Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni Il-ġid ta' pajjiżna fuq quddiem Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali Ħ add ma jista' jiċħad li pajjiżna bħalissa għaddej minn mu- ment delikat. Mument li jitlob riflessjoni. Huwa mument li jitlob kalma u kawtela. F'dak li jingħad, fl-azzjonijiet ta' kull wieħed u waħda minna bħala poplu. Inħares ukoll lejna bħala Membri Parlamentari. L-ewwel dmir ta' kull wieħed minna huwa lejn pajjiżna. Jista' jkun li ma naqblux fuq ħafna affarijiet imma fuq l-għan li jitmexa 'l quddiem l-interess tal- pajjiż, ukoll b'modi differenti, bilfors irid ikun hemm qbil. Allaħares le u ma rridx nemmen li le. Huwa mument li ta' warajna se jħarsu lejh b'għajnejn ta' min irid jiżen u jiġġudika jekk mexxejniex bil-mod kif pajjiżna jistenna minn għandna. L-istorja se tiġġudikana, uliedna se jiġġudikawna, u għalhekk għandna responsabbilità enormi fuq spallejna. Dan il-pajjiż irid jitmexxa skont il-liġi u skont il-Kostituzzjoni li hija l-ogħla liġi u li fiha nsibu wkoll id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Prinċipju fundamentali tal-Kostituzzjoni huwa s-saltna tad-dritt jew 'l-Istat tad- Dritt'. Ir-Rule of Law nafu x'inhi. Hija l-oppost tar-Rule of the Mob jew the Rule of the Mighty. Ir-Rule of Law, il-prinċipju li l-liġi finalment qiegħda hemm għal kulħadd, hija s-sisien tal-eżistenza tagħna bħala pajjiż u nazzjon sovran. * * * Kieku sentejn ilu, meta twettaq il- qtil ta' Daphne Caruana Galizia, konna għidna lill-poplu li f 'inqas minn sentejn kien se jitressaq il-Qorti mhux biss min allegatament qatel, imma wkoll min allegatament kien il-moħħ wara l-qtil, probabbilment ħafna ma kienx ikollhom il-fiduċja li kien se jsir hekk. Imma meta llum qed naraw fejn wasalna, qed naraw kif fil-fatt l-istituzzjonijiet ħadmu. Qed nikteb hekk, għaliex il-Gvern ta' Malta u Malta ġiet ikkritikata ħafna matul dawn l-aħħar sentejn għax ġie allegat li f 'Malta m'hawnx 'Rule of Law'. Anki Membri Parlamentari, li messhom jafu aħjar, irrepetew kemm-il darba li f 'Malta r-Rule of Law kienet teżisti - imma m'għadhiex. Qalu li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż ma jaħdmux, li ma jridu jagħmlu xejn, li huma maħtufin, li għandhom sarima ma' ħalqhom, li huma maħtufa u minn kollox. Imma kif qed ngħid, l-istituzzjonijiet taw risposta. Fi żmien inqas minn 50 jum mindu seħħ il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia saru investigazzjonijiet kumplessi li qatt ma saru bħalhom qabel u dawn wasslu biex tressqu quddiem il-Qorti tliet persuni, li llum huma taħt att t'akkuża, bl-akkuża li huma l-eżekuturi tar-reat. Imma anki hawn, beda jqum sentiment minn diversi bnadi li dawn it-tliet persuni huma (fl-aħjar ipotesi) biss l-eżekuturi materjali tar-reat u li l-moħħ wara r-reat ma kienx inqabad u ma kien qed isir xejn biex jinqabad. Oħrajn marru aktar u allegaw li ma kien qed isir xejn biex jinqabad. Issa niakru wkoll li dwar din ġew Malta numru ta' delegazzjonijiet minn ħafna istituzzjonijiet Ewropej u lilna stednuna wkoll f 'laqgħat tagħhom barra biex huma, flimkien ma' Membri Parlamentari u persuni oħra Maltin, jibqgħu jsostnu fuq dan il-punt. Id-diskors ittieħed ukoll fl- assolutiżmu u beda jingħad li l-Gvern ma jrid jagħmel xejn ħlief jostor il-verità u li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż ma jaħdmux. Aħna dejjem sostnejna li Malta mhija xejn inqas minn pajjiżi oħra Ewropej għal dak li għandha x'taqsam id-demokrazija u anke s-separazzjoni tal-Poteri u l-Indipendenza tal-istituzzjonijiet. Wara kollox, meta dħalna fl-Unjoni Ewropea dħalna b'liġijiet, jekk xejn