Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398
11 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 "kienet ibbażata fuq teoriji bla bażi" u "l-allegazzjonijiet kontra l-eks Viċi President Joe Biden kienu biex jaqgħdu lilu". Fl-20 ta' Novembru, Sondland ħasad lil Trump u lill-alleati tiegħu meta żvela li kien qiegħed jimxi taħt l-ordnijiet diretti tal-President. Ipprovda wkoll dokument li wera li Mike Pompeo, is-Segretarju tal-istat, kien konxju bis-sitwazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Ukrajina. Semma wkoll l-avukat tal-Viċi President Mike Pence, Rudy Giuliani, kif ukoll il-President innifsu. Wara din l-allegazzjoni, f 'konferenza, Trump qal "Ma tantx nafu (Sondland). Ma tantx kellimtu. Dan mhuwiex raġel li naf sew". Madankollu, Sondland kien irregala $1 miljun lejn il- kampanja politika ta' Trump fl- 2016. Barra minn hekk, Sondland kien ukoll ikkonferma rapporti ta' xhieda oħra li Trump kien kell- mu f 'telefonata fis-26 ta' Lulju, u kien qal lil Trump li Zelensky kien iħobbu immens. Fil-21 ta' Novembru, Fiona Hill, l-eks Direttriċi tal-Kunsill tas- Sigurtà Nazzjonali fuq l-affarijiet Ewropej u Russi, qalet li kien irid ikun hemm tmiem tan-narrattiva vvintata. Qalet ukoll li l-idea li l-pajjiż li ndaħal fl-elezzjonijiet tal-Istati Uniti fl-2016 kienet l-Ukrajina, u mhux ir-Russja, kienet narrativa vvintata li kienet imbuttata mir-Russja nnifisha. Fit-22 ta' Novembru, id- Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti żvela dokumenti li wrew kuntatt kontinwu bejn Mike Pompeo u Rudy Giuliani. Din l-informazzjoni kienet twaqqfet milli tiġi żvelata kemm minn Mike Pompeo u kemm minn Rudy Giuliani. Skont id-Direttur Eżekuttiv tal-American Oversight, Austin Evers, "L-evidenza kontra l-amministrazzjoni ħa tkun agħar, wara li t-tattiċi tagħhom fallew meta tfaċċaw l-ordnijiet tal-Qorti". Tradituri kullimkien Is-26 ta' Novembru, Vindman żvela lill-invesigaturi tal-Kamra li t-traskrizzjoni tat-telefonata li saret bejn Trump u Zelensky ħalliet barra kumment ta' Trump li kien hemm reġistrazzjoni tal- eks Viċi President Joe Biden li fiha ġiet diskussa l-korruzzjoni tal-Ukrajina. Vindman qal ukoll li t-traskrizzjoni ħalliet barra wkoll li Zelensky semma lil Bursima Holdings, kumpanija tal-enerġija li kienet impjegat lil Hunter Biden, bin Joe Biden. Qal ukoll li kellmu avukat imlaħħaq fil-White House biex ma jitkellimx dwar il- kontenut tat-telefonata. Is-27 ta' Novembru, John Bolton, l-eks konsulent tas- sigurtà nazzjonali ta' Trump kien mitlub jixhed fl-investigazzjoni tagħhom dwar il-President. Im- ma l-avukati tiegħu ħabbru li ma kienx se jixhed volontarjament. L-avukati tiegħu ma qalux x'kien se jagħmel Bolton jekk kien jiġi mħarrek. Bolton irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu minħabba nuqqas ta' qbil mal-President, fosthom li kien irrabjat bl-isforz biex l-Ukrajina tagħmel investigazzjoni fil-Partit Demokratiku. Hu kien wissa li Guiliani, l-avukat personali ta' Trump, kien "bomba li kienet ħa tisplodi lil kulħadd". It-28 ta' Novembru, il-Kamra tar-Rappreżentanti vvutat biex tapprova l-inkjesta mmexxija mill-Partit Demokratiku fuq il- President. Dan il-vot għad-da b'232 vot favur, u 196 kontra. Dan il-vot wera li l-Parit Demokratiku kien se jagħmel każ serju ta' impeachment. Barra minn hekk, dan ippermetta lill-Partit Demokratiku biex jiżvela d-dettalji tal-każ. Huwa interessanti li kien hemm żewġ rappreżentanti Demokratiċi li vvutaw kontra din id-deċiżjoni. Ir-raġunijiet li taw kienu li l-pajjiż "seta' jinvestiga affarjiet aktar importanti", u qalu wkoll li, "anke jekk jkun imneħħi mill-irwol, il-Viċi President Mike Pence, kif jitla' President, jagħtih il-maħfra". Madankollu, Timothy Morrison, ajjutant għoli, ikkonferma li diplomatiku mlaħħaq taħt Trump kien infurmah li pakkett t'assistenza militari mhux se jiġi rilaxxat sakemm l-Ukrajina impenjat li tibda l-investigazzjoni li ried Trump. Morrison żied ukoll li, għalkemm ma ħasibx li t-telefonata kienet il-legali, qal li kienet inkwetatu biżżejjed li kellem l-akuvat prinċipali