Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum ddiżappuntati…imma l-Gvern x'qed jipproponi? dawk li jipprovdu l-iskejjel tal-istat jew skejjel mhux tal-istat Madanakollu, l-Abbozz kien jisħaq li l-applikazzjoni għal tagħlim fid-dar ma tistax issir fuq "bażi razzista jew raġuni simili" u anke għal raġunijiet li l-Kummissjoni ma tkunx tqis li huma xierqa meta tqis iċ-ċirkostanza kollha. Apparti minn hekk kien jindika li t-tagħlim fid-dar se jkun permessibbli biss meta "jitqies li jkun fl-aħjar interess tal-minuri meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi u sitwazzjonijiet tal-minuri u l-familja tiegħu." Il-Ministeru ppropona li jkun il-Ministru li wara li jikkonsulta mal-Kummissjoni jagħmel regolamenti biex: • Jipprovdi għal regolarizzazzjoni ta' tagħlim fid-dar, • Jipprovdi għall-għoti ta' awtorizzazzjoni biex jingħataw programmi ta' taħriġ fid-dar, • Jistabbilixxi kriterji dwar il-kwalifika u l-awtorizzazzjoni ta' edukatur fid-dar u għat- tneħħija ta' awtorizzazzjoni bħal din, u • Għall-akkreditazzjoni ta' programmi ta' tagħlim fid- dar, fost oħrajn. X'qed tgħid l-MUT? L-ewwel punt li l-Unjin qed tikkritika huwa l-fatt li fi kliemha, l-Abbozz ma jinkludix il-ħtieġa ta' 'warrant' biex ikun jista' jingħata l-permess meħtieġ. L-MUT qed tisħaq li din l-edukazzjoni se tkun qed tingħata minn persuni mhux ikkwalifikati. Il-proposti jisħqu biss li "kull persuna li tipprovdi tagħlim fid-dar mingħajr liċenzja mill-Kummissjoni tkun ħatja ta' reat u teħel multa meta tinstab ħatja." L-istess jgħodd meta persuna li jkollha liċenzja ma tkunx konformi dejjem mal- kundizzjonijiet kollha impost mill-Kummissjoni. Iżda għall-MUT dan mhux biżżejjed u "jagħti ftit serħan il-moħħ li l-persuna responsabbli hi kkwalifikata." Minkejja dak stipulat fl- Abbozzi li kienu ppreżenati, l-MUT qed tibqa' tinsisti li deċiżjonijiet bħal dawn se jwasslu għal "estremiżmu u abbużi moħbija… fejn kulħadd ikun jista' jgħallem li jrid jew inkella ma jibgħatx lit-tfal skola biex jaħbi abbużi li jkun qiegħed iwettaq fuq it-tfal innifishom." Temmet tisħaq li l-provvediment huwa dannuż għall- istudenti u perikoluż għas-soċjetà. Taqbel biss mal-proposta f 'każijiet fejn l-istudent ikun marid serjament. Daqqa ta' ponn lill-għalliem… €5,000 ftit wisq Ir-riforma tirrimarka wkoll li kull min jhedded jew jagħmel offiża fuq "il-persuna ta' għalliem jew inkella xi uffiċjal ieħor jew impjegat ta' skola, jew fuq persuna oħra involuta fl-organizzazzjoni ta' attività edukattiva," jeħel il-piena stabbilità għat-theddid jew għall-offiżi, skont kif stabbilit f 'artiklu 95 tal- Kodiċi Kriminali. Dan ifisser li akkużat jista' jeħel multa ta' mhux inqas minn €800 u mhux iżjed minn €5,000. Dan jgħodd ukoll għal dawk il-persuni involuti "f 'attività edukattiva kulturali, soċjali jew sportiva," bħal ngħidu aħna, għalliema tal-mużika jew inkella kowċ tal-futbol. X'qed tgħid l-MUT? L-MUT lanqas dwar dan ma kienet kuntenta u insistiet li multa ta' €5,000 hija ftit wisq biex isservi ta' detterrent. L-MUT qed tinsisti li l-klawżola tinfetaħ u tirreferi speċifikament ukoll għal-LSEs, il-KGEs u l-SMT. Tinsisti li s-sanzjonijiet għandhom jinkludu wkoll miżuri preventivi oħra, inkluż "l-ingaġġ ta' membri tas-sigurtà f 'kull skola." Il-Kap tal-iskola…aktar piż u aktar responsabbilità L-Att biex jirregola l-istituzzjonijiet edukattivi u entitajiet