbliku f 'Malta huwa dak fuq l-art li ftit li xejn għandu karreġġjati apposta għalih u li għandu rotot li ġieli jkunu mimlijin u allura jaffetwa l-puntwalità. Dan apparti li s-servizzi billejl għadhom fl-infanzja tagħhom u allura għal ħafna destinazzjonijiet it-trasport pubbliku jieqaf bejn id- 9:30p.m. u l-10:30 pm. Dan kollu jnaqqas mill-attrazzjoni tat-trasport pubbliku u diversi persuni li għandhom karozza se jżommu lilha, anke jekk it-trasport pubbliku jkun b'xejn. Biex tkompli tikkumplika l-affari gvernijiet sussegwenti ma tantx urew entużjażmu biex jintroduċu miżuri li permezz tagħhom l-użu tal-karozza jsir iktar għoli. Dan allura jfisser li filwaqt li l-fatturi li jattirawk lejn it-trasport pubbliku żdiedu, għalkemm xorta mhumiex b'saħħithom biżżejjed, il-fatturi li jbegħduk mill-użu tal-karozza huma pjuttost negliġenti. Jiġifieri kif jgħid ir-rapport li qed nikkwotaw f 'dan l-analiżi miżura ta' din it-tip tirnexxi biss jekk ikun hemm miżuri li jikkumplimentawha. Dan apparti li bħalma jiġri kull fejn kienet applikata din il-miżura l-Gvern kellu joħroġ l-ispiża hu. B'xejn għalik imma joħorġu mit-taxxi tiegħek, jiġifieri mhux b'xejn! Jekk il-Gvern ikun irid itejjeb is-servizz biex ikompli jattira l-passiġġieri se jkollu joħroġ iktar flus mit-taxxi lill-kumpanija Spanjola li qed tmexxi t-trasport pubbliku. Dan hu kollu tajjeb sakemm l-ekonomija qed tiġġenera l-ġid, imma kif jirrimarkaw bosta li tkellmu dwar din l-inizjattiva onlajn, f 'sitwazzjoni fejn l-ekonomija lokali tgħaddi minn perjodu diffiċli, il- miżura ta' trasport pubbliku b'xejn mhux neċessarjament tibqa' garantita. F'Hesselt fil-Belġju, wara 16-il sena, kellhom jerġgħu jintroduċu n-noll hekk kif it-trasport b'xejn għal kulħadd ma baqax sostenibbli. Dan jindika allura li apparti żieda fis-serivizzi ta' trasport pubbliku (under/overground?), jeħtieġ ikun hemm pjan ta' sostenibbilità fit-tul. Il-pajjiżi li joffru trasport pubbliku b'xejn... L-Awstralja • Adelaide • Brisbane • Melbourne • Perth Il-Belġju • Hasselt Il-Brażil • Agudos • Anicuns • Eusebio • Itatiaiuçu • Ivaiporã • Maricá • Mount Carmel • Muzambinho • Paulinia • Pitanga • Porto Real • Potirendaba • Silva Jardim Il-Bulgarija • Samokov Il-Kanada • Calgary • Saint-Joseph-du-Lac • Winnipeg Iċ-Ċina • Changning • Chengdu Ir-Repubblika Ċeka • Frýdek-Místek • Strakonice • Valašské Meziříčí Id-Danimarka • Ærø • Ikast • Læsø L-Ingilterra • Dewsbury • Huddersfield • Manchester • Wakefield L-Estonja • Tallinn Il-Gżejjer Faroe • Tórshavn Il-Finlandja • Mariehamn Franza • Aubagne • Castres • Châteauroux • Colomiers • Compiègne • Dunkerque • Gap • Libourne • Noyon • Toulouse • Vitré Il-Greċja • Athens L-Iżlanda • Akureyri L-Italja • Livigno Il-Litwanja • Skuodas Il-Malażja • George Town • Kuala Lumpur In-Norveġja • Fredrikstad • Oslo Il-Polonja • Bełchatów • Boguchwała • Brodnica • Chmielnik • Czarna • Glowno • Głogów Małopolski • Głuchołazy • Goleniów • Gostyń • Kościerzyna • Lubin • Łaziska Górne • Mieroszów • Mława • Nowogard • Nowy Tomyśl • Otmuchów • Polkowice • Ścinawa • Śrem • Środa Wielkopolska • Stryków • Świeradów-Zdrój • Świerklany • Trzebownisko • Wadowice • Ząbki • Zielonka • Żory Ir-Russja • Cheremushki L-Iskozja • Scotland Slovenja • Velenje Spanja • Torrevieja L-Iżvezja • Avesta • Hallstahammar • Jokkmokk • Kiruna • Kölsillre • Ockelbo • Övertorneå It-Tajlandja • Bangkok It-Turkija • Ovacik L-Ukrajna • Energodar L-Istati Uniti • Akron • Arkansas • Avon • Baltimore • Boston • Bozeman • Breckenridge • Cache Valley • Chapel Hill • Clemson • Columbus • Commerce • Corvallis • Crested Butte • Hanover • Hawaii • Iowa • Island County • Kansas City • Miami • Missoula • Park City • Pittsburgh • Presidio • Salt Lake City • Savannah • Summit County • Tacoma • The Staten Island Ferry • Vail • Watauga County • West Memphis • Whidbey Island Wales • Wales

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018