Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398
13 intervista illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 l-elezzjoni iżda nħoss l-obbligu' biex jekk jieqaf jikkommunika kien se jiġbed l-attenzjoni?" staqsa Grech. "Dan huwa dettall żgħir u importanti. Hawn inqabad il-Prim Ministru." Insista li hemm ħafna fuq xiex jista' jkun investigat Muscat. Fakkar li bil- barka tiegħu malli nqatlet Caruana Galizia, ħarġet teżi li din inqatlet b'rabta mat-traffikar taż-żejt. "Nafu li dawn l-istess nies ilhom jafu ħafna affarijiet. Uħud involuti. Mela allura kien hemm skop li jintqal dak id-diskors ... Anke l-magna tal-Partit Laburista ntużat biex titmexxa din it-teżi ... ma għandix dubju li kien Keith Schembri li mbuttaha," kompla jgħid. 'Fearne u Abela spiċċaw laqgħin ta' Muscat' Keith Schembri telaq. Konrad Mizzi m'għadux Ministru. Joseph Muscat se jitlaq. "Se nibqgħu sejrin bil-protesti? Mhux xahar?" staqsejt lil Grech. It-tweġiba tiegħu kienet sempliċi. Insista li sal-lum ħadd ma jaf għaliex irriżenjaw Konrad Mizzi u Keith Schembri. Insista li jekk telqu minħabba l-Panama Papers imisshom telqu tliet snin ilu. "Għaliex issa? Għaliex il-Prim Ministru baqa' 42 ġurnata? X'inhu l-iskop? Mela Chris Fearne mhux tajjeb biżżejjed? Kieku għaliex għamilnieh Deputat Prim Ministru?" staqsa Grech. Irrefera għall-messaġġ ta' Muscat meta ħabbar ir-riżenja u insista li għadu sal- lum ma jistax jiem kif prova jpinġi lilu nnifsu bħala xi rebbieħ. "Rebbieħ meta llum nafu li bin-nuqqas ta' azzjoni jew azzjoni tiegħek biex ma toħroġx il-verità, wassalt lill-pajjiż fejn jinsab illum?" staqsa Grech. "Għandek xi ħaġa bla preċedent. Soċjetà Ċivili li qed tissaħħaħ, l-editorjali kważi kollha li ngħaqdu magħha, l-NGOs, il-korpi kostitwiti u li flimkien qed jgħidulu jirriżenja. Allura dan lil ħadd ma jagħti kas? Anke l-Graffitti qed jgħidulu, li huma forsi l-uniku nies soċjalisti li fadal fil-pajjiż. Allura hu biss għandu raġun?" Tenna li 42 ġurnata fil-politika huma eternità u kull ġurnata li Muscat qed jibqa' hemm, qed ikompli joħloq problemi lill- pajjiż. "Tant kemm hi delikata li ġab sitwazzjoni fejn iż-żewġ kandidati, li xi ħadd minnhom se jkun il-Prim Ministru futur, spiċċaw laqgħin tiegħu. Ġabhom fil-pubbliku, jgħannquh u jeħdulu b'idejh," saħaq. Komplejna nitkellmu dwar Chris Fearne u Robert Abela u x'effett jista' jkollu l-fatt li qed jidhru ma' Muscat. Għandu fiduċja f 'xi ħadd minnhom? "Sal-lum għadni ma smajt xejn miż- żewġ naħat li jserraħli rasi li jitla' min jitla' se jnaddaf lill-Gvern u lill-Kastilja," saħaq Grech. "Dak il-messaġġ ma toħorġux billi tattakka lil min qed jipprotesta, jew tmur titgħannaq mal-Prim Ministru. Kif tista' titgħannaq ma' bniedem u ġimgħa wara, meta tkun Prim Ministru tgħid lill- Pulizija biex tmur tinvestigah." Kien hawn li insista li għalhekk huwa perikoluż li Muscat baqa' hemm, li baqa' jdur fl-irħula u jidher trijonfanti. "Ikkundizzjona anke t-tellieqa għat- tmexxija tal-Partit Laburista. 42 ġurnata twal ħafna," insista. Appella li jitla' min jitla' jeħtieġ li jkun liberu jagħmel il-bidliet radikali li hemm bżonn kullimkien, inkluż fl-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali. "Suppost qiegħed bil-pensjoni. X'inhu l-iskop li se jibqa' hemm? Mhux biss għaddietlu l-expiry date tal-età, imma anke tal-fiduċja tan-nies. Ma jistax jitlaq ħalli jilħaq xi ħadd li mhux ikkontrollat?" staqsa Grech. Hawn staqsejtu għaliex donnu l-Partit Nazzjonalista, minkejja l-konklużjonijet tal-inkjesta Egrant, donnu reġa' qed jimplika lill-Prim