Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398
ikollok il-passjoni lejn dan l-isport' 31 sport Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt fl-Ewwel Diviżjoni? Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni dejjem ikun wieħed ibbilanċjat u naħseb illi din is-sena ma kienx eċċezzjoni. Kien hemm ħafna logħbiet fejn it-tim li kien qed jokkupa pożizzjoni għolja fil-klassifika waqqa' l-punti ma' tim illi kien qiegħed taħtu. Nemmen illi d-differenza bejn it- timijiet tinħass iktar fil-Kampjonat Premier fejn storikament timijiet neo- promossi jbatu biex iżommu posthom mal-kbar. Għall-kuntrarju, fl-Ewwel Diviżjoni, it-timijiet li spiċċaw it-tieni u t-tielet fil-klassifika kienu żewġ timijiet li telgħu mit-Tieni Diviżjoni fl-istaġun ta' qabel. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Diffiċli biex wieħed jiġġeneralizza fuq din il-kwistjoni. Jiġu barranin illi l-livell tagħhom ikun wieħed għoli għal Malta u jkunu plejers illi jagħmlu d-differenza u jiġu oħrajn fejn il-plejers Maltin ikunu ta' livell aħjar. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat? Għalkemm dejjem hemm iktar xi jsir, naħseb illi l-livell tal-grawnds fejn jintlagħab il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni huwa wiehed aċċettabli. Naħseb illi hemm affarijiet iktar żgħar illi nistgħu naħdmu fuqhom biex ngħollu l-livell tal-logħba tagħna. Kumment partikolari li għandi huwa dwar in-numru ta' blalen illi jkunu preżenti għal-logħob tal-Ewwel Diviżjoni. F'ħafna mil-logħbiet ma jkunx hemm ball boys u jkun hemm ballun wieħed biss preżenti għal-logħba. Hekk kif dan il-ballun jaqbeż barra mill-pitch wieħed ikun irid jistenna sakemm jinħareġ ballun ieħor minn ġewwa. Dan ovvjament itellef mir-ritmu tal-logħba u ħaġa żgħira bħal din nemmen li tista' titranġa malajr għall-benefiċċju tal- logħba Maltija. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Naħseb illi x-xogħol tar-referis huwa ferm diffiċli u kulħadd irid jaċċetta illi referi huwa suġġett għall-iżball bħalna l-kowċis u l-plejers. Wisq faċli biex tipponta subgħajk lejn ir-referi meta ma jiġix riżultat favur tiegħek. Xħin tqis kollox jien naħseb illi r-referis kellhom kontroll aċċettabli s'issa. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Il-futbol fih ħafna sagrifiċċji li forsi mhux kulħadd japprezza. It-taħriġ ta' kuljum wara ġurnata xogħol (għal min mhuwiex professjonali) ma jħallilek tista' tgħid xejn bħala ħin liberu. Plejer tal-futbol irid ikun lest li jissagrifika l-ħin liberu tiegħu u jdawwar kollox mal-futbol. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhu faċli xejn. Ix-xogħol tiegħi huwa impenjattiv ħafna u l-futbol jirrikjedi ħafna ħin ta' preparazzjoni. Nipprova nuża l-ħin tiegħi bl-aktar mod effiċjenti biex insib il-ħin għax-xogħol, għall- futbol, għall-mara u ż-żewġt itfal li għandi. L-imħabba li għandi għal dawn it-tliet affarijiet ma' xiex iddur ħajti ġġiegħlni nagħmel is-sagrifiċċji li jkun hemm bżonn biex nipprova nlaħħaq ma' kollox. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Il-futur huwa konsegwenza tax- xogħol li qiegħed nagħmel fil-preżent u għalhekk nippreferi nħares lejn kif nista' nagħmel l-aqwa xogħol possibli fil-preżent. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi huwa li biex tagħmel karriera fil-futbol irid ikollok il-passjoni lejn dan l-isport. Il-passjoni se ġġegħelkom tagħmlu s-sagrifiċċji u taħdmu kemm hemm bżonn biex wieħed jasal fejn irid jasal! illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 Il-passjoni se ġġegħelkom tagħmlu s-sagrifiċċji u taħdmu kemm hemm bżonn