Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 27 • 67 • 13 • 7 • 32 1 • 87 • 52 Tlugħ Nru. 744 Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teat- ru l-Antik, Valletta Brown's Pharmacy, 706, Triq il- Kbira San Ġużepp, Ħamrun Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Fer- rovija, Santa Venera Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara St. Matthew's Pharmacy, 213, Triq ix-Xatt, Gżira San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin Sgħajtar Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier (previously "Mellieħa Pharmacy"), Mellieħa Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Felice Dispensary, 105, Triq is- Santwarju, Żabbar Martin's Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop Spiżerija Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana Ta' Pinu Pharmacy, Franġisk Portelli Street, Għarb Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 27˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: L-aktar min-Nofsinhar għal- Lbiċ forza 2 għal 3 li jsir l-aktar mil-Lvant għax-Xlokk BAĦAR Ħafif L-OGĦLA: 27˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RiĦ: Punent għal-Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4, li jdur min-Nofsinhar għal-Lbiċ BAĦAR Moderat li jsir ħafif Minn Liam Carter SKONT informazzjoni Parlamentari, kważi 2000 familja Maltija ilha aktar minn tliet snin tistenna akkomodazzjoni soċjali. Apparti minn hekk hemm 554 familja li ilha bejn sena u sentejn fil-lista ta' stennija għall- akkomodazzjoni soċjali u 381 familja li ilhom bejn sentejn u tliet snin fl-istess lista. B'kollox, il-Ministeru għall- Familja għandu quddiemu mat-3,291 talba pendenti għall- akkomodazzjoni soċjali. Intant, tul is-sena 2018 s'issa, kien hemm 367 talba ġdida għall-istess tip ta' akkomodazzjoni. Din l-informazzjoni ħarġet fir- risposta li ta l-Ministru Michael Falzon għall-mistoqsija tad- deputat Nazzjonalista Claudio Grech. Apparti minn dan, skont l-istess informazzjoni, il- Ministeru għandu quddiemu 549 talba, biex isir tpartit ta' proprjetà. Minn dawn, 348 familja ilhom jistennew għal dan it-tpartit aktar minn tliet snin. Kważi 2000 familja ilhom aktar minn 3 snin jistennew housing soċjali RAĠEL lajk minn Ħal Għaxaq instab ħati li akkuża persuna innoċenti b'att kriminali u li għamel rapport fl-għassa tal-Pulizija dwar Dun Anton Grech meta kien jaf illi dan kien fil-fatt innoċenti. Hu ngħata l-libertà kkundizzjonata, bil- kundizzjoni li ma jerġax jikser il-liġi fit-tliet snin li ġejjin. Ir-raġel kien allega li hu għadda lil Dun Grech €89,776 għal proġetti fil- Gwatemala li kienu jikkonsistu f 'kostruzzjoni ta' djar, għamara, razzett tat-tiġieġ u biex tingħata assistenza lill-iskola ta' San Manuel Chapparon. L-akkużat kien qal lill-pulizija li Dun Grech kien żamm il-flus kollha għalih, imma fil-Qorti kien prattikament ħa lura l-akkuża tiegħu. Il-Maġistrat Joe Mifsud illum qata' s-sentenza kontra r-raġel minn Ħal Għaxaq hekk kif fil-Qorti Dun Grech ta' rakkont dettaljat ta' kif intefqu l-flus, rakkont li kien ippruvat permezz tad-dokumenti neċessarji. Il-qassis spjega wkoll kif ħafna drabi huwa kien talab lill-akkużat biex jitla' miegħu l-Gwatemala minħabba problema ta' xorb li għandu l-akkużat. Iktar minn 20 persuna xehedet favur il-qassis missjunarju. Il-Maġistrat Joe Mifsud sostna li Malta ma tistax tibqa' tittollera l-libertà tal- espressjoni wżata biex tkisser lin-nies, mingħajr ma l-vittmi jkollhom rimedju neċessarju. L-akkużat talab ukoll għar- rekuża tal-Maġistrat minħabba li dan ta xi xogħol ta' konsultazzjoni lill-Ministeru ta' Għawdex fil-passat. Din it- talba ma kinitx milqugħa. Ħati li akkuża qassis innoċenti b'serq ta' kważi €90,000