Illum previous editions

ILLUM 15 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1192398

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum 'Ma nixtieqx nikkontesta l-elezzjoni YENDRICK CIOFFI Bernard Grech. Avukat u opinjonista. Iħobb il-politika iżda qatt ma kkontesta. Xtaquh Kap tal-Partit Nazzjonalista tant li jistqarr mal-ILLUM li kien hemm min ried ibiddel l-istatut għalih. Fi żmien ta' taqlib u inċertezza għall- pajjiż, din il-gazzetta tiltaqa' miegħu u tistaqsih. Hawn min qed iqabbel iż-żmien li għaddejjin minnu mat-tmeninijiet. Bernard Grech għexu. Jaqbel ma' min jgħid hekk? Jibda jispjega li dak iż-żmien kellu 16- il sena u anke jekk ma kienx xi wieħed li jsegwi kulma jkun għaddej, l-interess hemm kien, fosthom, għax fit-28 ta' Diċembru tal-1977 inqatlet kuġintu Karin Grech. "Kont għadni kif sirt naa tlett ijiem qabel. Hi kienet boarding school l-Ingilterra," spjega Bernard Grech. "Ta' sitt snin u nofs tli l-innoċenza f 'dak li għandu x'jaqsam mal-politika." Dan l-inċident, wasslu biex min età żgħira jistaqsi kollox, jipprova jiem dak li ma jintqalx jew ma jidhirx. "In-nies għandhom dritt jistaqsu u jiżnu dak kollu li jintqalilhom." Kien għalhekk li meta, fl-1998, Eddie Fenech Adami talbu biex joħroġ għall- elezzjoni kien wieġbu hekk: "Il-Labour għamlu 10 snin fil-Gvern u ma sabux lil min qatel lill-kuġina tiegħi, issa inti wkoll ilek 10 snin fil-Gvern u lanqas inti ma sibt min qatilha." Kien hawn li saħaq li t-tmeninijiet kienu żminijiet aktar koroh u vjolenti. Madanakollu saħaq li dik il-klima reġgħet bdiet tersaq. "Forsi mhux l-istess vjolenza, attakki sfaċċati, swat jew arresti. Qed ngħixu klima li hija vjolenti ħafna, iżda b'mod psikoloġiku," qal Grech. Fakkar li l-istess bħat-tmeninijiet hemm ukoll qtil u li fi kliemu "ġie ffirmat ġewwa Kastilja." "Jien kont wieħed li rribattejt din it- teżi. Kont ngħid li ma jistax ikun li hemm persuni f 'Kastilja li kienu jafu x'inhu jiġri ... Imma meta tiskopri li fl-1 ta' Mejju 2017, meta tħabbret id-data tal-elezzjoni, jiġi impjegat bniedem, għal erba' xhur, mal- Gvern, mingħajr ma jmur għax-xogħol u llum nafu li huwa l-intermedjarju, li ltaqa' ma' Keith Schembri, l-affarijiet qegħdin f 'wiċċek," insista l-Avukat. Dan kollu, kompla Grech, wasslu biex jerġa' jibda jitkellem. "Dan il-pajjiż, sfortunatament ġie addottat bl-istil tal- maa, fejn in-nies jibżgħu jitkellmu. Jien irrid nibqa' nitkellem, biex nagħmel kuraġġ lin-nies. Kulħadd għandu opinjoni u kulħadd għandu dritt jesprimiha," insista l-avukat. 'Il-Pulizija mhux dejjem wettqet xogħolha' Bernard Grech qabbel il-qtil ta' kuġintu ma' dak ta' Caruana Galizia. Fakkartu li f 'sentejn tressqu dawk li allegatament poġġew il-bomba u issa anke l-allegat mandant. "Nieħu pjaċir li sar avvanz kbir, iżda ma nistax ma nislitx fatturi komuni fiż- żewġ delitti ... It-tnejn seħħew taħt Gvern Laburista u t-tnejn seħħew minħabba motiv politiku," insista. Kompla li fil-każ tal-kuġina tiegħu, il- mandant mhux magħruf għax il-Pulizija ma għamlitx xogħolha sewwa. Ma tantx dar mal-lewża u tul l-intervista baqa' jinsisti li l-Pulizija mhux dejjem wettqet xogħolha u ma għandhiex il-fiduċja tiegħu. "Din hija l-verità. Il-Pulizija ma għamlitx xogħolha sew għal ħafna snin," insista l-avukat. "Ejja ma nibqgħux neloġjaw lill-Pulizija daqslikieku