Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
Sports 30 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 Kif tħajjart tibda t-triathlon? Bdejt minn xi sport ieħor? Minn dejjem kont inħobb l-isport. Kont nilgħab il-futbol minn ta' età żgħira u ta' 17-il sena bdejt il-gym biex nissaħħaħ u kont nipprattika l-ġiri biex inżomm ruħi attiv. Però fis-sena 2008 kont tħajjart li nibda ngħum fil-Pixxina Nazzjonali f 'Tal-Qroqq u skoprejt li kelli talent avolja kont diġà għalaqt 28 sena. Minn hemmhekk imbagħad xtrajt rota u bdiet il-ħajra għat- triathlon. X'tinvolvi eżatt it-triathlon? It-Triathlon huwa tliet dixxiplini ta' sport fi sport wieħed. Dejjem tibda bl-għawm, ċikliżmu u ġiri. Hemm distanzi differenti tat-triathlon. Sprint triathlon tikkonsisti minn 750m għawm, 20km ċikliżmu u fl-aħħar 5km ġiri. Id-distanza Olimpika (li tissemma' wkoll bħala d-distanza standard) tikkonsisti minn1.5km għawm, 40km ċikliżmu, u 10km ġiri. Imbagħad hemm verżjonijiet itwal tat-triathlon. In-nofs Ironman tinvolvi għawma ta' 1.9km, 90km ċikliżmu u 21km ġiri. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas hemm id-distanza Ironman li tinvolvi 3.8km għawm, 180km ċikliżmu, u 42.2km ġiri. Ilkoll nafu kemm it-triathlon huwa sport li fih trid tkun aġli immens. X'tikkummenta? Biex iġġib riżultat tajjeb fit-triathlon u tkun kompetittiv trid tkun tajjeb fit- tliet dixxiplini. Inutli jkollok kapaċità tajba ħafna f 'waħda u tbati fit-tnejn l-oħra jew viċi-versa, għax fl-aħħar mill-aħħar, riżultat wieħed jgħodd, u jirbaħ biss dak li jirnexxielu jispiċċa t-tliet dixxiplini wara xulxin fl-inqas ħin. X'inhuma l-unuri prinċipali li rbaħt f 'dan l-isport? Fl-2017, irbaħt il-Kampjonati Nazzjonali ta' Sprint Triathlon u Olympic Triathlon, spiċċajt it-tellieqa tal-Half Ironman ġewwa t-Turkija fil- ħames post mill-parteċipanti kollha, kif ukoll it-tieni post fil-kategorija tiegħi f 'ħin ta' rekord nazzjonali. B'dan ir-riżultat ikkwalifikajt ukoll għall- Kampjonati Dinjija tal-Half Ironman li se jsiru iktar tard din is-sena ġewwa l-Afrika t'Isfel. Dan filwaqt li rbaħt midalja tad-Deheb fid-distanza Olimpika, ġewwa l-Isvezja. Fis-snin ta' qabel irbaħt ukoll dawn l-unuri: Rebbieħ tal-kategorija fil- Half Ironman ġewwa Trapani fis-snin 2015 u 2016. Fl-2015 ukoll irbaħt il-kategorija ġewwa Mazara del Vallo, distanza Olimpika, temmejt fit-tieni post tal-kategorija ġewwa Budapest Triathlon - distanza Olimpika, irbaħt il-Mondello Cup ġewwa Palermo, il-kategorija Custonaci Triathlon distanza Olimpika, u l-iSprint Triathlon Sprint fi Sqallija. Dan sabiex fl-2014, irbaħt il-kategorija fi Sprint Triathlon Marzammemi fi Sqallija, il-kompetizzjoni Aeolian Islands Triathlon distanza Olimpika. Dan filwaqt li temmejt fl-ewwel post tal-kategorija Catania Triathlon distanza Olimpika u spiċċajt it- tellieqa Iron Man Sweden fis-sena 2014, u t-tellieqa ta' Iron Man Denmark fis-sena 2015. Apparti l-kompetizzjonijiet tat- triathlon, ġieli rbaħt ukoll tlielaq taċ- ċikliżmu ġewwa Sqallija, kif ukoll ġibt unuri fit-tlielaq tal-għawm fil-baħar ġewwa