Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum " Mela, tal-MUT qalu li ser jagħmlu strajk. Dan wara li ma qablux mal-pożizzjoni tal-Gvern u l-proposti tal- Gvern. Wara li l-MUT urew snienhom, il-Gvern qal li ser jieqaf u jiddiskuti aktar mal-MUT. B'mod loġiku, timmaġina li l-MUT kellha tordna li l-azzjonijiet industrijali jitwaqqfu. U le ma tarax, l-MUT minflok qalu li ser ikomplu u li t-Tnejn mhux ser jidħlu għax-xogħol u l-għalliema ser ikollhom vaganza oħra. Għax imsieken l-għalliema huma fost l-iktar nies li jbatu f 'pajjiżna. Nhar it-Tnejn jekk għandek it-tfal u l-mara taħdem u r-raġel ukoll, saffar l-Aida." Hekk kont bdejt l-opinjoni tiegħi sakemm sirt naf li l-MUT għażlu li jaraw d-dawl. Imma ejja naraw għaliex kienu ser jistrakjaw. L-ewwel nett, għax qalu li l-Prim Ministru tkellem mal-istampa u kixef dak li kien qed ikun diskuss bejnhom u l-Ministeru ta' Varist u t-tieni, għax mhux qed jaqblu li jkun hemm mumenti fil-karriera tal-għalliema meta jkun hemm l-obbligu li dawn jerġgħu jagħmlu daqsxejn ta' reviżjoni tas-suġġetti li jgħallmu. X'hemm ħażin fiha din? Nistaqsi. X'hemm ħażin? Hemm għalliema li għandhom bżonn, mhux reviżjoni imma li jidħlu f 'washing machine ħa jindunaw f 'liema seklu qed jgħixu. Jiena niddikkjara li għandi problema mal- għalliema. Jien kont għalliem għal 12-il sena. L-ewwel ħaġa li kont għamilt kienet li waqqaft unjin tal- għalliema separata mill- MUT. Kienet ibbażata fuq il-premessa li hija l-kapaċità u l-motivazzjoni li jitfgħuk 'il quddiem u mhux iż-żmien li tkun ilek fix-xogħol. Kont bdejt proċess illi permezz tiegħu l-għalliem kien jaċċetta assessjar kontinwu. Jien kont għalliem, u mhux ser nistħi ngħid li l-paga ma kinetx tajba imma ħafna minn sħabi li kienu jaħdmu miegħi ma kinux jiddependu, għall- għixien tagħhom, mill- iskola. Ħafna minnhom kellhom negozju żgħir jew jagħtu l-privat li qatt ma ħallsu sold taxxa fuqu. Mhux l-għalliema kollha ħa nkun ċar; kien hemm min kien iddedikat u kien hemm kien iħobb il-professjoni għax kienet tagħtih iċ-ċans li jsiefer safar twil. L-ebda professjonist f 'Malta ma jispiċċa xogħol fit-3pm, ikollhom tmiem il-ġimgħa liberu, ikollhom ġranet barra mix-xogħol f 'Novembru u Frar u komplessivament ġimagħtejn f 'Diċembru, ġimagħtejn fl-Għid u tliet xhur fis-sajf... u xorta jgergru. L-MUT jaħsbu li l-għalliema biss għandhom xogħol man-nies jew xogħol b'vokazzjoni. Jemmnu li l-affarijiet kif inhuma illum għandhom jibqgħu l-istess. U f 'din l-istorja ħadd ma jitkellem fuq it-tfal tal-iskola, li huma l-vera vittmi meta ma jkollhomx għalliema u meta ma jkollhomx tagħlim li jixraq u jirrifletti ż-żminijiet li qed ngħixu fihom. Toni Abela ġie maħtur biex jirrappreżenta l-imħallfin u l-maġistrati wara għażla ċara tal- maġistrati u l-imħallfin Maltin. Alla jbierek hekk kif smajt l-aħbar ġibt quddiem għajnejja lil Simon Busuttil. Xempju ta' Maria Goretti, li ftit xhur ilu u qabel ma tfarrak gass down