Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum kuljum...fl-ewwel ġimagħtejn għalihom huma, anke jekk kif spjegat aktar 'il fuq, is-sid huwa responsabbli għalihom. 'Jagħtihom akkomodazzjoni iżda jħallsu għaliha' Fost dawn, anke jekk f 'erba' reklami li rat il-gazzetta ILLUM, is- sidien Maltin għandhom akkomodazzjoni disponibbli ftit passi 'l bogħod mill-istabbiliment, huma n-nisa stess li jkollhom iħallsu l-kirja. Skont l-informazzjoni disponibbli mill-aġenziji, ir-rati ta' dawn il-kirjiet ikunu inqas mill-kirjiet kummerċjali. Kirja ta' appartament, b'kamra tas-sodda waħda u li fiha jistgħu joqogħdu żewġ persuni, tiswa madwar €400 fix-xahar. Anke jekk skont ċertu aġenti l-akkomodazzjoni hija pprovduta mingħajr ħlas mis-sid, fl-istess sentenza hemm imniżżel li l-kirja tinqata' awtomatikament mill-paga tat-tfajliet. Sid minnhom, lanqas il- lożor ma jipprovdi. L-aġent jispjega li jekk it-tfajliet jikru l-akkomodazzjoni li qed jagħmel disponibbli s-sid, iridu jġibu l-lożor tagħhom huma. Aktar ma tinża' aktar titħallas... U n-nisa kemm qed jitħallsu? Mhux l-istabbilimenti kollha jħallsu l-istess. Skont l-aġenziji li aċċessat din il-gazzetta, il-ħlas ivarja bejn il-€35 u s-€60 kull lejl, "jiddependi mill-esperjenza taż-żeffiena." Iżda mbagħad, dejjem skont l-informazzjoni disponibbli fuq dawn is- siti, hemm ħlas addizjonali u anke commissions. Pereżempju, 'lap dance' għal klijent tiswa €20. Minn dawn iż-żeffiena tieħu €10. Jekk il-klijent ikun irid liż-żeffiena tiżfen u tinża' kompletament għarwiena, dan iħallas bejn €50 u u €70. Minn dawn, it-tfajla tieħu n-nofs. Hemm stabbilimenti oħra fejn iż-żeffiena jieħdu wkoll 50% tat-tips. Dawk imbagħad li jaħdmu bħala 'hostesses,' jitħallsu skont kemm il-klijent ikun lest iqatta' ħin bilqiegħda magħhom 'biex jgħidu kelma.' Jekk tfajla tagħmel 30 minuta titkellem mal- klijent, titħallas €50 u jekk tagħmel siegħa, tieħu €100. L-importanti li t-tfajla ġġiegħel lill-klijent jixrob Apparti dawn, it-tfajliet jitħallsu wkoll għal kull 'drink' li l-klijenti jieħdu magħhom. Għal tazza luminata, it-tfajliet jieħdu bejn €1 u €2, għal tazza xampanja jieħdu €2. Jekk imbagħad bis-saħħa tat- tfajla, il-klijent jixtri flixkun xampanja, din tieħu 20% tal-prezz u għal kwalunkwe flixkun alkoħol ieħor, tieħu 10%. Sidien għandhom ukoll ftehim ma' xi ristoranti fiż-żona u anke ħwienet tal- ħwejjeġ biex it-tfajliet igawdu minn skont meta jmorru jieklu jew jixtru. Dawn it-tfajliet jaħdmu mill-10:00pm sal-5:30am jew mill-11:00pm sas-6:30am u kull waħda taħdem minimu ta' ħames jew sitt iljieli. Apparti l-kirja, xi jħallsu t-tfajliet? L-aġenziji jispjegaw ukoll li huma s-sidien li jieħdu ħsieb li jiġbru u jwasslu liż-żeffiena fl-ajruport iżda għat-titjiriet u l-ħlas marbut magħhom jieħdu ħsieb iż-żeffiena stess. Minħabba l-fatt li wħud minn dawn iż-żeffiena jkunu ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea u allura ma jistgħux jaħdmu awtomatikament f 'Malta, l-aġent jieħu ħsieb ukoll il- permessi kollha tax-xogħol u għal dan, it-tfajliet iħallsu €30 fil-ġimgħa. Imma trid tkun sexy u għandek 'tan' Ma għandniex xi ngħidu. Mhux kulħadd jista' jaqbad u japplika, jew aħjar minn hekk mhux kulħadd se jintgħażel għal dan ix-xogħol. L-aġenti jagħmluha ċara li ż-żeffiena jrid ikollhom minn 18-il sena 'il fuq iżda aktar minn hekk, importanti li mhux biss ikunu sbieħ, imma sexy wkoll. Stabbiliment f 'Malta li qed ifittex tfajliet permezz ta' dawn l-aġenti, irid li: "ż-żeffiena tkun attraenti u sexy. Tilbes bikini, lingerie sexy u anke aċċessorji. Manicure, pedicure u anke tan huma neċessarji." 