Malta. Riċentament, ksirt ir-rekord nazzjonali Malti, li kont stabbilixxejt int stess is-sena l-oħra, fid-distanza tal-Ironman 70.3 (1.9km għawm, 90km rota, 21km ġirja) ġewwa Gdynia, il-Polonja. Tina ikar dettalji. Hekk hu. Il-belt tal-Port Baltiku ta' Gdynia fil-Polonja ospitat kważi elfejn atleta. L-għawma, li kważi ġiet kanċellata ftit jiem qabel it-tellieqa minħabba kundizzjonijiet ħżiena tal-baħar, saret fil-baħar Baltiku, filwaqt li r-rotta ta' 90km bir-rota saret fir-reġjun ta' Kasubia qabel mal-atleti bdew il-ġirja fiċ-ċentru ta' Gdynia. Jien spiċċajt it-tellieqa ta'113km f 'ħin ta' 4 sigħat, 17-il minuta u 27 sekonda u b'hekk waqqaft rekord nazzjonali ġdid għal Malta. Jien kont stabilixxejt ħin ta' erba' sigħat, 21 minuta u 22 sekonda ġewwa t-Turkija s-sena li għaddiet. Għalkemm ma rnexxilix nikseb it-tielet post fuq il-podju għal biss 30 sekonda, spiċċajt fir-raba' post minn fost 398 atleta fil-kategorija tal- grupp ta' età tiegħu u d-39 minn total ta' 1927 atleta. Il-prestazzjoni tiegħi ratni nikkwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja tal-2019 li ser isiru ġewwa Nizza fi Franza. It-tellieqa ta' Gdynia kienet parti mit-tħejjijiet għall-Kampjonati tad-Dinja li ser jsiru ġewwa l-Afrika t'Isfel. Sa issa kien staġun kompetittiv u twil, iżda minkejja t-tlielaq kollha, ħassejtni b'saħħti fit-tliet dixxiplini. Il-kundizzjonijiet kienu pjuttost favorevoli ħlief għal xi xita matul il-ġirja. Il-kisba ta' rekord nazzjonali ġdid żgur huwa ta' motivazzjoni biex nkompli nagħti prestazzjonijiet tajba fit-tlielaq li jmiss. Riċentament ukoll, int flimkien ma' Hannah Pace żammejtu t-titli ta' Champion tas-Sprint Triathlon meta ġewwa s-Salina, it-tnejn kellkom prestazzjonijiet notevoli. Agħtina iktar dettalji. Il-Kampjonati Nazzjonali tas-Sprint Triathlon, li kienet ukoll l-aħħar tellieqa tas-Serje organizzata mill- Birkirkara St. Joseph Sports Club saru f 'kundizzjonijiet kważi perfetti. Kemm jien kif ukoll Hannah Pace konna qegħdin nirritornaw għal tlielaq ta' distanzi qosra wara li kkompetejna fi tlielaq ta' distanzi itwal, din kienet se tkun kompetizzjoni interessanti, biss biss biex wieħed jara jekk it- tranżizzjoni tagħna minn distanza twila għal distanza qasira kinitx ser tkun mingħajr xkiel. L-għawma ta' 750 metru f 'baħar kalm rat lil Bernard Sant joħroġ l-ewwel mill-ilma segwit minn Shaun Galea u minni. Minkejja bidu promettenti, problemi tekniċi rriżultaw bl-irtirar ta' Sant mit- tellieqa u kamp miftuħ għall-battalja bejni u bejn Shaun Galea li rebaħ it-tellieqa preċedenti, u kien ser jagħmel minn kollox biex jipprova jiżgura t-titlu. Madankollu, minkejja li kont irritornajt lura mit-tellieqa Ironman 70.3 ftit tal-ġimgħat ilu, kont determinat li ma nċedix faċilment. Kabbart id-distakk bejni u bejn Galea fit-taqsima tar-rota, biex hekk kelli bidu komdu fit-taqsima tal-ġiri. B'wirja ta'determinazzjoni Galea beda joqrob lejja iżda komplejt nagħfas 'il quddiem sabiex inżomm it-titlu ta' Champion għal sena oħra, b'vantaġġ ta' 32 sekonda fuq Galea. Xi tgħidilna fuq is-sena 2018 f 'dak li għandu