Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 07 ta' 0ttubru 2018 'TAJJEB għax tajjeb, tajjeb għax b'xejn' kien jingħad darba ftit żmien ilu mhux ħażin meta kienu bdew isiru ġabriet għal dawk li kienu morda bil-kanċer. Imma eks Ministru Nazzjonalist tal- Finanzi kien ifakkarna li 'xejn mhu b'xejn'. U din il-ġimgħa, preċiżament nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar kif it- tragward tal-Gvern li jmexxi huwa li jagħmel it-trasport pubbliku wieħed b'xejn. Ikun hemm min jgħid li dan huwa sempliċiment 'gimmick' u ċejċa. Ikun hemm oħrajn li jarawha bħala xi ħaġa ferm pożittiva għax se jiffrankaw. Imma lil hinn mill-opinjonijiet inizjali, ġeneralment motivati mill-opinjoni politika, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa estensiva lejn x'ġara f 'pajjiżi oħrajn fejn it- trasport pubbliku sar b'xejn (anke jekk għal setturi speċifiċi). Nagħtu ħarsa speċifika lejn rapport dwar inizjattiva ta' trasport b'xejn għal studenti fi Brussell u kif dawn irreaġixxew għall- inizjattiva ta' trasport b'xejn kif ukoll ir-reazzjoni tal-poplu ta' Tallinn, il- kapitali tal-Estonja, għall- inizjattiva ta' trasport pubbliku b'xejn fl-2013. Tajjeb għax tajjeb, tajjeb għax b'xejn...imma agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Ħadd li għadda l-PM Joseph Muscat qal illi l-viżjoni tiegħu hija li t-trasport pubbliku Malti jkun bla ħlas għall-passiġġier. Imma f 'pajjiżi u bliet oħrajn x'ġara? Żdiedu l-passiġġieri? Kemm żdiedu? U kieku nagħmluha taħdem f 'pajjiżna? U jekk mhux se tħallas int, min se jħallaslek? Mill-Gvern Fjamming sa Tallinn Il-kunċett tas-sistema 'third payer' kienet elaborata l-aktar mill-Gvern Fjamming (b'poplu mifrux fl-Olanda, il-Belġju u Franza). Hija msejħa 'third payer' minħabba li huwa l-Gvern, l-awtorità jew entità li qed tħallas għall-passiġġier. Jiġifieri għandek il- fornitur tas-servizz, il-klijent u t-terz li qed iħallas għall-klijent. Mis-sena 2000 żewġ gruppi gawdew mill-benefiċċju ta' trasport pubbliku b'xejn, jiġifieri l-anzjani (65+) u tfal taħt it-12-il sena. Fit-tmiem tal-2003 iktar minn 20% tal-komunitajiet Fjammingi kienu introduċew din is-sistema, bl-Università Kattolika tal-Leuven tidħol f 'arranġament simili għall-istudenti tagħha. Fl-2003 mbagħad din is-sistema kienet introdotta fil-kapitali, Brussell bil-Brussels Capital Region tħallas lill- Brussels Public Transport Authority €14-il miljun illi minnhom ikunu jistgħu jitħallsu l-vjaġġi tal-anzjani u t-tfal kollha. Mill-2004, l-impjegati tal-Gvern u mill-2005 persuni fuq il-paga minima lkoll bdew jużaw it-trasport pubbliku mingħajr il-bżonn ta' ħlas. Iktar riċenti kienet il-belt kapitali tal- Estonja illi introduċiet din is-sistema. Fil-fatt fl-2013 is-sindku tal-belt, Edgar Savisaar, ippropona trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd, simili għal dak li ppropona Muscat f 'Malta. Biex tkun tista' tgwadi minn trasport b'xejn iżda trid tkun residenti fil-belt b'€1,000 mit-taxxa tad-dħul kull sena jmorru għat-trasport. Kulma jrid iħallas direttament il-passiġġier huwa €2 għal kard, simili għal dik ta' Malta. Skont artikli illi dehru fuq The Guardian aktar kmieni din is-sena jidher illi l-proġett irnexxa anke għax kienu bosta bliet oħrajn li għamlu rikjesti għal aktar informazzjoni, fosthom mill-belt Ċiniża ta' Chengdu. Ir-riżultati kienu interessanti. Dawk li minflok karozza jużaw it-trasport pubbliku żdiedu bi 8%, għalkemm iż-żmien li vjaġġi bil-karozzi jdumu żdiedu b'31%. Dr