edukattivi kien jirreferi għal kap ta' skola bħala, "il-persuna naturali li tmexxi u tamministra skola, li f 'isimha tkun inħarġet il-liċenzja tal- iskola." L-Abbozz inizzjali jisħaq li l-applikant għal liċenzja ta' istituzzjoni edukattiva għandu jindika fl-applikazzjoni d-dettalji tal-kap tal-iskola magħżul u jekk il-liċenzja hijiex se tinħareġ f 'isem dak il-kap tal-iskola fil-kapaċità tiegħu personali jew bħala rappreżentant ta' kort ta' persuni, istituzzjoni jew ordni reliġjuż. Il-proposti jispjegaw li f 'każ ta' istituzzjoni edukattiva, kull liċenzja għandha tkun f 'isem il-persuna magħżula fil- kapaċità personali tagħha jew bħala rappreżentant ta' korp ta' persuni, istituzzjoni jew ordni reliġjuża. Kienu jistipolaw wkoll li "l-persuna magħżula li f 'isimha tinħareġ il-liċenzja għandha tkun personalment responsabbli li tiżgura li l-obbligi kollha marbutin ma' dik il-liċenzja jkunu osservati dejjem." Apparti minn hekk, kull persuna li jkollha liċenzja biex twaqqaf u tmexxi istituzzjoni edukattiva u li ma tkunx konformi mal-kundizzjonijiet minimi nazzjonali u kull kundizzjoni imposta mill-Kummissjoni Nazzjonali għat-Tagħlim tul il- Ħajja, tkun ħatja ta' reat u teħel multa. X'qed tgħid l-MUT? Il-Unjin Maltija tal-Għalliema qed toġġezzjona wkoll li l-kapijiet tal-iskejjel jistgħu jitqiesu personalment responsabbli. L-MUT tisħaq li l-kapijiet tal- iskejjel tal-istat qatt ma jistgħu jkunu d-detenturi tal-liċenzja "meta dawn għandhom kontroll limitat ħafna fuq dak li jiġri fl-iskola, inkluż fuq l-ingaġġ, finanzi, riżorsi, kurrikulu u policies dwar aspetti varji tat-tmexxija maħruġa mid-direttorati." Kummissjoni ġdida…xogħol iffukat jew aktar kontroll? L-abbozzi kienu jipprovdu għat- twaqqif ta' Kummissjoni Nazzjonali ta' Malta għal Tagħlim tul il-Ħajja. Filwaqt li tagħti lista twila ta' dak li se jkun il-kompitu tal- Kummissjoni, fi ftit kliem l-Att jispjega li din għanda "tirregola, tiggwida, tevalwa, tivverifika, tirriċerka u tirrapporta dwar diversi elementi, inklużi l-esperjenzi u l-eżiti jew riżultati tas-sistema ta' edukazzjoni bl-għan li tassigura edukazzjoni ta' kwalità għal kulħadd." Fost oħrajn, din il-Kummissjoni għandha taġġixxi wkoll bħala l-awtorità kompetenti għall-għoti ta' liċenzji, akkreditazzjoni, assikurazzjoni ta' kwalità u oħrajn, u se tiddeċiedi wkoll dwar l-applikazzjonijiet ta' ġenituri li jixtiequ jipprovdu tagħlim fid-dar. Il-Bord tal-Kummissjoni kellu jkun kompost minn mhux aktar minn disa' membri maħtura mill-Ministru. Klawżola oħra kienet tisħaq li mingħajr l-ebda ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, "il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għal kull informazzjoni pertinenti disponibbli għal istituzzjonijiet edukattivi u għandu jkollha d-dritt li titlob kull data li tista' tkun teħtieġ." X'qed tgħid l-MUT? Il-Unjin qed tinsisti li din il- Kummissjoni se tkun immexxija minn bordijiet ikkontrollati sew mill-Gvern u se ġġib flimkien żewġ entitajiet "li qed jaħdmu tajjeb," u ser "tinħoloq struttura enormi u kumplessa li mhux bilfors se ssarraf f 'edukazzjoni ta' kwalità aħjar. Dwar il-ġbir tal-informazzjoni, l-MUT appellat lill-Gvern biex jassigura li din tinġabar fil-kuntest tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data (GDPR) u tkun limitata biss għal dak li hu meħtieġ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018