Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 Il-President Emeritus Marie Louuise Coleiro Preca sostniet illi Chris Fearne huwa l-Prim Ministru li għandu bżonn dan il-pajjiż. Fl-ewwel endorsement tiegħu tal-kampanja elettorali biex isir Mexxej Laburista u Prim Ministru, Coleiro Preca qalet illi taf lil Fearne fil-bnazzi u l-maltemp. "Nafu bħala persuna li l-lealtà lejn pajjiżna u l-valuri tal-partit huma fundamentali. Nafu f 'sitwazzjoni fejn tkellem biex tittieħed azzjoni," sostniet Coleiro Preca. Hija kompliet tgħid li dan il-pajjiż u l-Partit Laburista għandhom bżonn fejqan immedjat, "għalhekk Fearne huwa l-għażla tal-mument, għax jiem l-uġigħ ta' dawk kollha li huma mweġġgħin. Chris Fearne huwa l-Prim Ministru li l-pajjiż għandu bżonn bħalissa," temmet tgħid Coleiro Preca. Intant, Fearne ressaq 10 linji gwida li fuqhom se jimxi jekk ikun elett Mexxej Laburista u Prim Ministru ta' Malta. Min kienet Marie Louise fil- Partit Laburista? Coleiro Preca serviet ta' Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, appuntata minn Joseph Muscat fl-2013. Hija kienet kandidata għat- tmexxija tal-Partit Laburista fl-2008 u kienet serviet ta' President tal-Partit Laburista. Bdiet l-attività politika tagħha meta kellha 16-il sena. Okkupat diversi karigi fi ħdan il-Partit Laburista, fosthom bħala: membru elett tal-Eżekuttiv Nazzjonali, membru fil-Bureau Nazzjonali tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti, Assistenta Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, membru fundatur tal- Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer, Stampatur tal-Ġurnal tal-Partit Laburista 'Il-Ħelsien', President tal-Għaqda Nisa Laburisti u mill-1998 Membru Parlamentari Laburista. Kienet ukoll attiva fi ħdan il- General Workers Union bħala membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Għaqda Ħaddiema Żgħażagħ u Rappreżentanta tal-Partit Laburista fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU. 'Il-Partit Laburista għandu bżonn fejqan għalhekk Fearne huwa l-għażla tal- mument' Tkompli minn paġna 1 Hu qal li għal din il-konferenza jattendu l-partijiet kollha interessati u allura; il- Gvern u l-Oppożizzjoni, il-partiti politiċi kollha, is-soċjetà ċivili u għaqdiet kif ukoll rappreżentanti tal-istituzzjonijiet. Huwa qal illi din il-konferenza għandha tiddeċiedi wkoll kif jinħatar Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll l-Avukat Ġenerali. Fearne reġa' indika li hu jippreferi li dawn ikunu eletti b'żewġ terzi tal-Parlament. 2 - Nibnu fuq is-suċċessi "Irridu nkomplu nibnu fuq is-suċessi tal-mudell ekonomiku tal-aħħar snin. Inkattru u nibnu fuq dak li sar ... però b'aktar trasparenza," sostna Fearne. Huwa qal li l-opportunitajiet għan- negozji għandhom ikunu miuħin filwaqt li sostna illi kollox se jkun iggwidat bil- meritokrazija. Huwa qal ukoll li Gvern immexxi minnu jkompli jagħti imbuttatura lill- kostruzzjoni. 3 - Ambjent "L-ambjent għandu jingħata l-prijorità li jixraqlu u fil-ġranet li ġejjin se nkun qed inħabbar pjan ambizzjuż ta' kif se nkunu qed indaħħlu spazji ħodor f 'Malta u Għawdex kollha," saħaq Fearne. 4 - Ir-ruħ soċjali tagħna "Jiena ħabbart illi jekk insir PM ħa nuru aktar il-valuri tagħna bħala partit u allura se nara illi jkun introdott il-kunċett ta' paga ugwali għal xogħol ugwali, biex nirregolarizzaw il-pożizzjoni ta' dawk li jaħdmu mal-kuntratturi." Fearne qal illi minn dawn it-tip ta' ħaddiema tal-privat li qed jagħtu servizz lill-Gvern hemm mal-2,000 persuna. 5 - Immigrazzjoni u ħaddiema barranin "Filwaqt li nagħrfu l-bżonn ta' ħaddiema barranin hemm bżonn li naraw illi l-infrastruttura ta' pajjiżna titjieb biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda," qal Fearne. Huwa qal li pajjiżna għandu juri ħniena imma mhux jibqa' waħdu jipprova jsolvi l-problema. 6 - L-akkomodazzjoni soċjali "Waqt din il-kampanja se nkun qed inħabbar pjani biex din il-problema nsolvuha. Il-housing ikun wieħed mill- prijoritajiet tagħna." Fearne sostna li hemm bżonn illi din il-problema tkun solvuta malajr u b'mod aggressiv. 7 - Trasport "Irridu naħdmu fuq trasport nadif, għall-benefiċċju tal-pajjiż kollu." Chris Fearne sostna illi wara l-pjan biex jitlestew it-toroq, "se nkunu qed naħdmu biex indaħħlu t-trasport tal-massa." 8 - Postna fl-Ewropa "B'mod impenjattiv nistgħu nerġgħu nagħtu spinta lir-reputazzjoni ta' Malta li saritilha ħsara," ammetta l-PM prospettiv. Huwa qal illi jeħtieġ nerġgħu ngħollu isem pajjiżna. 9 - Kwalità tal-ħajja "Il-flus importanti imma waħedhom mhumiex biżżejjed," qal Fearne li sostna li hemm bżonn ikompli jitjieb il-prodott tas-saħħa u jkun hemm sistemi ta' prevenzjoni aktar robusti. "Intejbu l-edukazzjoni li noffru, b'life long education, spinta lill-isport, bilanċ tajjeb bejn xogħol u ħajja tal-familja u rridu nagħmlu minn pajjiżna wieħed li tieħu gost tgħix fih u trabbi lil uliedek fih." 10 - Il-Partit Laburista "Nixteq nara riformi fih biex kompli l-Partit Laburista jkompli jissaħħaħ," qal Fearne. Huwa sostna li l-partit jeħtieġ jibqa' jkun inklussiv u parteċpi fl-iggvernar imma mhux parti mill-Gvern u allura sostna li jeħtieġ ikun hemm distinzjoni bejn il-Gvern u l-Partit Laburista. 'Se nara li jkun introdott il-kunċett ta' paga ugwali għall-istess xogħol'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019