'Żfin iva iżda sess le' Fuq kollox, l-aġenti jagħmluha ċara lil dawn it-tfajliet li japplikaw, li l-flus huma garantiti u li l-kundizzjonjiet tax-xogħol se jkunu tajbin. Mhux hekk biss, iżda jassigurahom li l-post tax-xogħol huwa sigur u li fl-ebda mument mhu se jkunu sfurzati jagħmlu sess jew attivitajiet sesswali oħra mal-klijenti. Jassigurawhom li dejjem se jkunu rrispettati. "Qabel nidħlu f 'kuntratt, aħna personalment nosservaw mill-qrib dawn 'il- clubs' biex inkunu nafu eżatt kif joperaw u anke niġbru informazzjoni mit-tfajliet li jaħdmu fihom biex inkunu nafu x'inhu jiġri u jekk humiex kuntenti jew le," jisħaq wieħed mill-aġenti fl-ewwel paġna tas-sit tiegħu. Il-Knisja tagħti proprjetà tagħha biex issir bank tal-ikel għall-foqra ILPROPRJETÀ tinsab fil- Ħamrun maġenb il-knisja tal- Kunċizzjoni u kienet tintuża minn Dar Fra Diegu bħala maħżen tal-ikel. L-Arċidjoċesi ta' Malta u l-Malta Food Bank Foundation iffirmaw ftehim uffiċjali għat- twaqqif tal-ewwel bank tal-ikel tax-xorta tiegħu f 'Malta. Dan is-servizz li ser jitmexxa mill- Malta Food Bank Foundation (MFBF) huwa intenzjonat li jiġbor ikel żejjed sabiex jitqassam lill-għaqdiet mhux governattivi li jgħinu lill- persuni foqra u dawk f 'riskju ta' faqar. Il-proprjetà tal-Knisja li ngħatat lill-MFBF għal żmien definit tinsab fil- Ħamrun maġenb il-knisja tal-Kunċizzjoni u kienet tintuża minn Dar Fra Diegu bħala maħżen tal-ikel. L-Arċidjoċesi kkommettiet ruħha wkoll li tagħmel ix- xogħlijiet strutturali meħtieġa biex tgħin fit-twettiq ta' dan il-proġett. Wara li jitlestew ix-xogħlijiet li bdew din il- ġimgħa, l-MFBF ser tipprovdi t-tagħmir neċessarju, li jinkludi l-ixkaffar u l-makkinarju, kif ukoll ir-riżorsi umani biex din l-inizjattiva titmexxa fuq bażi volontarja. Il-Malta Food Bank Foundation, li hija affiljata mal- Federazzjoni Ewropea tal-Food Banks sa mill-2011, ser isservi ta' pont bejn il-kumpaniji tal- ikel li lesti joffru provvisti żejda tal-ikel u l-NGOs li jgħinu lil dawk imċaħħda mid-dritt fundamentali tal-ikel. Din il-ħidma hija essenzjali sabiex titjieb is-sostenibbiltà tal-ikel u tipprevjeni l-ħela ta' ikel. Din hija l-missjoni tat-388 bank tal- ikel tal-Federazzjoni li huma impenjati jitimgħu lil dawk fil-bżonn. FEBA tipprovdi aktar minn 4 miljun ikla kuljum lil 8 miljun persuna fl-Ewropa permezz ta' 44,700 għaqda ta' karità f '28 pajjiż fl-Ewropa. Waqt laqgħa li saret illum, is-Sibt, 6 ta' Ottubru 2018, fil- Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea- Curmi li ppresida dan il-ftehim qal li dan huwa proġett ieħor li permezz tiegħu l-Knisja f 'Malta qed twieġeb b'mod tanġibbli għar-realtà tal-faqar f 'pajjiżna. Wera l-apprezzament tiegħu għal din l-inizjattiva tal-Malta Food Bank Foundation b'risq is-soċjetà.