għal ġol-ħajt fl-elezzjoni ġenerali, kien qal li fost l-ikbar skandli kien hemm l-għażla ta' Wenzu Mintoff u Toni Abela bħala mħallfin. Bniedem li verament jemmen fil-qasma bejn blu u aħmar, iswed u abjad u bejn n-Nofsinhar u t-Tramuntana. Ovjament, oħrajn bħall-aħjar ġurnalist li qatt kellha Malta kantaw l-istess kantaliena u magħha l-avukat Joe Zammit Maempel li qal li mhux ser jidher quddiem l-Imħallef Wenzu Mintoff. Għaddew xhur u Alla jbierek ħlief tifħir għal dawn iż-żewġ karattri ma kienx hemm. Tifħir għall- integrità. Imma ftakru, hawn min jaħseb li hawn żewġ kreaturi, żewġ klassijiet ta' nies. Dawk li huma puri u sagri bħal dawk tal-Occupy Justice u l-bella kumpanija u l-oħrajn kollha, iż-żibel ta' Malta u Għawdex. Opinjoni U ħalluna tridux … SAVIOUR BALZAN N aqbel ħafna li l-persuni b'diżabilità jingħataw edukazzjoni sesswali. Mhux huma biss iżda wkoll dawk kollha li jakkumpanjawhom fil- ħajja, fosthom il-ġenituri u qrabathom, kif ukoll il-'Care Workers' u l-għalliema. Jiena tgħallimt l-edukazzjoni sesswali addattata għall- persuni b'diżabilità mill-kitba ta' Jean Vanier, li tgħallem din l-edukazzjoni f 'riġlejn żewġ persuni b'diżabilità fi Franza u li ilu jgħix mal-persuni b'diżabiltà sa mill-1964. Min hu Jean Vanier? Huwa iben Georges P. Vanier, eks Gvernatur Ġenerali tal- Kanada. Wara karriera bħala fizzjal navali u professur tal- filosofija, Jean Vanier fl-1964 xtara dar fi Trosly, fi Franza u stieden żewġ persuni b'diżabilità biex imorru jgħixu miegħu. Dawn it-tnejn saru l-għalliema tiegħu fil-qasam tad-diżabilità. Hekk bdiet l-Arche (l-Arka), l-għaqda internazzjonali ta' 130 komunità ta' persuni b'diżabilità, fejn dawk li ħafna drabi huma mwarrba u mistmerra mid-dinja jkunu jistgħu jiżviluppaw lilhom infushom u jagħtu sehemhom fil-ħajja tal-oħrajn. Jean Vanier kien ukoll strumentali fit-twaqqif tal- Kunsill Internazzjonali tal-fidi u dawl, assoċjazzjoni Nisranija tal-persuni b'diżabiltà mentali, tal-ġenituri u qrabathom kif ukoll ħbiebhom. Jean Vanier huwa wieħed mil-lajċi Nsara l-iktar magħrufin mill-kotba u l-irtiri tiegħu. Darba ġie jagħti wieħed mill-irtiri tiegħu hawn Malta bħala mistieden mill-Caritas Malta fiż-żmien meta jien kont għadni attiv fiha. Kienu attendew l-irtir tiegħu diversi voluntiera fil-qasam soċjali. Il-fundatur tal-Arche għadu ħaj u għadu preżenti fost il-persuni b'diżabilità, għalkemm naqqas il-vjaġġi tiegħu madwar id-dinja. Il-kotba tiegħu Għandi ħafna kotba tiegħu fl-edizzjoni bl-Ingliż. Ngħodd fost l-aqwa tiegħu Man and Woman He Made Them, The Broken Body, Community And Growth, An Ark for the Poor, The Scandal of Service, Learn to Live, Followers of Jesus, (Irtir li kien ta fl-Indja lis-superjuri tal-kongregazzjonijiet reliġjużi), Made for Happiness, Jesus the Gift of Love, Becoming Human, The Heart of Love, Be Not Afraid, Eruption of Hope, After Eleven Years, To my Brothers and Sisters in Prison, The Poor Path to Unity