Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 analiżi IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum YENDRICK CIOFFI Din il-ġimgħa, Melvin euma kompla jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra t-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kważi f 'kull sentenza li lissen, Melvin euma, l-intermedjarju, li għandu l-protezzjoni tal-istat biex jikxef l-informazzjoni kollha li jaf dwar l-assassinju, kompla jikkonferma kemm Yorgen Fenech, l-allegat mandant, kien ikun infurmat b'dettalji importanti dwar l-investigazzjoni. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tispjega l-informazzjoni li skont Melvin euma, Yorgen Fenech kellu f 'idu ġimgħat qabel din l-istess informazzjoni ħarġet fil-pubbliku u li kienet kruċjali fl-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-konklużjoni hija waħda. Xi ħadd, li kien mgħarraf bl-investigazzjonijiet sal-iċken dettall, kien qiegħed jgħaddi din l-informazzjoni lil Yorgen Fenech, anke qabel mal-investigaturi tefgħu għajnejhom fuqu. Dejjem skont l-istess Melvin euma, fix-xhieda li huwa ta nhar il-Ħamis, dan ix-xi ħadd x'aktarx li huwa Keith Schembri, l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru. "Yorgen qalli hu stess li Keith Schembri kien qed jgħinu. Keith jagħmel minn kollox biex jiddefendi lil Yorgen," xehed euma. X'kien jaf eżatt Yorgen Fenech? Fenech kien jaf li l-Pulizija waslu għall- SMS li attiva l-bomba Il-messaġġ li kien bagħat George Degiorgio minn fuq id-dgħajsa tiegħu u li attiva l-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia fis-16 ta' Ottubru 2017, kien kruċjali biex ġew arrestati t-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista. Fix-xhieda tiegħu, Melvin euma saħaq li Yorgen Fenech kien jaf li s-Servizzi Nazzjonali tas-Sigurtà kellhom f 'idejhom dan l-istess messaġġ li attiva l-bomba. Dan ifisser li Yorgen Fenech, l-allegat mandant, kien qed ikun mgħarraf dwar id-dettalji tal-investigazzjoni sa minn qabel ġew arrestati l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat. Agħar minn hekk, ifisser ukoll li min kien qed jinforma lil Yorgen Fenech, kien jaf li Fenech kien il-mandant ħafna qabel tefgħu għajnejhom fuqu l-investigaturi. Fil-fatt x'aktarx li dan kien l-aktar punt kruċjali u xokkanti sa issa li ħareġ mill- aħħar xhieda ta' Melvin euma Fenech kien jaf li l-Pulizija se jagħmlu rejd fit-tinda tal-Patata L-intermedjarju żvela wkoll, fix-xhieda tiegħu, li Yorgen Fenech kien jaf minn qabel li kellu jsir rejd fit-tinda tal-Patata. Ir-rejd fil-fatt sar f 'Diċembru tal-2017 u hemm ġew arrestati ċ-Ċiniż, il-Fulu u l-Koħħu. Skont ix-xhieda ta' euma, kemm il- ġimgħa li għaddiet u anke nhar il-Ħamis li għadda, Fenech kien jaf bir-rejd minn tal-inqas erbat ijiem qabel. "Għandna l-problemi hemm, se jkun hemm rejd kbir," qal Fenech meta ra lil euma f 'Portomaso. euma qal li informa lil Degiorgio dwar ir-rejd. Yorgen kien jaf meta l-Kabinett iddiskuta l-maħfra Presidenzjali għal Vince Muscat Yorgen Fenech, dejjem skont ix-xhieda ta' Melvin euma, kien jaf ukoll li Vince Muscat, il-Koħħu kien qed jitkellem mal- Pulizija u kien qed jgħaddi informazzjoni importanti dwar l-assassinju. Mhux talli hekk, talli Melvin euma saħaq li darba minnhom, Yorgen Fenech qallu li l-kabinett kien se jiddiskuti jekk Vince Muscat għandux jingħata l-maħfra Presidenzjali, wara li kien talabha. Fenech kien jaf li t-telefonati qed jiġu interċettati Melvin euma qal ukoll li Yorgen Fenech kien jaf li l-mowbajl tiegħu kien qed ikun interċettat. Dan ifisser li Fenech kien jaf li l-Pulizija qed issegwih. Fil-fatt, euma qal li kien talbu ma jibqax iċempillu. Fil-fatt qal ukoll li Fenech qallu biex jibda juża WhatsApp jew Signal meta jikkommunika miegħu għax dawn ma setgħux jiġu interċettati. euma żamm kopji ta' dawn il- messaġġi u poġġihom f 'kaxxa tal- plastik, liema kaxxa infetħet quddiem il- Maġistrat wara l-arrest tiegħu. Apparti din l-informazzjoni kruċjali u importanti li jidher li Yorgen Fenech kellu f 'idu, l-istess Melvin euma kien jaf li l-Pulizija waslu biex jarrestawh b'rabta ma' investigazzjoni fuq il-ħasil ta' flus. Din id-darba, iżda, l-informazzjoni ma kienx tahielu Yorgen Fenech iżda Johann Cremona li kien żar lil euma fid-dar tiegħu flimkien ma' Kenneth Camilleri, l-eks Uffiċjal tas-Sigurtà tal- Prim Ministru Joseph Muscat. Dan Johann Cremona kien involut fis- settur tal-gaming, b'rabtiet mal-każinò ta' Yorgen Fenech. Fil-fatt, flimkien ma' Fenech, l-istess Cremona huwa direttur ta' Best Play Gaming Ltd. Cremona għandu sehem f 'kumpaniji oħra tal-gaming. X'KIEN JAF MINN QABEL? YORGEN FENECH IKOLLU WIDNA FL-INVESTIGAZZJONI... • Jiem wara li ngħata struzzjonijiet biex jorganizza l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech jgħid lil Melvin Theuma li kien se jkollu laqgħa ma' Keith Schembri • Melvin jingħata xogħol mal- Gvern li għalih qatt ma attenda iżda kien jitħallas • Il-pjanijiet biex tinqatel Daphne jkunu sospiżi dakinhar li tissejjaħ l-elezzjoni (L-1 ta' Mejju 2017) • Dakinhar li joħroġ ir-riżultat tal-elezzjoni, Fenech jgħid lil Theuma biex ikomplu bil-pjan • Melvin Theuma jibda jibża' li Yorgen Fenech u Keith Schembri se jeliminawh • Melvin Theuma jikteb ittra u fiha jimplika lil Keith Schembri. Jinsisti li Keith Schembri qatt ma kellmu fuq il-qtil ta' Daphne u li Yorgen Fenech kien il-mandant • Kenneth Camilleri, eks uffiċjal tas- sigurtà tal-Prim Ministru jiltaqa' miegħu u jgħidlu li t-tliet irġiel kellhom jirċievu miljun ewro kull wieħed meta jingħataw il-ħelsien mill-arrest • Kenneth Camilleri u Johann Camilleri jipprovaw jittimbraw lil Melvin Theuma bħala l-mandant • Theuma jgħid li darba kien wassal lil Daphne sad-dar għax tħassarha meta sabet il-karozza bit-tyres imniżżla Il-punti ewlenin mix-xhieda ta' Melvin Theuma sa issa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019