Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

09 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 protesti…imma x'ġara eżatt? Is-26 ta' Novembru, jirreżenjaw Konrad Mizzi u Keith Schembri minħabba l-pressjoni kbira fuqhom hekk kif bdew ħerġin id-dettalji tal- qtil ta' Daphne Caruana Galizia u kien saħansitra arrestat Yorgen Fenech. F'daqqa waħda nqata' d-dawl. Wara din l-aħbar, kienet organizzata protesta oħra. Waqt din-protesta, kien hemm ġlieda bejn persuna li kienet qed tipprotesta u pulizija it wara li ħarġu l-ministri mill-Parlament. Keith Schembri meħlus … iktar rabja It-28 ta' Novembru, Keith Schembri ġie meħlus mill- Pulizija wara li ddeċidew li ma kienx neċessarju li jinżamm taħt arrest. Minħabba dan, ġiet organizzata protesta oħra quddiem Kastilja. Din id-darba il-folla kienet waħda kbira, u fiha stajna ninnutaw ħafna żgħażagħ. Għall-ħabta tat-03:00am tal-Ġimgħa, wara konferenza stampa fejn Joseph Muscat indirizza l-avvenimenti li saru sa dak il-ħin, il-membri tal- midja nżammu ġo Kastilja u ma tħallewx jitilqu 'l barra. Magħhom kien hemm Paul Caruana Galizia, wieħed mit-tfal ta' Daphne. Il-membri tal-midja nżammu ġo Kastilja għal it minuti, sakemm telqu l-maġġoranza tal- Kabinett. Id-29 ta' Novembru, bdiet protesta oħra fil-Belt, fil- fatt, din kienet is-sitt waħda f 'għaxart ijiem, u fiha mijiet għajtu għar-riżenja ta' Muscat. Dawk li pprotestaw żammu numru ta' kartelluni bi kliem konta l-Gvern, fosthom "Gvern Mauż" u "Maa". Graffitti jipprotestaw taħt Manuel Dimech It-30 ta' Novembru, quddiem Kastilja, inġemgħet folla, din id-darba ħafna iżgħar minn ta' qabilha, organizzata mill- Moviment Graffitti. Fiha, tkellem Immanuel Mifsud, prożatur u poeta, u qal li l-fatt li pajjiż għadu maqsum f 'żewġ tribujiet ikkontrollati min-Net u l-One, li huma nnifishom ikkontrollati mill- partiti, hi ħaġa ħażina immens, hu saħaq li "hemm bżonn bidliet ikbar". Tkellem ukoll Andre Callus, attivist għall-Moviment Graffitti li saħaq li s-sitwazzjoni li tinsab fiha Malta hi gravi immens. Huwa spjega kif il-protesta tagħhom kienet kontra l-Gvern, mhux kontra l-Partit Laburista, u li n-nies għandhom ikunu fiduċjużi, għax, kif qal hu "biex ikunu l-pern tas-soluzzjoni għall-problemi li bħalissa nsibu ruħna fihom". Mass Meeting fi Triq ir- Repubblika Nhar il-Ħadd, l-1 ta' Diċembru, kienet organizzata l-akbar protesta s'issa, kif ukoll waħda mill-akbar protesti li qatt saru f 'pajjiżna. Probabbilment it iżgħar minn protesta li kienet saret mill-GWU u numru ta' unions oħrajn kontra ż-żieda fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma li kien daħħal il-Gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi. Protesta oħra kbira kienet dik kontra l-iżvilupp fuq art ODZ minn Sadeen. It-3 ta' Diċembru, seħħet protesta oħra, din id-darba quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fejn in-nies preżenti ħeġġew lill-Kummissarju tal- Pulizija biex jarresta lil Keith Schembri. Barra minn hekk, dendlu strixxun b'kopja tal- ittra li kien kiteb Melvin euma lill-Pulizija. Waqt li din kienet l-ewwel protesta quddiem l-Kwartieri tal-Pulizija, din kienet ferm iżgħar mill- kumplament tal-protesti. It-8 ta' Diċembru, reġgħu nġemgħu eluf ta' dawk li pprotestaw kontra l-kriżi li Malta tinstab fiha bħalissa. Dawk li pprotestaw imxew mill- Parlament sal-Pjazza ta' Kastilja, dan waqt li żammew strixxun bil-kelma "Ġustizzja" miktuba fuqha. Ma' dawk li pprotestaw kien hemm ukoll il-ġenituri ta' Daphne Caruana Galizia, kif ukoll ħutha. Waqt il-protesta, tkellem Andre Callus, li qal li avolja ma kinitx evidenti kemm kien relatat il-Prim Ministru mal-qtil ta' Daphne, "il-fatt li pproteġa lil Keith Schembri wara li kienet evidenti li kien korrott, tibgħat messaġġ ċar". Not business as usual… Id-9 ta' Diċembru, grupp ta' żgħażagħ minn Graffitti daħlu ġo Kastilja u bblukkaw Kastilja. Waqt il-protesta, Moviment Graffitti ħarġu stqarrija li qalet "Business as usual xejn, mhux sakemm Keith Schembri għadu ħieles minkejja l-ħama li qed jegħreq fiha". Ftit sigħat wara li bdiet il- protesta, fid-disgħa ta' filgħodu, il-Moviment Graffitti ħabbret li l-membri tal-midja twaddbu barra minn Kastilja u dawk li pprotestaw inżammu ġewwa. Dawn baqgħu magħluqin ġewwa sal-ħabta tan-nofsiegħa. Dan l-artiklu nkiteb qabel il- protesta f 'Jum ir-Repubblika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019