Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Biex tagħmel karriera fil-futbol irid ikollok Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn età żgħira. Membri tal-familja tiegħi kienu involuti fil-futbol u d-dar ħafna drabi d-diskussjonijiet kienu dejjem iduru fuq il-futbol. Kull ħin liberu li kien ikolli kont immur nilgħab u meta għalaqt ħames snin bdejt nattendi n-nursery tal-Furjana. Minn hemm 'il quddiem il-futbol dejjem kien parti importanti f 'ħajti, kemm bħala plejer u mbagħad wara bħala kowċ. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Gudja United? Dan kien l-ewwel staġun tiegħi mal- klabb tal-Gudja u l-ewwel esperjenza għalija fis-settur tal-kbar fil-kowċing. Xħin intemm l-istaġun li għadda, il- kowċ tat-tim, Josef Mansueto, kien avviċinani biex naħdmu flimkien mal- klabb tal-Gudja. Kont naf li Josef hu wieħed mill-aqwa kowċis li hawn ġo Malta u għalhekk din l-opportunità ħajritni. Meta ltqajt mal-president u man-nies tal-kumitat indunajt illi dan il-proġett kien wieħed serju u għalhekk aċċettajt li nissieħeb ma' dan it-tim. Sena u ftit xhur wara nħares lejn dan l-istaġun bħala esperjenza pożittiva ħafna għax irnexxielna niksbu promozzjoni għall-Kampjonat Premier - promozzjoni illi titqies bħala waħda storika għax il-klabb tal-Gudja ħa jkun qiegħed jikkompeti f 'dan il-kampjonat għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu. Nitkellmu dwar l-aħħar staġun ta' Gudja. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun? Il-bidu ma kienx wieħed faċli. Fil-fatt, fl-ewwel sitt logħbiet tal-kampjonat irbaħna darba biss. Wieħed irid jiftakar ili sena u ftit xhur ilu, dan il-klabb kien għadu kif kiseb il-promozzjoni mill-kampjonat tat-tieni divizjoni u fis-sajf kien hemm numru ta' bidliet, speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu plejers. Għalhekk, kien hemm bżonn ta' ftit żmien sakemm wieħed isib saqajh u naħseb li il-president u l-membri tal- kumitat kienu bravi ħafna illi fehmu dan il-bżonn u baqgħu jemmnu fix- xogħol illi konna bdejna. F'Diċembru konna qegħdin mal-grupp ta' timijiet li stajna nilħqu l-promozzjoni u f 'Jannar saru xi akkwisti ta' plejers li għollew il- livell tat-tim tagħna. Irnexxielna nirbħu numru ta' logħbiet wara xulxin u dawn poġġewna fil-pożizzjoni illi spiċċajna fiha - dik tat-tieni post. Lil hinn mir-riżultati, naħseb illi kellna ħafna mumenti fejn irnexxielna nuru futbol sabiħ u propożittiv matul l-aħħar istagun. X'tikkummenta fuq dan l-istaġun sa issa ta' Gudja United? Xħin tħares lejn ir-riżultati wieħed jinduna li kien bidu diffiċli fil- kampjonat hekk kif fl-ewwel tmien logħbiet konna għadna ma ħadniex rebħa. Il-fatt li l-iskwadra kienet kważi kompletament ġdida kien ifisser li kien hemm bżonn ftit tal-ħin sakemm it- tim isib saqajh. Għalkemm f 'dawn il-logħbiet ma ġbarniex ħafna punti, il-prestazzjonijiet bdew jitjiebu minn logħba għall-oħra u taqta' l-partita ta' kontra l-Gżira, f 'kull logħba stajna nieħdu iktar punti milli ħadna. Il-logħba kontra Birkirkara kienet it-turning point f 'terminu ta' riżultati, u minn dik il-logħba 'l quddiem irnexxielna niġbru 10 punti mit-12 disponibbli. Jidher li qbadna ritmu tajjeb fl-aħħar logħbiet iżda l-kampjonat huwa bilanċjat ħafna (kif tixhed il-klassifika), u għalhekk huwa importanti li nżommu dan ir- ritmu biex nilħqu l-għan tagħna għal dan l-istaġun. Kemm tgħallimt mill-kors UEFA Pro li attendejt għalih riċentement ġewwa Bologna fl-Italja? Il-kors tal-UEFA Pro taħt il-gwida ta' Stephen Grima huwa strutturat b'mod tajjeb ħafna. Il-kontenut tal-kors