Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
10 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 Aħbarijiet 'Nibża' nqum filgħodu...niffaċċja ġurnata oħra mingħajrek' ILGAZZETTA ILLUM kellha xorti tiltaqa' ma' Josette Frendo, kemm qabel ma miet binha Jerome u anke wara u dejjem kienet omm pożittiva, li tipprova tħares lejn it-tazza nofsha mimlija. Imma lbieraħ ħabat sena minn meta binha Jerome Frendo tilef il-battalja kontra l-kanċer u allura l-affarijiet jaf ma jkunux daqstant sbieħ f 'dan il-mument. Biex tfakkar dan Josette, li tmexxi wkoll il-Fondazzjoni 'Smiling with Jerome' bil-għan li tgħin lil dawk it-tfal u ġenituri li jgħaddu mit-trawma tal-kanċer, ħalliet messaġġ mill-aktar emozzjonali. Hija tgħid li llum m'għadhiex tibża' mill-mewt imma saret tibża' mill-ħajja. "X'iben tlifna! Qabel kont nibża' mill-mewt u ma ridthiex li tiġi. Wara mewtek, sirt nibża' mill-ħajja. Nibża' li wara li nqum filgħodu, irrid niffaċċja ġurnata oħra mingħajrek - ġurnata kollha ħsibjiet fik - ġurnata bil-biki u wġigħ ta' qalb." Josette tgħid illi Jerome kien talabha biex hi taħdem fuq il-Fondazzjoni lejl u nhar, "u hekk qiegħda nagħmel Jerome. U qed nagħmlu b'imħabba kbira għax ma rridx li l-familji jgħaddu minn dak li għaddejna minnu aħna. Għalhekk waqqafnieha l-Fondazzjoni." Jekk torbot kelb b'ċinga qed tikser il-liġi ISSEGRETARJU Parlamentari għad- Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri ħabbar li minn din il-ġimgħa 'l quddiem sar illegali li persuna torbot kelb b'ċinga jew katina. Huwa spjega li din il-liġi sussidjarja kienet ibbażata fuq private- members-bill li kien ressaq id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea lura fl-2016. Qal ukoll li apparti minn hekk, il-maġġoranza tal- pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jqisu dan bħala moħqrija fuq l-annimali. Ovvjament, kelb jista' jinħareġ b'ċinga għal mixjiet jew inkella jinżamm biha waqt proċeduri veterinarji. Il-liġi tisħaq li l-klieb iħobbu jkunu mal- bniedem u annimali oħra u għalhekk se jkun illegali wkoll li kelb jinżamm imsakkar għal ħin twil waħdu għax dan jista' jwassal biex il-kelb jiżviluppa problemi ta' saħħa fiżika u anke psikoloġiċi. Apparti minn hekk, l-istess liġi tistipola li kullari mhux adegwati wkoll se jkunu meqjusa bħala moħqrija fuq l-annimali għax jistgħu jweġġgħu u jagħmlu ħsara lill-kelb. 'Nies bħal Juncker irrovinaw l-Ewropa' - Matteo Salvini IDDEPUTAT Prim Ministru Taljan, Matteo Salvini akkuża lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker u lill-Kummissarju għall- Affarijiet Ekonomiċi, Pierre Moscovici, li rrovinaw l-Ewropa u l-Italja. Salvini qal dan waqt li kien qiegħed jirreaġixxi għall-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kkritikaw il-baġit li qed jippreżenta l-Gvern Taljan. Huwa saħaq li l-Kummissjoni Ewropea approvat baġits li faqqru lill-Italja u insista li mhux se jagħti kas ta' dak li qed tgħid. "Ma nqumx filgħodu naħseb fuq dak li qalu Juncker u Moscovici li rrovinaw l-Ewropa u l-Italja…jistgħu jgħidu li jridu. Aħna se nkomplu miexja 'l quddiem b'kuxjenza safja," saħaq Salvini. Kelb jista' jintrabat b'ċinga biss waqt il-mixjiet iżda ma jistax jintrabat u jitħalla marbut għal ħin twil Salvini qal dan waqt li kien qiegħed jirreaġixxi għall-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kkritikaw il-baġit li qed jippreżenta l-Gvern Taljan Tmut il-mara b'vuċi maġika; l-Ispanjola Monsterrat Caballe KELLHA vuċi mill- isbaħ, Spanjola u tkanta l-opra. Kienet magħrufa għall- interpretazzjonijiet tagħha ta' Rossini, Bellini u Donizetti u kantat bosta drabi ma' Freddie Mercury, fosthom il-famuża 'Barcelona'. Ir-Re Felipe VI iddeskriva lil Caballe bħala "l-mara tal-opra, leġġenda universali, kulturali." 'Nibża' nqum fi lgħodu...niff aċċja ġurnata oħra mingħajrek' Ilbieraħ Jerome Frendo għalaq sena li ħalla din id-dinja.. ommu tħalli messaġġ mill-isbaħ