tal- Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali, John Einsberg, biex jirrevedi. Iż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-imla L-1 ta' Diċembru, il-White House ħabbret li l-Presient u l-avukati tiegħu ma kinux ħa jipparteċipaw fis-smigħ li sar f 'dik il-ġimgħa. Huma qalu li "ma nistgħux nemmnu li se jkollna parteċipazzjoni ġusta jekk ix- xhieda jibqgħu anonimi u jekk il-ġudikatura se toffri proċess ġust lill-President". Jumejn wara, il-Kamra tar- Rappreżentanti ħarġet rapport ferm importanti fil-proċess tal-impeachment. Ir-rapport ikkonkluda li l-President abbuża l-poter tal-pożizzjoni tiegħu meta fittex għajnuna barranija biex tagħtih vantaġġ fl-elezzjoni. Minbarra dan, ir-rapport semma wkoll li ostakola l-proċess tal- Kungress biex jinvestiga, u minn dan, ikkonkluda li kien hemm bażi għal impeachment. Il-President tal-Kumitat tal-Intelliġenza tal-Kamra tar- Rappreżentanti, Adam Schiff, qal li "aħna għandna bżonn jimpurtana minn dan, għax jekk ma nagħmlu xejn, kun ċert li l-President se jkompli bl- azzjonijiet tiegħu. Trump waqt li kien Londra t-3 ta' Diċembru, qal li Schiff hu "bniedem miġnun". Il-kelliema tal-White House, Stephanie Grisham, qalet ukoll li r-rapport "jinstema' bħal paroli fil-vojt ta' blogger jipprova jivvinta għax m'għandux evi- denza". Ir-rapport hu bbażat fuq informazzjoni li ħarġet fl- aħħar xaharejn, dak jinkludi l-whistleblower anonimu, kif ukoll uffiċjali li sfidaw l-ordni tal- White House biex ma jixhdux. Skont ir-Repubblikani li jappoġġjaw lil Trump, din l-inkjesta hi bużullotta, u l-kontinwazzjoni tal-inkjesta waqt li Trump kien imsiefer kienet ksur ta' ehim politiku. Sa it ilu, id- Demokratiċi ppruvaw jikkonvinċu lir-Repubblikani biex jikkunsidraw it-tneħħija ta' Trump, iżda dan sar iktar u iktar diffiċli. Allegorija tal-istorja Nhar il-Ħamis li għadda, fil-Kamra tar-Rapprezentanti, id-diskussjonijiet dwar l-impeachement bdew jisħnu, dan sar anke fil-bidu, meta waqt li l-iskrivan kien qiegħed jintroduċi riżoluzzjoni dwar l-impeachment ta' Donald John Trump, President tal-Istati Uniti, għal reati gravi kif ukoll misdemeanors ġie interrot minn Reppublikan biex jaqbżu dan il-pass. Din l-interruzjoni kienet ta' eżempju ċar fuq l-andament tal-każ. Avvenimenti li saru qabel reġgħu saru, meta d-Demokratiċi qalu li l-evidenza kient ovvja, waqt li r-Repubblikani komplew jiġġustifikaw l-azzjonijiet tiegħu. Waqt li ż-żewġ partiti qablu li l-fatti kienu importanti, ikkontradixxew lil xulxin fuq xi jfissru dawn il-fatti. Waqt li Joe Neguse, Rappreżentant Demokra-tiku minn Colorado qal li jixtieq li "aħna kollha naqblu fuq dan il-fatt", waqt li Jim Jordan, Repubblikan qal li "ma kien hemm ebda reat li jista' jkun im- peached għalih hawnhekk". Ċertu Demokratiċi rrabjaw immens b'dan il-kumment u waħda minnhom qalet "Jien meta kont qed nistudja t-teatru waħda mill-ewwel lezzjonijiet li għallmuna kienet dwar li temmen dak li tara biss…evidentament ir-Repubblikani weħlu f 'din il- lezzjoni". Numru ta' insulti bdew jgħaddu bejn iż-żewġ gruppi. Fost l-akkużi, Deputat Repubblikan kien Imfak- kar li hu kien ġie arrestat wara li nstab li kien qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol. Dan kien wara kien ikkrita lil Hunter Biden fuq id- drogi li sabulu fil-karozza tiegħu. Barra minn hekk id-Demokratiċi qalu wkoll li r-Repubblikani, "donnhom kif Ġuda tradixxa lil Ġesù għal 30 biċċa fidda, kienu ħa jittradixxu lill-pajjiż għal 30 tweet pożittiva fuqhom". Meta kkonkluda d-diskussjoni, Doug Collins, l-ogħla membru tal- kamra qal b'rabja li "dan il-kumitat tilef kull tip ta' relevanza". L-għada, id-Demokartiċi fil- Kummissjoni tal-Ġudikatura tal-Kamra approvaw l-artikli tal-impeachment li akkużaw lill-President b'reat serju u b'misdemeanors. B'dan il-vot, ifisser li l-possibiltà li Trump ikun impeached kibret. Minn dan, issa, l-impeachment sar ir- responsabbilità tas-Senat, fejn ir-Repubblikani għandhom il- maġġoranza. Minħabba dan, il-possibilità tal-impeachment tonqos. Din hi biss ir-raba' darba li l-proċeduri tal-impeachment waslu sa dan il-punt fl-Istorja tal- Istati Uniti.