kif ukoll id-diskussjonijiet li jkollna bejnietna l-kowċis parteċipanti jgħinu biex inkomplu niżviluppaw l-ideat tagħna ta' futbol. L-esperjenza li kellna ġewwa Bologna kienet waħda pożittiva ħafna. Stajna naraw l-istrutturi u kif jopera klabb professjonali mill-viċin. Kellna l-opportunità li naraw it-tim ewlieni jitħarreġ u kif ippreparaw għal- logħba tal-Coppa Italia kontra l-Udinese u dik tal-kampjonat kontra AC Milan. Rajna wkoll lit-tim tal-Primavera kif ipprepara għal-logħba tiegħu kontra Inter. Kellna wkoll opportunità li nitkellmu mal-kowċ Sinisa Mihajlovic, mal-kowċ tal-goalkeepers Luca Bucci, mat-team manager Marco Di Vaio, mal-kumplament tal-istaff tekniku li jinkludi l-assistenti u l-analisti, mal- kowċ tal- Primavera Troisi, u morna wkoll l-Isokinetic lab fejn ikkuraw lil Roberto Baggio fost l-oħrajn għall- preparazzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Rajna wkoll il-logħbiet Parma kontra Frosinone u Bologna kontra AC Milan u assistejna wkoll għat-taħriġ tat-tim tal- basketball ta' Bologna u tkellimna mal-kowċis tagħhom biex naraw x'hemm simili u differenti fil-mod ta' kif jippreparaw it-tim tagħhom meta wieħed jikkumpara mal-futbol Malti. Kemm titgħallem u kemm taħdem spalla ma' spalla mal-kowċ Josef Mansueto? Dan huwa t-tieni staġun tiegħi naħdem ma' Josef. Kont naf li Josef huwa bniedem bravu u li jaħdem f 'ħafna dettall u r-raġuni li għażilt li naħdem miegħu kien appuntu għalhekk għax kont ċert li kont ħa nitgħallem ħafna mingħandu. Ridt ukoll li nkun involut u li jkolli l-ispazju li naħdem u kont naf li Josef kien ħa jtini l-ispazju li xtaqt. Naħdmu flimkien fl-analiżi tal- logħob, fil-preparament tat-taħriġ, fit- taħriġ innifsu, fl-ippjanar tal-istrateġija li naddottaw għal kull logħba u fil- bidliet li jkun hemm bżonn fil-logħba. Bażikament, Josef, jiena, Matthew Psaila u Michael Church naqsmu x-xogħol kollu li jkun hemm bżonn isir mill-aspett tekniku. Naħdmu bħala tim wieħed imma ovvjament l-aħħar deċiżjoni tkun dejjem dik ta' Josef. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess biex bhala Gudja ksibtu l-promozzjoni għall-Kampjonat Premier? Naħseb illi dan is-suċċess kien taħlita ta' ħafna komponenti li ħadmu tajjeb flimkien. Nibda billi nsemmi lill-president, Dr Duncan Borg Myatt, illi investa ħafna f 'dan il-klabb u bis- saħħa tiegħu rnexxielna nibnu skwadra b'saħħitha. Iżda ma nixtieqx nillimita l-involviment tal-president għall- investiment biss għax Dr Borg Myatt irnexxielu jagħti viżjoni u direzzjoni lil kull min kien involut f 'dan il-klabb ta' kif u fejn għandna naslu. Waqt dan il-proċess, il-president dejjem ta s-sapport kontinwu u f 'waqtu lill-membri tal-kumitat, kowċis u plejers. Komponent importanti ieħor kienu l-membri tal-kumitat – dawn huma nies li għandhom qalb kbira li ħadmu fuq il-gwida tal-president u bis- saħħa ta' din il-ħidma Josef Mansueto u jien stajna nikkonċentraw fuq l-affarijiet tal-grawnd biss. L-aħħar u żgur mhux l-inqas nixtieq insemmi l-grupp ta' plejers eċċezzjonali li kellna. Apparti l-abbiltà ta' futbol, dan il-grupp kien magħmul minn ħafna individwi li ngħaqdu flimkien għal għan wieħed u l-attitudni u l-karrattru ta' dawn il-plejers kienu fattur fundamentali biex ilħaqna s-suċċess tal-promozzjoni. IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Thane Micallef - assistent kowċ ta' Gudja United li jaħdem spalla ma' spalla mal-kowċ Josef Mansueto fit-tentattiv li jżommu lill- Gudjani mal-elite tal-futbol Malti fil-Kampjonat Premier

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019