inferjuri milli għandna llum f 'dan is-sens u minn illum qiegħed fl-Oppożizzjoni jikkritikahom, dakinhar kien fuq il-mejda jiddefendihom u jgħid kemm huma tajbin. Anke jekk wieħed jara l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja, wieħed isib ħafna suġġerimenti tajbin, però huma suġġerimenti għal titjib u mhux kitba mill- ġdid tas-sistemi tagħna. Imkien ma qalu li f 'Malta l-istituzzjonijiet huma fil-periklu jew li f 'pajjiżna m'hawnx Saltna tad-Dritt. Minflok, qalu li wara 55 sena ta' Kostituzzjoni li fihom saru wkoll diversi emendi għall-aħjar, hemm lok għal ċertu tibdil ulterjuri li jrid isir wara konsultazzjonijiet u mingħajr skossi. M'għandniex xi ngħidu, uħud minn dawk fl-Oppożizzjoni li l-aktar li qed jgħajtu fuq nuqqas ta' Saltna tad-Dritt ma kellhom ebda kriżi ta' kuxjenza jħaddmu l-istess sistemi li llum qed jikkritikaw b'tant saħħa, anke jekk uħud minnhom kienu inferjuri għal dawk li hemm illum wara bidliet importanti - u minn dawn iridu jsiru aktar – li vvotaw favur tagħhom anke dawn l-istess membri. Qed ngħid hekk għax illum għandna sitwazzjoni fejn uħud qed jagħtu stampa ta' Malta li mhijiex reali. Qed jgħidu li hawnhekk xejn ma jaħdem. Il-progress fl-investigazzjoni tal- omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia jmeri bil-fatti din l-istampa li qiegħda titpinġa tal-pajjiż. Kulħadd jaf li l-investigazzjonijiet jieħdu ż-żmien u jridu jgħaddu minn proċess delikat li ħafna drabi jinħtieġ il- kunfidenzjalità. Dan ma jfissirx li ma jkun qed isir xejn u fil-fatt ir-riżultati u l-fatti wrew li kien qed isir. Kif kelli diġà l-okkażjoni ngħid, huwa fatt sinifikanti li l-iskoperta f 'din l-investigazzjoni seħħ permezz ta' pass kuraġġuż ta' min irid li l-verità tirrenja - mill-Prim Ministru u għalhekk id- disponibbilità biex tiġi offruta maħfra kkondizzjonata (li sussegwentament ingħatat) lil persuna li setgħet twassal għall-mandant tad-delitt. Ironikament dan il-pass kuraġġuż ta' min irid il-verità tirrenja ġie interpretat bħala ndħil minn xi wħud u dawn bdew isostnu u jgħidu lill-barranin li l-Prim Ministru qed jindaħal fl-investigazzjonijiet. Tajjeb li ngħid ukoll li din is-sistema tal- Proklama mkien ma ġiet ikkritikata mill- Kummissjoni Venezja. Attakkaw ukoll l-istqarrijiet li kien qed jagħmel il-Prim Ministru dwar il-progress ġenerali tal-investigazzjoni wara li ġiet offruta l-maħfra. U jien ngħid, jekk il-Prim Ministru ħareġ għonqu f 'din l-investigazzjoni biex offra maħfra ħalli toħroġ il-verità, allura l-Prim Ministru bilfors irid ukoll jagħti rendikont ta' għemilu u jinforma lill- pubbliku dwar dak li seħħ wara u bħala riżultat ta' dak l-għemil. Konvint li kull min huwa ta' rieda tajba huwa grat lejn min qed jaħdem – hu fejn hu fuq l-ispektru politiku, biex il-verità kollha toħroġ. Kif bdejt fil-bidu - nappella wkoll biex kulħadd iġib ruħu b'kawtela u b'rispett lejn xulxin. Min iħoss li għandu jipprotesta, jekk jemmen hekk, għandu d-dmir u wkoll id-dritt li jagħel dan. Imma ħadd m'għandu jaqbeż qatt il-limitu li jifred il-protesta mill-użu tal-forza. Għalhekk l-appell biex naffrontaw is-sitwazzjoni bir-reqqa u bil-kalma u fuq kollox fir-rispett lejn id-drittijiet ta' kulħadd. Jien nemmen li l-fatti qed juru li l-istituzzjonijiet f 'pajjiżna qed jaħdmu u li l-Prim Ministru qiegħed jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu biex dan il-każ jiġi solvut – kif fuq kollox qal sa mill-bidu nett. IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum L-istorja se tiġġudikana, uliedna se jiġġudikawna Yorgen Fenech jirrispondi lill- ġurnalisti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019