x'jaqsam ma' unuri, minbarra dawn l-unuri għadna kemm semmejna? L-istaġun tal-2018 huwa l-iktar staġun impenjat li qatt kelli matul il-karriera sportiva tiegħi speċjalment fix-xena internazzjonali bl-għan prinċipali tiegħi kien li nispiċċa żewġ tlielaq ta' distanza Full Iron Man ġewwa l-Awstrija u Barcelona f 'inqas minn 10 sigħat. Barra minn hekk f 'dan l-istaġun se nkun qed nieħu sehem fl-ewwel esperjenza personali tal- Kampjonati tad-Dinja tal-Half Iron Man. Dawn kienu l-impenji tiegħi s'issa ta' dan l-istaġun: f 'Marzu, irbaħt l-ewwel tellieqa tal-istaġun, in-National Olympic Triathlon b'ħin ta 2:07:09. Ġimgħa wara ksibt it-tieni post fl- ewwel tellieqa tal-istaġun taċ-ċikliżmu organizzata minn Mosta Cycling Team. F'April irbaħt in-Nofs Ironman ġewwa Marbella, fejn spiċċajt it- tellieqa fl-10 post tal-kategorija b'ħin ta' 4:39. F'Mejju, ħadt sehem f 'żewġt itlielaq distanzi Half Iron man. Ksibt l-ewwel post fit-tellieqa ta' Ocean Lava li titqies ukoll bħala l-Kampjonati Nazzjonali tad-distanza Half Iron man, b'ħin ta' 4:27. Ġimgħa biss wara, spiċċajt it- tellieqa ġewwa St Polten fl-Awstrija b'ħin ta' 4:29:55 u ksibt it-tmien post fil-kategorija. F'Lulju, ilħaqt wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħi, fejn spiċċajt it-tellieqa ta' Iron Man fl- Awstrija f 'ħin ta' disa' sigħat u 42 minuta. Ġimgħa wara rbaħt it-tieni tellieqa ta' sprint triathlon mis-serje ta' Birkirkara St Joseph Sprint Triathlons bl-aqwa ħin tas-serje – 1:02:05. Ġejt magħżul mill-Federazzjoni Nazzjonali tat-Triathlon biex nirrappreżenta lil Malta ġewwa l-Estonja fil-Kampjonati Ewropej tal-Olympic Triathlon u spiċċajt din it-tellieqa fit-tmien post b'ħin ta' 2:01:24. F'Awwissu, ħadt sehem f 'tellieqa oħra tal-Half Ironman bħala preparazzjoni għall- Kampjonati tad-Dinja li se jsiru f 'Settembru. Spiċċajt din t-tellieqa 30 sekonda biss 'il bogħod mit-tielet post, b'ħin ta' rekord nazzjonali ġdid ta' 4:17:27. Dan ir-riżultat fisser ukoll li kkwalifikajt għall-Kampjonati tad- Dinja ta 2019, li se jsiru Franza. Dawn ir-riżultati li ksibt s'issa qed iservu ta' motivazzjoni biex inkompli naħdem bis-sħiħ u nagħti prestazzjonijiet tajba fit-tlielaq li jmiss li jinkludu l-Kampjonati tad-Dinja ġewwa l-Afrika t'Isfel, tellieqa oħra ta' Full Iron Man ġewwa Barcelona, u l-Kampjonati Nazzjonali tal-Olympic Triathlon matul dan ix-xahar stess. Ġieli sofrejt xi injury f 'dan l-isport? Sfortunatament, iva. Kelli ksur 'It-triathlon huwa investiment għal Cristian Antony Muscat Graham Borg - iċ-Champion Nazzjonali tat-Triathlon f 'pajjiżna u atleta indispensabbli ta' Mosta Tri Team li f 'dawn l-aħħar snin kiser diversi rekords nazzjonali f 'dan l-isport li tant iħobb u jgħożż f 'ħajtu. "It-triathlon huwa sport sabiħ ħafna għax fih tiltaqa' ma' ħafna nies u atleti differenti. Dan l-isport jiftaħlek ukoll ħafna opportunitajiet barra minn xtutna, u faċli torbot qalbek miegħu. Jien nissuġġerixxi li min hu mħajjar jibda dan l-isport jibda bil-galbu u jingħaqad ma' grupp li diġà jitħarreġ dan l-isport, sabiex ikollu gwida tajba ta' taħriġ."