Ministru. Egrant: 'Ma għandix fiduċja li l-Pulizija taw l-informazzjoni kollha lill-Maġistrat' Anke jekk faħħar ix-xogħol tal- Maġistrat Aaron Bugeja, insista li l-inkjesta telqet "zoppa" mill-ewwel għax il-mistoqsijiet għamilhom Muscat stess u l-Maġistrat, fil-konklużjonijiet, irid iwieġeb dawk il-mistoqsijiet. "Il-Maġistrat qal li ma sabx provi li Egrant hija ta' Joseph Muscat jew ta' martu u mhux li sab il-provi li mhijiex ta' Joseph Muscat jew martu. Hemm differenza kbira. X'hemm fil-kumplament tar-rapport ma nafux," insista Grech. "Xi ħaġa żgur li sab u żgur li ta direzzjoni lill- Pulizija u lill-AĠ." Waqt li tenna li l-Maġistrat għamel xogħlu sew, insista li "ma għandux fiduċja għamja" li l-Pulizija tawh il-provi jew l-informazzjoni kollha li seta' kellhom. Kien hawn li staqsa kif jista' jkun, la nafu li din infetħet minn Brian Tonna, li sal-lum il-Pulizija ma kellmitux. "Tiġi tgħidli li l-Pulizija qed tagħmel xogħolha sew?" kompla Grech. "Nafu li din infetħet għal xi ħadd aktar importanti minn Konrad Mizzi u Keith Schembri. Issa għidli int min hu aktar importanti?" 'Delia mhux jikkonvinċi biżżejjed u jrid jara kif se jindirizza din l-isfida' Tkellimna dwar is-soċjetà ċivili li qed tissaħħaħ u min-naħa l-oħra l-Oppożizzjoni li baqgħet fejn kienet skont l-aħħar sondaġġ tal-MaltaToday. "Hija realtà li l-PN mhux qed jigref," insista Grech. "Jew il-messaġġ għadu mhux tajjeb biżżejjed, jew għadu mhux b'saħħtu, jew mhux qed jasal biżżejjed jew min qed iwasslu mhux jikkonvinċi." Bernard Grech insista li Adrian Delia għandu l-intenzjonijiet kollha tajbin iżda huwa ċar li għadu mhux jikkonvinċi biżżejjed u "dik irid jara kif se jindirizzaha." "Raġuni hemm. Id-dell hemm qiegħed. Jidher li għadu jaffettwah u jrid jindirizzah hu," saħaq Grech. "Hu jaf kif irid jindirizzah. Irid jieħu miżura drastika biex jindirizza dik il-problema ... altrimenti se mmorru għal elezzjoni u se jkollna partit li għadu mhuwiex sfida b'saħħitha biżżejjed għall-Gvern." Kien hawn li fakkar li kien Adrian Delia li fil-Parlament talab inkjesti pubbliċi fuq il-persuni kollha li kitbet dwarhom Caruana Galizia, inkluż fuqu stess u kien il-Gvern li vvota kontra. Bernard Grech ħiereġ għall-elezzjoni? Fl-aħħar nett huwa sigriet magħruf li diversi jriduh isir Kap tal-Partit Nazzjonalista. Ħiereġ għall-politika jew se jibqa' fil-periferija? Beda jisħaq li min jitkellem u jirriskja kuljum, mhuwiex fil-periferija. "Qed nagħti kontribut," insista Grech waqt li tenna li hu dejjem emmen li kulħadd għandu dritt jitkellem fuq il-politika anke jekk ma jkunx politiku u mingħajr ma jkun ittimbrat. Insista li għalhekk ma kkontestax l-elezzjoni tal-2017. Fakkar li wara din la seta' u lanqas ried jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista anke jekk żvela li kien hemm min saħansitra offrielu li tissejjaħ Konferenza Straordinarja biex jinbidel l-istatut biex ikun jista' jikkontesta. Is-sena li għaddiet kellu wkoll talba, minn żewġ partiti, biex joħroġ għal MEP. "Partit minnhom irriutat mill-ewwel u l-ieħor ma tajtx risposta u niżżilt is- separju meta twaqqa milli nkun fuq it- televiżjoni tal-istess partit għax ħasbu li stajt inkun ta' theddida. Jiena ridt inkun dejjem liberu u nitkellem kif irrid," insista Grech. U llum? "Jekk għandix xewqat ngħidlek le. Jekk inħossx l-obbligu ngħidlek iva," insista Grech. "Imma rrid inkun ċar li s-soluzzjoni tal-problema mhijiex xi superhero ... il-problema tista' tkun indirizzata jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed." Ritratt: James Bianchi