Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398
02 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Lister Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara Pharmaland Dispensers, Ta' Xbiex Spiżerija Kappara, San Ġwann Brown's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla Polymer Pharmacy, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Nofsinhar ix-Xlokk forza 2 għal 3 li jsir forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 5 għall- ewwel, li jsir forza 4 u mil-Lbiċ forza 2 għal 3 sa filgħaxija Baħar Qawwi li jsir ħafif għal moderat Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - NADER KABAR Ilbieraħ, waqt intervista fuq NET FM, Adrian Delia, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar bosta affarijiet, fosthom is-sitwazzjoni li tinstab fiha bħalissa Malta. Delia semma lil Robert Abela u Chris Fearne direttament u qal li "Dawn f 'daqqa waħda nbidlu, f 'daqqa waħda. Minflok fiduċja fil-Prim Ministru u l-Kummissarju, issa jridu jneħħu lit-tnejn li huma". Semma wkoll il-Prim Ministru, u tkellem dwar ir-riżenja tiegħu meta qal li Joseph Muscat irreżenja mhux għall-ġid tal-pajjiż iżda minħabba l-pressjoni li kien hemm fuqu. Delia kompla jgħid li Malta ma kinitx "marida iżda mkissra, u mkissra b'mod kważi irriversabbli". Barra minn hekk Delia semma li l-grupp implikat fil-korruzzjoni u l-qtil ħataf mhux biss il-partit, mhux biss il-Gvern, imma l-pajjiż ukoll. Kompla bl-idea li tinbidel il-Kostituzzjoni, dan għaliex, skontu "qas qatt ħasbu dawk li kitbu l-kostituzzjoni li l-Gvern jista' jkun imnawwar… il-Konstituzzjoni ma kinitx biżżejjed". Fost affarijiet oħrajn li tkellem fuqhom Delia kien hemm dokument ta' 15-il punt biex tinbidel il-Kostituzzjoni, u l-politika f 'Malta. Madankollu, Delia qal li dawn il-punti kienu struttura ġdida, għall-bidla tal-poltiċi, għall-kostituzzjoni u l-midja nnifisha. Id-dokument li kien qed jitkellem fuqu ġie approvat nhar il-Ġimgħa mill-Kunsill Ġenerali tal-Partit. Sostna wkoll li dan id-dokument kien blueprint għal pajjiż ġdid, pajjiż ta' politika onesta u ta' integrità u biex "dan li sar, ma jerġa' jsir qatt". Barra minn hekk, Delia tkellem ukoll fuq ir- rikostruzzjoni tal-pajjiż u li jkun hemm ħarsien tal-pedamenti tal-politika fil-pajjiż u jekk issir il- bidla ssir għall-ġid komuni. Delia kkritika wkoll is-sistema tal-persons of trust għax "it-tfal tagħhna jiggradwaw u ma jistgħux isibu xogħol waqt l-persons of trust jieħdu kuntratt ta' €80,000. Barra minn hekk, saħaq li "dan il-pajjiż miexi minn fuq il-persons of trust…kważi mmexxi minnhom… u dawn imħallsin mit-taxxi tagħna!" Wara dan, tkellem dwar il-każ tal-Vitals, fejn skontu taw kuntratt li jiswa €2 biljun għal kumpanija li ma setgħetx tagħmel dak li kien fil- kuntratt. Delia sostna wkoll li l-Kummissarju qed jipproteġi lill-kriminali, u li l-Partit Nazzjonalista konsistament qalu dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin għall-pajjiż. Barra minn hekk, qal li ħadd mhu fuq il-liġi, u li kull min hu kriminal għandu jitressaq quddiem il-ġustizzja, "mela xi ħadd li ma jħallasx it-taxxa fuq tużżana pastizzi jitressaq il-Qorti waqt li dawk li għalmu l-korruzzjoni le." Delia kkonkluda l-intervista b'sejħa għall- għaqda, dan għaliex, kif qal hu "ma nistgħux nibqgħu niġġieldu, jekk niġġieldu iktar nitkissru… irridu ningħaqdu għall-pajjiż, mhux biss għall-partit". Saħaq ukoll li l-poplu jrid jiem li jekk is- sitwazzjoni tibqa' tiggrava ma jibqgħux jistgħu jitkellmu, u allura, iridu jkunu protagonisti fis- sitwazzjoni, li huma jridu jieħdu azzjoni, barra minn hekk, stieden lil dawk il-Laburisti, li skontu, "ġenwinament iħobbu lil pajjiżhom biex ineħħu dawk in-nies kollha". Delia għalaq b'dikjarazzjoni fejn qal li "jrid ikollna l-kuraġġ, u mhux Malta tagħna lkoll… iżda Malta aħna lkoll…irridu nqumu biex insalvaw lil pajjiżna." 'Fearne u Abela nbidlu f'daqqa waħda' - Adrian Delia Adrian Delia jgħid li Chris Fearne u Robert Abela mhux ġenwini fid-diskors tagħhom dwar il-Prim Ministru u l-Kummissarju