Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

21 oroskopju illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 Kompetizzjoni Fi żmien il-festi tal-Milied ser inkun qed inrebbaħ l-aħħar pubblikazzjoni. Kulma għandkom tagħmlu huwa li twieġ- bu għall-mistoqsija: Kemm ilni nikteb dan l-artiklu? • 3 snin • 4 snin • 5 snin Min jibgħat l-ewwel risposta tajba jirċievi l-ktieb tiegħi b'valur ta' €32 Tista' tibgħat it-tweġiba b'messaġġ fuq 99013600 jew fuq il-paġna ta' facebook PaulJon13 Namaste L-Oroskopju taż-żodijaku ta' Sagittarius Mill-Ħadd 15 ta' Diċembru sas-Sibt 21 ta' Diċembru Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar Iż-żodijaku ta' Aquarius ser ikun ifisser li trid timxi b'aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta' madwarek iżżomm lilek innifsek iffokat it aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta' xi konsegwenzi imma tkattar dak li ġej u tissaħħaħ iżjede. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku ta' New Pisces ser ikun ifisser mument ta' it aktar tensjoni madwarek aktar mis- soltu. Issa minħabba dan int trid tagġraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek kif ukoll is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien it delikat però finalment se tkun rebbieħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa Pisces huma magħrufin għall-moral effettiv Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodijaku ta' Aries ser ikun ifisser mument ta' aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li taf dan kollu suppost tagħraf tikkontrolla lilek innifsek u dak li hemm madwarek sabiex dak li ġej taffaċjah b'kalma u trankwillità u b'hekk timmatura. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku ta' Taurus ser ikun ifisser mument ta' aktar paċenzja. Dan jaf ikun tajjeb sabiex timxi lejn aktar maturità u għaqal f 'dak li ġej kemm fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li għandek. Agħraf ikkombina l-esperjenza sabiex finalment tirbaħ dak li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku ta' Gemini ser ikun ifisser muemnt li se jagħmlek it aktar aggressiv fl- ambizzjonijiet personali u anke ta' madwarek. Dan jaf ikun sfida għalik u ser isarraf sabiex int turi aktar l-abbiltà tiegħek f 'dak li tesprimi u twassal. Agħraf sew din il-fażi. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku ta' Cancer ser ikun ifisser mument ta' aktar kontroll tiegħek innifsek fejn jekk is- soltu kont tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan issa ser jinbidel kompletament u bħala Cancer se tagħraf tieħu kontroll aktar ta' dak li hemm madwarek. Agħraf din l-isfida. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku ta' Virgo ser ikun ifisser mument li fih tagħraf timxi aktar b'pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu kont iddum biex tieħu pożizzjoni jew deċiżjoni issa dan se tibda twettqu b'aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Agħraf żomm dan il-pass. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru Iż-żodijaku ta' Libra ser ikun ifisser mument li trid tagħraf aktar il-bilanċ fil-ħajja madwarek. Għalkemm ser tkun mitluf f 'ħafna proġetti xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment fir-relazzjoni li għandek. Żomm bilanċ. Namaste L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodijaku ta' Sagittarius ser ikun mument ta' riflessjoni aktar fl-imħabba li għandek minħabba li taf tidħol fil-passat tiegħek u toħloq xi problemi kemm lilek u anke lil ta' madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat huwa ktieb magħluq u b'hekk biss tista' timxi 'l quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. Sagittarius huma magħrufin għas- sensittività tagħhom Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat- 21 ta' Novembru Iż-żodijaku ta' Scorpio ser ikun mument inċert f 'dak li trid twettaq. Dan ser joħloq it ta' tensjoni fl-iskorpjuni imma trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħrufa tiegħek biex b'hekk tkompli miexi b'determinazzjoni u tħares 'il quddiem f 'dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku ta' Capricorn ser ikun ifisser li huwa ż-żmien opportun li tagħraf taħtaf dan il- perjodu fantastika sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f 'dak li int tixtieq. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek jagħmilha possibbli tirċievi dak kollu li jista' jagħmlek aħjar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. Capricorn huma magħrufin għall- gwida li jafu joffru Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku ta' Leo ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b'hekk tagħraf tikkontrolla ħajtek u dak li hemm madwarek. Dan huwa perjodu li jista' jkun li int terġa' tirbaħ dak li tli jew li ħadulek mill- karattru tiegħek. Kun imħejji aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' fehma soda. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019