Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum X'QIEGĦED JIĠRI FIS-SEDUTI TAL- TA' TRUMP? NADER KABAR Xaharejn u nofs ilu, fl-24 ta' Settembru, Nancy Pelosi, l-Ispeaker tal-Kamra tar- Rappreżentanti Amerikana bdiet inkjesta formali għall- impeachment tal-President Donald Trump. Dan wara li qalet li l-involviment tal-President fl-iskandlu tal- Ukrajina mmarkat "ksur kbir tar-responsabbiltà kostituzzjonali tiegħu". Xi jfisser impeachment? Impeachment hu proċess li jittieħed mill-awtorità leġiżlattiva biex jinstemgħu akkużi kontra uffiċjal fil-gvern. Fil-każ tal- Istati Uniti, l-impeachement hu maqsum f 'żewg partijiet. L-investigazzjoni nnifisha, li hi mwettqa mill-Kamra tar- Rappreżentanti, u t-tieni parti, il-kundanna, li għandha bżonnn maġġoranza ta' żewġ terzi mill- membri preżenti fis-Senat. Madankollu, l-impeachment ma jfissirx li l-uffiċjal ikun arrestat, imma hi dikjarazzjoni legali ta' akkużi, parallela ma' att t'akkużi fil-liġi kriminali. Ir-riżultat ta' im-peachment hu t-tneħħija tal- uffiċjal mill-pożizzjoni tiegħu. Għaliex qiegħed jiġi investigat Trump? Fil-25 ta' Lulju 2019, Trump kellem lill-Presient tal-Ukrajina, Volodymyr Zelensky, f 'telefonata, fejn ipprova jġiegħel l-Ukrajina biex tipprovdi narrattiva li tagħmel ħsara fuq l-eks Viċi President Joe Biden, li hu kanditat Presidenzjali għall-Partit Demokratiku. Trump uża l-avukat personali tiegħu, Rudy Giuliani, kif ukoll l-Avukat Ġenerali, William Barr, biex jagħfsu l-Ukrajina biex tgħinu. Barra minn hekk, Trump żamm $400 miljun tal-għajnuna mill- Ukrajina. It-telefonata kienet moħbija mill-pubbliku sad-19 ta' Settembru, meta e Washington Post, żvelawha grazzi għall- whistleblower fil-White House. Fil-15 ta' Novembru, bdew l-ewwel seduti ta' smigħ pubbliku. William B. Taylor, Diplomatiku Amerikan, fetaħ is-seduta b'informazzjoni ġdida fuq konverżazzjoni bejn Trump u Gordon Sondland, l-Ambaxxatur Amerikan għall-Unjoni Ewropea. Din l-aħbar kienet ta' sorpriza, u żvelat x'kien qed jagħmel Sondland waqt li Trump żamm l-$400 miljun. Inizjalment, Sondland kien qal ukoll li ma kienx jaf bis-sitwazzjoni tal- Ukrajina iżda fit-8 ta' Novembru, żvela li kien bagħat messaġġ lill- Gvern tal-Ukrajina f 'Settembru. Fid-19 ta' Novembru, il- Logutent Kurunell Alexander Vindman, konsulent fuq l-Ukrajina fil-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali wettaq li rrapporta t-telefonata minħabba s-sens ta' dmir. Vindman qal ukoll li "Ma kienx xieraq li l-President tal-Istati Uniti jikkmanda gvern barrani biex jinvestiga ċittadin Amerikan, kif ukoll avversarju politiku". Kurt Volker, l-eks konsultent dwar l-Ukrajina qal li Trump talab informazzjoni minn Zelensky EOI - Malta AgriFair 2020 - MFCC It-Taqsima għall-Kommunikazzjoni Strateġika fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima qed tistieden lil negozji, koperattivi, entitajiet u individwi involuti fis-settur Agrikolu u tas-Sajd sabiex jissottomettu l-interess tagħhom biex jipparteċipaw bħala esibituri waqt il-Malta AgriFair 2020. Din il-fiera ser issir fuq skala nazzjonali fil-Malta Fairs and Convention Centre Ta' Qali, mill-24 sas-26 t'April 2020. Esebituri interessati li jipparteċipaw għandhom jissottomettu l-proposta tagħhom sa mhux iktar tard mid-19 ta' Diċembru 2019 fuq dan l-email: agrifair.mesdc@gov.mt L-għan tal- Malta AgriFair 2020 huwa li toffri pjattaforma lill-partijiet interessati fis- settur agrikolu, filwaqt li tinforma lill-pubbliku rigward l-iżviluppi, teknoloġiji moderni, prodotti u servizzi disponibbli kemm fis-settur agrikolu, bħal-biedja u t-trobbija tal- annimali, kif ukoll fis-settur tas-sajd u l-qasam tal-akkwakultura. It-tema ewlenija tal- Fiera ser tkun il-kunċett ta' Farm-to-Fork, fejn dan ser jiġi attwalizzat bl-iktar mod innovattiv permezz ta' tliet taqsimiet differenti, ibbażati fuq il-kultivazzjoni tal-art, prodotti tal-bhejjem u s-sajd u l-akkwakultura. Għal iktar informazzjoni l-esibituri li huma interesati li jieħdu sehem huma mħeġġin iniżżlu l-Exhibitor's Information Booklet u l-Expression of Interest Form minn dan is-sit: https://msdec.gov.mt/en/esdw/Pages/Agrifair/agrifairExhibitors.aspx Iktar informazzjoni tista' tinkiseb ukoll permezz ta' telefonata fuq in-numru (+356) 2292 6209. IMPEACH MENT

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019