bit-Taljan; Venite E Vedete Un Ritiro Con Jean Vanier, Do I Dare Believe in Love? Jiena kont ħriġt antoloġija bil- Malti ta' 102 paġna b'siltiet minn diversi kotba tiegħu fis-sena 2002, sponsorjat mill-Klabb Qari Nisrani. Tiegħu se nġib is-silta li għandha x'taqsam mal- edukazzjoni sesswali tal-persuni b'diżabilita mill-ktieb Man and Woman He Made Them: Edukazzjoni Sesswali "Edukazzjoni għall-ħajja emozzjonali u sesswali tfisser tgħin lil xi ħadd ikollu sens tal- oħrajn, ikollu ħila jisma', iħobb u jkollu mogħdrija u ħlewwa, u jsir responsabbli. Edukazzjoni sesswali vera tqanqal il-qalb u tgħin biex wieħed jersaq lejn affettività matura. Din l-esperjenza tat-tqanqil il-qalb teħtieġ livell ta' identifikazzjoni ma' figura ta' omm jew missier skont is-sess tiegħu jew tagħha. It-tifel żgħir jimita l-imġiba ta' missieru m'ommu. Il-mod kif missieru jġib ruħu man-nisa, l-iżjed ma' martu, jeduka, bl-aktar mod qawwi s-sesswalità ta' ibnu. Sa ċertu punt l-istess jiġri f 'dar għal dawk b'diżabilità mentali, iġibu rwieħhom bħall-assistenti jew l-istaff li jħobbu u jammiraw. Hu b'dawn ir-rabtiet u l-identifikazzjoni ma' nies kbar fl-età li ftit ftit, in-nies isibu l-identità tagħhom infushom. L-edukazzjoni sesswali vera sseħħ f 'ambjent, f 'dar ta' rabtiet bejn irġiel u nisa, fejn il-ġesti u l-mess ifissru l-ferħ u l-ħlewwa.L-edukazzjoni sesswali ma sseħħx bl-istampi anonimi li jagħtu tagħrif depersonalizzat. Ċertament hu importanti tkun taf l-anatomija tal-ġisem, iż-żminijiet ta' fertilità, ir-rabta bejn l-att sesswali u t-tnissil. Imma mhux tajjeb turi l-att sesswali bl-istampi jew slides, għax dawn ix-xbihat jissograw li jqajmu sesswalità maqtugħa minn ħajja ta' rabtiet. Hu meħtieġ ngħinu lill-oħrajn jifhmu kif ir-rabtiet sesswali mingħajr għotja vera jġibu qerda fil-qalb tal-bniedem u li s-sesswalità jeħtiġilha tkun orjentata, elevata u integrata mill-imħabba. Hu importanti jitgħallmu li dis-sesswalità, imħejjija bl-iżvilupp bijoloġiku u psikoloġiku, tiżviluppa f 'armonija u sseħħ fil-milja tagħha biss bil-kisba tal-maturità emozzjonali, li tidher f 'imħabba diżinteressata u fl-għotja tiegħek innifsek. Dis-sura ta' edukazzjoni sesswali hi meħtieġa ndaqs għall-irġiel u nisa b'diżabilità mentali ħafifa. Għalihom l-effett tal-films u dak li jaqraw xi drabi jista' jkun diżastruż. Il-mezzi ta' komunikazzjoni jqanqlu l-istinti sesswali tagħhom, iqajmu ħolm qarrieq ta' mħabba. Għalihom hu itqal għax qalbhom hi iżjed dgħajfa minn ta' oħrajn u jinsabu qrib id-dieqa u jisfaw influwenzati hekk bil-ħeffa. Jeħtieġ li jkunu jistgħu jitkellmu ma' xi ħadd fuq dawn il-kwistjonijiet u jaslu biex jifhmu x'titlob l-imħabba vera; imbagħad biss ikunu jistgħu jagħmlu għażla". L-ebda "sex worker" u l-ebda prostituta ma tista' tgħallem l-edukazzjoni sesswali li jsemmi Jean Vanier. DUN ANG SEYCHELL L-edukazzjoni sesswali tal-persuni b'diżabilità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018