Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport Mario Grech u Tara Abdilla joħorġu rebbieħa tal- Eurosport Malta International Challenge Marathon It-temp ħażin li ħakem il- gżejjer ma kienx daqshekk ta' tfixkil għall-atleti li ħadu sehem fit-tielet u l-aħħar tappa tal- Eurosport Malta International Challenge Marathon, li kienet tikkonsisti f 'nofs maratona. Iċ-Challenge Marathon, li ilha issir fl-aħħar tmiem il- ġimgħa ta' Novembru għal iktar minn għoxrin sena tikkonsisti f 'maratona (42km) mifruxa fuq tlett ijiem - 16.094km (10 mili) fl-ewwel ġurnata, 5 km fit-tieni ġurnata u nofs maratona fit- tielet ġurnata. Din is-sena, iċ-Challenge ntemmet il-Ħadd filgħodu meta madwar 200 atleta bdew in- nofs maratona minn Buġibba u spiċċaw il-Qawra. Għal darb'oħra kien Philip Vella li spiċċa t-tellieqa fl- ewwel post, meta għeleb lil Mario Grech b'distakk ta' ħames sekondi. Vella spiċċa t-tellieqa f 'ħin ta' siegħa, 23 minuta, 33 sekonda. Fit-tielet post daħal Imed Ben Moussa li rreġistra ħin ta' siegħa, 26 minuta u 15-il sekonda. Minkejja ż-żewġ rebħiet ta' Vella, kien Mario Grech li spiċċa rebbieħ tat-titlu overall. Dan kien minħabba id-distakk li hu kiseb fuq Vella fl-ewwel tellieqa li fiha kiseb vantaġġ ta' kważi erba' minuti. Ben Moussa żamm it-tielet post. "Kienet esperjenza mill-aktar pożittiva u nħossni sodisfatt b'dan ir-riżultat, speċjalment meta wieħed iqis li dan huwa wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fil-long distance running f 'Malta. Nikkonsidra l-ewwel tellieqa taċ-Challenge bħala dik li tiddetermina r-riżultat finali. Jien tajt il-mija fil-mija tiegħi. It-tieni u t-tielet tappa qassamthom b'mod tattiku biex nipprova naċċerta r-riżultat li xtaqt! Dan ir-riżultat huwa sforz it-taħriġ li jsir, sforz li mhux kulħadd neċessarjament jiem. Ngħid prosit lil Philip Vella għal prestazzjoni tiegħu, u grazzi lill- familja, lill-kowċ tiegħi Jesmond Bonnici, lit-tim u fl-aħħar u mhux l-inqas lil Birkirkara St. Joseph Sports Club bħala organizzaturi tat-tellieqa," Mario Grech, Rebbieħ tal-Eurosport Malta International Challenge Marathon. "Meta wieħed itellaq, 42km mifruxa fuq tlitt ijiem fuq toroq Maltin, ġlieda kontra rwiefen qawwija u maltempati, din definittivament hija sfida interessanti. Għalija dawk kollha li ħadu sehem huma r-rebbieħa," Philip Vella, rebbieħ tat-tieni u t-tielet tappa. Fit-taqsima tan-nisa Tara Abdilla (La Salle Athletics Club) rreġistrat it-tielet rebħa tagħha meta spiċċat in-nofs maratona f 'ħin ta' siegħa, 34 minuta u 40 sekonda. Hi ġiet segwita, ħames minuti wara minn Tiziana Bonnici u Michelle Rolfe. Bonnici kellha distakk ta' 20 sekonda fuq Rolfe. Fil-klassifika finali, kienu Tara Abdilla, Caroline Ciappara u Michelle Rolfe li ħadu posthom fuq il-podju. Din kienet it-tieni rebħa ta' Abdilla wara li rebħet l-edizzjoni tal-2018 "Din kienet it-tieni Challenge tiegħi, li għal darba oħra li kienet l-esperjenza li wieħed kien qed jistenna. Tlitt ijiem iffokaw fuq it-tellieqa, u wara li titlesta tappa, wieħed ikun ħerqan għall-istadju li jmiss. Avveniment mimli eċitament, spirtu ta' tim u gost! Nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-organizzaturi u lit-tim għad-dedikazzjoni tagħhom. Napprezza li avveniment bħal dan jinvolvi ħafna xogħol," Tara Abdilla, Rebbieħa 2019 Eurosport Malta International Challenge Marathon Il-Gatorade Relay Team Challenge ġiet mirbuħa minn Team Barry li kien magħmul minn Jonathan Balzan ( L-Ewwel Tappa), Matthew Xuereb (It- Tieni Tappa) u Aaron Mifsud (It-Tielet Tappa). Dawn it-tliet atleti kisbu rebħa kull wieħed fit-tliet tapep. Fit- tieni post kien it-tim ta' Green Fox Runners, magħmul minn Paul Portelli, Franco Portelli u Claudio Camilleri, filwaqt li fit-tielet post daħlu t-tim tan- nisa Ladies on the Run li kien magħmul minn Stephanie Smith, Louise Pisani u Marquita Muscat. Fl-edizzjoni ta' din is-sena, il-Birkirkara St. Joseph Sports Club, nieda inizjattiva ġdida fejn numru ta' voluntiera ġew imħarraġa bħala marshalls fuq il-muturi. Dawn il-voluntiera kellhom taħriġ mgħoti mit- taqsima tat-Traffiku tal-Pulizjia ta' Malta kif ukoll taħriġ minn nies imħarrġa fl-ewwel għajnuna. "Din is-sena kellna numru ta'sfidi, iżda l-Birkirkara St. Joseph Sports Club ħa l-inizjattiva sabiex jiżgura li t-tellieqa tinżamm mingħajr tfixkil filwaqt li jittieħdu l-miżuri neċessarji rikjesti mill-Malta Amateur Athletics Association u l-awtoritajiet lokali," spjega Euchar Camilleri, Secretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. Camilleri wera s-soddisfazzjon tiegħu lejn il- parteċipazzjoni mdaqqsa ta' din is-sena, partikolarment minn atletli barranin. Hu spejga li l-affiljazzjoni tal-Klabb mal-AIMS (Association of International Marathons and Distance Races) ħalliet il-frott mixtieq, b'numru ikbar t'atleti jżuru Malta għal din it-tellieqa. Camilleri spiċċa billi rringrazzja lill-atletli li minkejja t-temp ħażin, huma laqgħu l-isfda sal- aħħar tappa tat-tellieqa. Il-Eurosport Malta International Challenge Marathon hija sponsorjata minn Eurosport Malta, Gatorade, Farsons, AIMS, Dolmen Hotel, Malta National Aquarium, Ron Hill, Team Barry u appoġġiata minn Nyoo, e Pasta Shop at PAVI & PAMA, Uncle Matt's Kitchen. L-aħħar tellieqa tal-klabb għal din is-sena ser tkun it- tellieqa annwali li ssir fit-13 ta' Dicembru ġewwa Fleur-de-Lys u li tikkonsisti fi tlielaq ta' 5k u 10km. Dawn it-tlielaq huma sponsorjati minn Eurosport Malta. Reġistrazzjoni ssir fuq https://bkarastjoseph.com. IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019