Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
23 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 TV/Ċinema Johnny English Strikes Again Films ġodda għal din il-ġimgħa Ħarġu mijiet ta' films dwar serqiet spettakulari u inkredibbli fil-passat, però waħda ta' natura unika u formidabbli hi dik li seħħet f 'Hatton Gardens, Londra fl-2015. King Of Thieves jirrakkonta dan il-każ b'manjiera ta' kurżità u kważi sens eżileranti. Brian Reader (Caine) ta' 77 sena, fi tfulitu kien ħalliel gwapp u famuż. Meta martu (Annis) tmut, issa bla skop fil-ħajja, jiġbor miegħu ċorma ta' anzjani ta' bejn is-sittin u s-sebgħin sena biex jippreparaw ħalli jisirqu l-kaxxi tad-depożiti fi tmiem il-ġimgħa tal-vaganzi tal-Għid. Mgħejjuna minn Basil (Cox), ta' età ħafna iżgħar minnhom, jippużaw ta' nies tas-servizz, jidħlu fil-lok, jaqtgħu d-dwal kollha tal-alarm u jtaqqbu toqba fil-ħajt ta' fejn hemm id-depożiti. Jumejn wara joħorġu minn hemm b'kemxa ġmielha magħhom, stmata mal-mitejn miljun lira Sterlina bejn flus u djamanti. Wara, is-skiet ta' bejniethom jinkiser meta jibdew jillatikaw u ma jafdawx lil xulxin, hekk kif il-pulizija jibdew investigazzjonijiet kbar u elaborati. Meta dan ir-reat isir magħruf, l-interess bejn il-midja u l-pubbliku jilħaq furja estrema. King of Thieves jista' jitqies bħala wieħed mill-aqwa tal-ġeneru tiegħu u b'mod interessanti u sodisfaċenti juri kif waħda mill-aqwa serqiet fl-istorja Brittanika twettqet. L-imħallef stess li qata' s-sentenza ta' dawn il-kriminali sostna li din hi serqa unika, maħsuba b'dettall fin u ambizzjoni intensa fl-ippjanar tagħha. Wara li r-reat isir, King of Thieves aktar jirranka fl-iżvilupp tiegħu, bl- intriċċi u s-sitwazzjonijiet ta' tensjoni li jinqalghu. Tassew xogħol ġenjali! Wara li għal snin sħaħ l-attur baħbuħ Brittaniku, Rowan Atkinson, ipprovda sigħat twal ta' divertiment qawwi bħala l-ineffiċjenti, iżda l-maħbub Mr. Bean, l-aktar fuq it-TV u anki fiċ-ċinema, kompla jagħti pjaċir lill-pubbliku, fuq il-liżar il-kbir, b'karattru ieħor simili, Johnny English. Johnny English huwa aġent sigriet tal-Maestà Tagħha, tant imferferx u għanbaqru li ma jaħsibhiex, ma jafx x'inhu biża' u lanqas periklu, infatti ma jaf assolutament xejn għax moħħu ma jwassalx. Fit-tielet episodju, Johnny English Strikes Again, insibuh issa rtirat jgħallem il- ġeografija f 'kulleġġ lill-istudenti. Meta hacker viljakk u intelliġenti jikkawża attakk fuq il-kompjuter tal-MI7, jirnexxielu jikxef l-identità tal-aġenti sigrieti Brittanici kollha. Il-Prim Ministru (Thompson) ma jibqagħlhiex għażla oħra ħlief li tirrikorri għal Johnny English, li jaċċetta mill-ewwel. Dan l-istupidu, flimkien mal-assistent tiegħu ta' qabel, Jeremy Bough (Miller), jibdew ifittxu biex isibu minn fejn ġie dan l-attakk u jmorru fir- Riviera Franċiża. Fin-nofs tidħol Ophelia (Kurylenko), mara sabiħa li hi aġent Russa li qed tipprova telimina lil English. Hawn tibda battalja bejn l-aġent ineffiċjenti li mhu intiż xejn fit-teknoloġija moderna u l-għadu potenti tiegħu, Jason Volta (Lacy), biljunarju żagħżugħ Amerikan tassew kapaċi fl-użu tat-teknoloġija sofistikata, li jrid jiddomina d-dinja. Minkejja li Rowan Atkinson jidher li qed jikber għal din il-parti, xorta waħda bil-mossi u mutetti ta' bla ħsieb u tal-ġenn tiegħu jirnexxilu jikkrea katastrofi minn sitwazzjonijiet li jidhru kalmi, ikkontrollati u normali fejn hu dejjem jibqa' frisk daqs ħassa. Għalkemm ħafna miċ-ċajt jidher banali u riċiklat, żgur li ħafna, speċjalment dawk ta' età pjutost żgħira, se jieħdu pjaċir kbir b'din il-produzzjoni mfawra b'sitwazzjonijiet farseski. King of Thieves Atturi Ewlenin: Michael Caine; Jim Broadbent; Tom Courteney; Ray Winstone; Charlie Cox; Paul Whitehouse; Francesca Annis. Direttur: James Marsh. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 108 min. Ċert. 15 A Simple Favour hu thriller misterjuż bi ħjiel tal-ġeneru noir, dwar il-ħbiberija ta' żewġ nisa ta' xeħta differenti; żewġ ommijiet li madwarhom hemm xi ħaġa mhix flokha jew imċajpra. Fuq naħa waħda nsibu lil Stephanie Smothers (Kendrick), omm ta' dispożizzjoni ħelwa li dejjem tfittex l-hena tad-dar, ma' min tingwalaha u riċetti tassew apetitużi. Aċċidentalment tiltaqa' ma' Emily Nelson (Lively), omm glamoruża, dejjem liebsa impekkabbli, li qed taħbi sigrieti ta' għajb u tlissen gideb sfaċċat. L-apparenza ta' Emily u l-ħajja sofistikata li tgħix tassew tiġbidha u hi tħossha kburija u feliċi li għandha ħabiba bħal din li qabdet magħha daqs granċ. F'mument wieħed, Emily titlob biss favur mingħand Stephanie - dak li tindokra lil binha wara l-iskola għall-ġurnata waħda biss. Hawn, hi tisparixxi u Stephanie bl-għajnuna tal-midja soċjali tibda tinvestiga biex tfittex lill-ħabiba. Din it-triq se teħodha f 'misteru ta' labirinti fejn il-limiti ta' din il-ħbiberija u l-lealtà ta' bejniethom se jkunu ttestjati bil-kbir u fejn veritajiet ta' għajb se jinkixfu. F'dan il- vjaġġ ta' qerq u transgressjoni Stephanie se tidħol f 'territorju tassew oskur. A Simple Favour mhux bħall-films klassiċi tal-ġeneru noir, jesibixxi investigatriċi vulnerabbli, dejjem ċajtiera u bi tbissima fuq xufftejha. Nistqarr li l-aħħar fażi movimentata hi daqsxejn konfuża! A simple favour Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Rowan Atkinson; Olga Kurylenko; Ben Miller; Jake Lacy; Emma Thompson; Adam James, Direttur: David Kerr. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 89 min Ċert.: U Atturi Ewlenin: Anna Kendrick; Blake Lively; Henry Golding; Andrew Rannells; Linda Cardellini; Jean Smart. Direttur: Paul Feig. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 117 min. Ċert.: 15.