Oded Cats minn Delft University tal-Olanda, tgħid illi dan jindika żieda ta' karozzi fit-toroq. Inizjattiva mmarkata b'żidiet Rapport ippubblikat fl-2006 'Impact of Free public transport on Travel Behaviour' (Steenberghen, Lenny u Macharis) jagħti l-istampa f 'erba' postijiet differenti fejn saret din l-inizjattiva, apparti li jiffoka fuq l-inizjattiva li saret fil-Belġju ta' trasport b'xejn għall-istudenti. Żidiet qawwijin fil-passiġġieri fl- Istati Uniti Arranġament illi sar bejn diversi Universitajiet fl-Istati Uniti u l-fornitur tat-trasport pubbliku wassal għal żidiet ta' bejn 71% u 200% fl-użu tat-trasport pubbliku. F'dan il-każ l-Universitajiet iħallsu ammont ta' flus lill-fornitur, skont kemm jaħsbu li se jkun hemm użu tat-trasport pubbliku, biex imbagħad l-istudenti jistgħu jużaw trasport mingħajr ħlas. Il-'Jaakart' twassal għal żidiet... imma t-traffiku ma naqasx Fl-Olanda bdiet tintuża dik li tissejjaħ Jaakart minn total ta' 800,000 student. Din wasslet għal żieda ta' 75% fl-użu tat-trasport pubbliku, bir- rapport jgħid illi l-inizjattiva wasslet għal attitudni pożittiva lejn it-trasport pubbliku. Imma mhux biss, fl-Olanda wkoll saret inizjattiva ta' trasport pubbliku mingħajr ħlas bejn The Hague u l-belt mimlija universitajiet ta' Leiden. Anke hawn kien hemm żieda fl-użu fil-passiġġieri, għalkemm din id-darba r-rapport jispeċifika illi minkejja din iż-żieda, dan ma rriżultax fi tnaqqis fl-użu tal-karozzi u fit-traffiku. Chateauroux, Franza: Aktar passiġġieri, aktar vandaliżmu Fil-komunitajiet ta' Chateauroux ġewwa Franza, inizjattiva ta' trasport b'xejn fl-2002 wasslet għal żieda qawwija ta' 79% fl-ammont ta' passiġġieri. Minkejja dan, kienu rrappurtati aktar każijiet ta' vandaliżmu, kif ukoll aktar każijiet ta' diżrispett lejn ix-xufiera, speċjalment issa li ma kellhomx is- saħħa tax-xiri tal-biljetti f 'idejhom. Brussell: rispons tajjeb Ir-rapport li qed tikkwota din il- gazzetta juri kif l-inizjattiva tal-Gvern Belġjan ta' Trasport b'xejn għal settur ta' studenti ħalliet il-frott. Il-Gvern Belġjan kien nieda miżura ta' trasport b'xejn għal studenti f 'universitajiet u kulleġġi fejn il-lingwa mitkellma hija dik Olandiża. Ftit inqas minn 47% ta' dawk li setgħu jakkwistaw il-kard biex jużaw trasport pubbliku b'xejn, għamlu dan. Minn dawn 89% użaw it-trasport pubbliku, uħud għall-ewwel darba. Kwart ta' dawk li għamlu użu mit- trasport pubbliku għamlu vjaġġi ġodda. U x'jikkonkludi r-rapport? Ir-rapport ta' Steenberghen, Lenny u Macharis jagħmel konklużjoni partikolari u li tajjeb li niftakruha qabel diskussjonijiet dwar trasport pubbliku b'xejn. Fir-rakkomandazzjonijiet ir-rapport jfakkar illi "li jkun offrut trasport pubbliku b'xejn ma jfissirx li n-nies se jħallu l-karozzi d-dar. L-għażla ta' kif persuna tmur minn post għall- ieħor hija ddeterminata minn bosta fatturi, bħall-frekwenza, il-kwalità u l-aċċessibilità. Fatturi li jattiraw lin- nies lejn it-trasport pubbliku jeħtieġ ikunu kkumplimentati minn miżuri li jnaffru lin-nies mill-karozzi. Miżuri jistgħu jinkludu prezzijiet ogħla, regolazzjoni tal-parkeġġ u miżuri oħrajn ta' mmaniġjar ta' mobilità." Ir-rapport ifakkar ukoll li qabel ma jiddaħħlu miżuri ta' trasport pubbliku b'xejn huwa importanti li jkun hemm forniment propizju tas-servizz. Jiġifieri li jkun hemm aktar vjaġġi, aktar vetturi u servizz li jkun iktar estiż għall-ħinijiet ukoll li jibqgħu għaddejjin matul il-lejl.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018