Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

06 analiżi IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum ROBERT ABELA KARIŻMATIKU U JAF JITKELLEM IMMA FTIT NAFU DWARU ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Robert Abela huwa t-tieni persuna li se jkun qed itellaq għal Mexxej Laburista. U bħalm'għamilna b'Fearne f 'paġni 4 u 5, se nagħtu ħarsa lejn Robert Abela u dan xi jfisser u x'jista' jfisser għall-Partit Laburista. Ġdid u ma tantx nafu dwaru L-akbar żvantaġġ ta' Abela huwa li kuntrarjament għal Fearne ftit li xejn qatt rajnieh fl-azzjoni hekk kif mhux Ministru u lanqas għandu kariga fil- partit. Minkejja li mhux ġej minn barra, l-unika kariga li għandu, għalkemm prestiġjuża u importanti, ftit li xejn hija xi waħda li tinteressa lill-pubbliku. Fearne, min-naħa l-oħra għandu Ministeru daqsiex li jolqot lin-nies direttament u li xi darba jew oħra jolqot lil kulħadd; is-saħħa. Dan ipoġġi lil Robert fi żvantaġġ għaliex filwaqt li Fearne għandu track record u riżultati li dwarhom jista' jitkellem, Robert m'għandux . Naturalment kritika jaqla' Fearne, l-aktar minħabba l-kundizzjonijiet tal- infermiera u l-istat tal-isptar Monte Carmeli u issa wkoll il-ftehim ma' Steward Healthcare. Minkejja dan fil-qasam tas-saħħa fl-aħħar snin rajna tnaqqis fis-sigħat ta' stennija u fil-mediċini out of stock, kif ukoll xi titjib fil-qasam tas-saħħa primarja. Il-qasam ra wkoll il-ftuħ tal-iskola ta' Barts, skola li fil-fatt inġiebet pajjiżna wara ħidma mill-eks Ministru Laburista tas-Saħħa Godfrey Farrugia. Robert, min-naħa l-oħra m'għandu xejn minn dan. Kariżmatiku u jaf jitkellem Kuntrarjament għal Fearne ukoll, Robert Abela huwa kariżmatiku u jappella ħafna, b'mod simili li kien u għadu jappella Muscat. Abela jista' jitqies moderat fi kliemu u lest li jaħdem ma' dawk li huma ta' rieda tajba. Huwa meqjus bħala persuna b'immaġini tajba, b'mara u tifla li joffru dik l-immaġini ta' familja ferħana. Minkejja li bħala pajjiż sirna ħafna iktar liberali milli qatt konna, l-immaġini ta' familja għandha titqies bħala benefiċċju politiku għaliex turi stabbilità u ċertezza u bħalissa l-poplu, speċjalment il-Laburisti, għandhom bżonn ħafna ċertezza u stabbilità, fi żmien ta' taqlib politiku serju. Kważi, kważi wieħed jista' jgħid illi Abela huwa maqtugħ mill-istess pezza drapp ta' Muscat f 'dak li jirrigwarda dehra u immaġini. Mhux biss in-natural imma anke, pereżempju, ċerta dettalji żgħar. Pereżempju ritratt li tah prominenza fuq il-Facebook tiegħu fejn jinsab bilqiegħda fuq mejda kważi bħal wieħed mir-ritratti uffiċjali ta' Muscat, fejn l-istess Abela qiegħed bilqiegħda fuq mejda f 'Kastilja. Anke l-mod kif nhar il-Ħadd li għadda beda jxejjer u jpoġġi jdejh fuq sidru; ifakkrek ħafna f 'Muscat li fil-fatt isellem ħafna b'dan il-mod. Dawn iż-żewġ affarijiet, kemm ir- ritratt fuq il-mejda u anke t-tħabbit fuq is-sider huma karatteristiċi fil-lingwaġġ fiżiku ta' Muscat. Abela, kuntrarjament għal Fearne u mal-ewwel ħarsa, jidher illi joffri xi forma ta' kontinwità fl-istil u l-PR ta' Muscat li rebbaħ lill-PL elezzjonijiet bil-kbir. Imma għadu kmieni wisq u wieħed jeħtieġ jara kif se jiżviluppaw l-affarijiet fiż-żmien li ġej . Il-legat ta' missieru... Tipprova kemm tipprova hija diffiċli li tifred lil Robert minn ma' missieru George Abela, President Emeritus, avukat u medjatur f 'diversi kwistjonijiet tal-GWU u kandidat għat-tmexxija Laburista fl-2008. Abela tilef l-elezzjoni għal Muscat u llum Abela żgur li se jkun qed jipprova jirranġa dan il-legat u jagħtih lura s-saħħa billi jirbaħ. Fil-fatt jekk jitlef m'hemmx dubju li jsir il-paralleliżmu kif diġà beda jsir. Malli ħafna Ministri daru ma' Fearne ftit biss wara li dan ħabbar il-kandidatura u appellaw biex kulħadd jingħaqad warajh beda jsir il-paralleliżmu ma' George Abela f 'diversi konverżazzjonijiet u diskussjonijiet privati, 'bħalm'għamlu lil missieru se jagħmlulu'. L-istess jekk jitlef din id-darba, mingħajr wisq forza se jsir il-parallel ma' missieru, hekk kif ikun it-tieni Abela li jkun tilef elezzjoni għat-tmexxija. Chris Fearne huwa l-favorit fit-tiġrija għal Prim Ministru għax meqjus bħala 'nadif'u 'rett'. Imma, minkejja kollox il-poplu mexxej rett u nadif irid? Fiex huwa b'saħħtu u fiex huwa batut? U se jġib l-għaqda jew saru wisq kompromessi?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019