Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 sport L-MFA tidħol fi ftehim mal-proġett PlayGreen CRISTIAN ANTONY MUSCAT L-MFA daħlet fi ehim ma' PlayGreen, proġett tal-UEFA ffinanzjat mill- programm tal-Unjoni Ewropea, Erasmus+. Dettalji dwar dan ingħataw f 'konferenza stampa li saret fit- Trophies Lounge f 'Ta' Qali minn Peter Busuttil li hu l-maniġer tal-proġett, u li jifforma parti mid-dipartiment tar- responsabbiltà soċjali tal-MFA. Huwa qal li l-proġett qed ifittex li jqajjem kuxjenza u jibni kapaċitajiet rigward sostenibbiltà ambjentali fl-amministrazzjoni kif ukoll fil-parteċipanti, voluntiera u l-organizzazzjonijiet kollha interessati. Dan il-proġett, li huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, huwa favur dawk li jsegwu xi sport, f 'dan il-każ il-futbol. L-għan ta' dan il-proġett huwa li jagħmel lill-persuni li jiffrekwentaw l-istadia fejn jintlagħab il-futbol, li jkunu iktar konxji tal-benefiċċji ambjentali. Fi kliem Busuttil: "Fost it-tragwardi li għandna li ġew stabbiliti, aħna għandna l-għan li nirriabilitaw ċerti żoni madwar Malta li sa issa ġew mitluqa. Diġà bdejna bl-ewwel avveniment li kien it-tindif tal-pitch tal-futbol ta' Ħal Far minn fejn inġabru żewġ skips mimlija skart. Issa għandna l-għan li nagħmlu użu minn dan il-pitch għal dawk kollha li huma interessati li jieħdu sehem f 'avvenimenti sportivi. Huwa żied li sa tmiem is-sena d-dieħla, huma qed jittamaw li jippubblikaw rapport fejn fih jiġu elenkati l-benefiċċji minn programm bħal dan, fosthom sistema ta' trasport aħjar li tieħu lill-partitarji fi stadia diversi, l-użu tal-plastik u t-tip ta' ikel li jittiekel fl-istadia. Din il-konferenza stampa kienet indirizzata wkoll minn uffiċjal ieħor tal- MFA, Kurt Formosa, li qal li PlayGreen se jkun qed jiżviluppa metodu biex joħloq avvenimenti sportivi sostenibbli billi jħarreġ tim ta' voluntiera żgħażagħ (Green Team). Dawn il-voluntiera se jkunu qed janalizzaw l-impatt potenzjali ta' avveniment sportiv speċifiku u jgħin lill-organizzazzjonijiet jiksbu riżultati sostenibbli. Huwa żied li dawk li huma interessati li jgħinu bħala voluntiera f 'dan il-proġett jistgħu jikkuntattjaw l-uffiċini tal- MFA f 'Ta' Qali jew jibagħtu email fuq l-indirizz elettroniku, peter.busuttil@ mfa.com.mt. Fi kliemu: "Nappella lil dawk kollha interessati li jieħdu sehem bħala voluntiera biex jingħaqdu magħna. Diġà għandna iktar minn 20 persuna li żgur li se nkunu qed niġu bżonnhom għat-tieni attività li għandna f 'Għajn Tuffieħa." IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019