Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 kotba u ċinema Dak li Rutan verament xtaqet għall-Milied kien li seħbitha Elsa terġa' tiġi lura tgħix fejnha — imma ma tantx kien hemm ċans li tiġri l-ħaġa. "Santa Klaws, taħseb tista' ġġibli lil ħabibti lura hawn? Imma jekk ma tistax, forsi tista' ġġibli kelb ta' veru? Inkella, uff, jekk lanqas dik ma tista', almenu dak il-kelb-ġugarell li nara fit-tieqa tal-ħanut ta' ħdejna?" kitbet it-tifla fl-ittra tal-Milied tagħha. Ħeqq, kif jafu t-tfal kollha tad- dinja, jekk tkun qgħadt bil-għaqal, Santa Klaws dejjem jaqtagħlek xewqtek. U fil-fatt, jum minnhom it jiem qabel il-Milied fil-kamra tas-sodda tagħha titfaċċa kreatura stramba. Kreatura blu, tiekol affarijiet verament mhux tas-soltu, li kienet intilfet u riedet l-għajnuna ta' Rutan biex issib it-triq lura għad-dar. Dan hu Milied Imħawwad, l-istorja tal-Milied speċjali ta' Rutan: storja tal-Milied ħelwa immens u kommoventi, dwar l-inklussività u kif il-ħbiberija tirbaħ fuq kollox. Huwa l-ktieb perfett bħala rigal għall-Milied, kemm għat-tfal u anki għall-kbar, għax jittrasportana ġewwa Milied fl-Iżvezja – fejn id- dar jiżżejnu għall-Milied bl-istilel u x-xemgħat malli tibda dieħla x-xitwa. Kien dan l-ispirtu tal-Milied Żvediż li wassal lill-professur Ġorġ Mallia u l-artista Marie Louise Kold lejn dan il-ktieb għat-tfal Żvediż: En Klurig Jul. Miktub minn Ingelin Angerborn, il-ktieb idaħħalna fid-dinja tad-drawwiet tal-Milied fil-pajjiżi Skandinavi. U huwa ppreżentat f 'format mhux tas-soltu: dak ta' kalendarju tal-Avvent … imma bl-istejjer. Mallia u Kold tant għoġbithom l-istorja, li addattawha għall-Malti. U hekk ġiet ippubblikata minn Merlin Publishers bħala Milied Imħawwad. Il-ktieb fih 24 kapitlu, biex tfal ta' etajiet minn 8 snin 'il fuq jistgħu jaqraw – waħedhom jew mal-ġenituri jew nanniet tagħhom – kapitlu kull lejl tul Diċembru, sa Lejlet il-Milied. Tfal iżgħar ukoll jistgħu jgawduh, bl-għajnuna tal-ġenituri tagħhom li jistgħu jaqrawhulhom bħala qari qabel l-irqad. It-tradutturi żiedu anke glossarju fuq wara tal-ktieb, apposta biex hemm jispjegaw lit-tfal it-termini u drawwiet Żvediżi li tfal Maltin abbli ma jkunux familjari magħhom. Milied Imħawwad huwa l-ekwivalenti (aħjar għas-saħħa) ta' kalendarju tal-Avvent fejn flok ċikkulata kuljum issib kapitlu minn storja. B'illustrazzjonijiet tal-ġenn bil-kulur … u xejn zokkor! Milied Imħawwad jinsab għall- bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 12 Bridges (15) 14:00, 16:20, 18:35, 20:50 Charlie's Angels (12A) 10:20, 13:00, 15:35, 18:10, 20:45, 23:20 Doctor Sleep (15) 20:45 Frozen 2 3D (U) 15:40, 20:40 Frozen 2 2D (U) 10:30, 13:00, 18:05 13:00, 15:30, 18:00, 20:35 Joker (15) 13:05, 15:55, 18:35, 21:15 Knives Out (12A) 10:25, 13:00, 15:45, 18:30, 21:15, 23:55 Last Christmas (12A) 11L35, 13:50, 16:15, 18:45, 21:10, 23:10 Le Mans '66 (U) 14:35, 17:50, 21:00, 23:00 Maleficent: Mistress of Evil 2D (PG) 11:30, 13:00, 15:45, 18:25, 21:05 The Addams Family 2D (PG) 11:30, 13:45, 16:00, 18:15 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Charlie's Angels (12A) 10:40, 13:55, 16:35, 18:40, 21;10 Frozen 2 3D (U) 16:00, 20:30 Frozen 2 3D (U) 10:30, 13:45, 18:15 Last Christmas (12A) 10:50, 13:20, 16:00, 18:30, 21:00 Midway (12A) 10:45, 14:15, 18:00, 20:45 IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Milied Imħawwad Films fiċ-ċinema ta' Ingelin Angerborn u Per Gustavsson addattat għall-Malti minn Ġorġ Mallia u Marie Louise Kold

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019