Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser joffrilek riflessjoni dwar kemm il-ħajja tiegħek u kemm il-qagħda tiegħek fl-imħabba, qed tħossok maqbud bejn żewġ ħitan. Jekk tagħraf tirrifletti, il-pressjoni ma għandhiex tkun tant iebsa. L-importanti li tasal għal forma ta' konklużjoni. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10,, 12 u 13 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser ikun żmien fejn huwa tajjeb għalik jekk jittranġaw xi differenzi li hemm, dawk familjari pereżempju. Dan huwa l-aħjar miment li fih int tagħraf sabiex dak id-diżgwid li hemm jitranġa u dan ikun ta' direzzjoni tajba għalik għal dak li ġej. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: aħdar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser iġiegħlek tħoss li int trid tagħmel xi bidliet madwarek. Bħalissa l-istilla ta' Aries qiegħda fiż-żmien ta' bidla. Waħda mit-tibdiliet hija li int issib spazju u aktar ħin għalik kemm biex tirrilassa jew tmur sal-gym, jew anke toħroġ mal-ħbieb. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: abjad u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 11 u 13 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Cancer Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser joħloqlok iktar inċertezza li bħalissa qiegħda ddur madwarek. Agħmel kuraġġ u b'xi mod saħħaħ lilek innifsek biex din il-faż ma tikbirx aktar milli hi. Jekk se taħrab ir-realtà s-sitwazzjoni jaf tikber. Emmen fik innifsek. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju I l - bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser ikun żmien ta' riflessjoni għall-karriera tiegħek li bħalissa tinsab fuq quddiem biex tkompli tikber. Bħalissa qed tiffoka sabiex issaħħaħ il-karriera u dan se jkompli grazzi għal aktar opportunitajiet li se jkollok. Dan ser ikompli jimmotivak u jżommok attiv. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 12 u 13 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser iġiegħlek tħoss li m'intix kuntent b'dak li għaddej madwarek bħalissa. Bħal qisek qiegħed turi li kollox sew imma s-sitwazzjoni minn ġewaa hi l-oppost. Taqtax qalbek għax minn din il- ġimgħa dan ser jinbidel u hekk int tibda ġej f 'postok. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: isfar u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 10 u 13 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Virgo Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser ifisser għalik li dan mhux il-mument it-tajjeb imma għad irid jgħaddi ż-żmien biex is-sitwazzjoni ta' madwarek tkun pożittiva. Kif taf bħalissa għax hemm xi intoppi madwarek u għalhekk dan il-pjan isir meta l-ħajja tkun aktar stabbli. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser jgħinek iddur miegħek innifsek sabiex tikkumbatti dak li mhux iħallik tavvanza u qed ikun ta' tfixkil għalik. Għalhekk waqt li din l-arja pożittiva qiegħda hemm int trid tagħraf tuża moħħok u tħares 'il quddiem, tibqax imweħħel mal-passat. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: isfar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 10 u 11 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument. Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser ikun ta' ostaklu u jaf jitħarbtulek xi pjanijiet. Għalhekk waqt li tara kif ser tegħlen dan l-ostaklu, bil-mod ibqa' għaddej bil-pjanijiet iżda aħtaf dan il- perjodu sabiex tagħraf tissaħħaħ aktar. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu u aħdar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 12 u 13 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Gemini Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser joffrilek żmien sabiex tinduna min huma l-veru ħbieb sinċiera u ġenwini għax sfortunatament għalkemm għandek ħafna ħbieb, dawn mhumiex ħbieb li tista' tafda. Għalhekk f 'dawn il-jiem għandek tagħmel analiżi ta' min huma l-vera ħbieb u dak li mhumiex. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 11 u 12 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Leo Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser jurik li int ma tistax tibqa' fil-passat. Trid tara kif ser timblokka l-passat u ma tistax taspira għal futu aħjar jekk se tibqa' mwaħħla. Agħraf sabiex tikkumbatti. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: isfar u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 12 u 13 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Pisces Cancer Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-bidu taż-żodijaku sal-istilla ta' Libra ser ikun perjodu ta' analiżi personali. Tajjeb tqatta' ftit mumenti sabiex tara x'hemm bżonn isir madwarek sabiex tkompli tħares 'il quddiem. Huwa ferm importanti li tagħmel din il-pawsa u din importanti biex tagħraf aktar. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 10 u 13 L-istilla bl-akbar appoġġ morali għalik ġejja minn Sagittarius Capricorn huma magħrufin għall-gwida diretta li joffru. L-oroskopju mill-Ħadd 7 t'Ottubru sas-Sibt 13 ta' Ottubru PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-09.00 u d-21.00 fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon. www.pauljon13.com Il-kummenti tagħkom Stephanie Spiteri, San Ġwann: PaulJon verament għandek paġna tajba u oroskopju interessanti. Nadia Portelli, Raħal Ġdid: L-oroskopju hu mwassal tajjeb ħafna, ir-rakkonti x'sar minnhom? Angele Debrincat, Naxxar: Nagħtik garan- zija li segwit ħafna, kif ma tagħmilx xi ħaġa fuq it-televixin? RoseMary Micallef, ix-Xewkija: Kull nhar ta' Ħadd insegwuk, kemm mill-gazzetta u anke online. Proset tassew. Tamara Calleja, San Ġiljan: PaulJon aħna grupp ta' ħbieb li nsegwuk. Ir-rakkonti x'sar minnhom? Hemm ċans li naraw fuq it-tele- vixin? Żgur ikun ta' suċċess. Proset Wassal il-kummenti tiegħek u tieħu xaharejn oroskopju bil-posta inkluża. Ibgħat messaġġ fuq. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018