kienu perfetti. Ir-realtà hija li minn żmien għal żmien ikun hemm pulizija li ma jagħmlux xogħolhom sew." Imma lil Yorgen Fenech qabduh. Kif jista' jgħid li l-Pulizija mhux tagħmel xogħolha sew? "Li nistgħu ngħidu huwa li l-Pulizija ħadmet u llum għandna ċertu riżultati ... iżda rridu nimu wkoll li waslet għal ċertu azzjoni għax ma kellhiex għażla oħra. Fl-istess ħin li qed ngħidu li l-każ issolva u l-każ magħluq, il-Pulizija qalet ċar u tond li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin." 'Għaliex ma ressqitx lil min għamel il- frame-up fuq Chris Cardona?' Kien hawn li fakkar li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien ilu xhur jaf li Yorgen Fenech kien suspettat. "Għandek l-akbar persuna f 'Kastilja li taf li din il-persuna hija involuta u tħalli liċ-Chief of Staff involut fl-investigazzjoni meta taf li dawn it-tnejn għandhom ehim ta' negozju bejniethom ... illum il- provi qegħdin hemm," saħaq Grech. Mela allura, ikompli jgħid Grech, il- Pulizija mhux vera ressqet lil kulħadd il-Qorti. "Il-Pulizija, pereżempju, ma ressqitx lil min ipprova jagħmel frame-up fuq Chris Cardona. Din ukoll konnessa mal-investigazzjoni. Min wettaq il-frame- up pprova jbiddel l-attenzjoni. Xi ħadd qal li hemm frame-up ... aċċettajnieh lura fil-Kabinett, mela ammettejna li kien hemm frame-up," kompla jinsisti. Hawnhekk ifakkar fil-frame-up fuq Pietru Pawl Busuttil biex ikun akkużat bil-qtil ta' Raymond Caruana. "Ara ma naħsbux, għax wara kollox dan seħħ fil-passat, li ma hemmx nies fil- Pulizija li jistgħu jkunu soġġetti bi flus, b'rikatt jew b'theddid biex jobdu ċertu ordnijiet u jressqu ċerti nies u mhux oħrajn," insista Grech. Wissejtu li din hija dikjarazzjoni serja. "Serja ħafna," qalilna Grech. "Nafu li kien hemm frame-up, li ngħata impjieg fażul, li persuna kienet qed tattendi għal-laqgħat mas-Servizzi Sigrieti u użat dik l-informazzjoni, nafu li ġew mgħoddija noti lil Yorgen Fenech waqt l-investigazzjoni u azzjoni ma tteħditx," insista Grech. "Il-Pulizija trid tkun taf li aħna moħħna fihom u li mhux qed nafdawhom b'għajnejna magħluqa." 'Dettall żgħir ... hawn inqabad il-Prim Ministru' Uħud mill-fatti li kkwota Grech qalhom Melvin euma. Dan qed jgħidhom għax il-Prim Ministru rrakkomanda l-maħfra Presidenzjali. Allura dan ma jfissirx li Muscat aġixxa? Ma deherx impressjonat. Insista li din mhijiex prova li Muscat ma għandu x'jaqsam xejn mas-sitwazzjoni. "Il-PM ilu minn Mejju 2018 jaf b'Yorgen Fenech. Kellu jieħu ħafna aktar prekawzjonijiet." Kien hawn li saħaq li anke Joseph Muscat għandu ħafna xi jwieġeb u insista li anke hu għandu jkun investigat. "Mhux biex bilfors jissammar mal-ħajt. Kieku jien Prim Ministru u ċert li ma għamilt xejn ħażin, jiena stess nitlob li nkun investigat." Fakkar li Muscat stess ikkonferma li kien baqa' jikkommunika ma' Yorgen Fenech bil-messaġġi, anke meta kien jaf li kien involut. Muscat qal li għamel dan biex ma jagħtix fil-għajn. "Mela l-Prim Ministru kemm kien ħabib ta' Yorgen Fenech, kemm kien jikkomunika miegħu, Opinjonista maħbub min-Nazzjonalisti. Ħafna jriduh joħroġ għall-elezzjoni u saħansitra jsir kap. X'se jagħmel? X'jaħseb dwar il-Pulizija? Chris Fearne jew Robert Abela? U l-PN għandu futur b'Delia? L-ILLUM tistaqsi lil Bernard Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 December 2019